Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi ............................. 2 Pietà H ........................... 1 QORMI kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor ta' 2-1. Kienu l-Hotspurs li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħba meta minn cross ta' Joao Gabriel, Da Silva, li kien qed jilgħab kontra l-eks team tiegħu, il- ballun spiċċa f 'saqajn Charles Nnaemeka Newuche li iżda ra lill-goalkeeper u captain ta' Qormi, Matthew Farrugia, idawwar f 'corner b'mod tassew spettakolari. Qormi rrispondew wara kwarta logħob meta xutt insidjuż minn ġol-kaxxa ta' Alex Nillson ġie mdawwar f 'corner minn David Cassar f 'żewġ tentattivi. Il-Qormin komplew jattakkaw u tliet minuti biss wara xutt tal-attakkant prolifiku Niġerjan naturalizzat Malti, Alfred Effiong, għadda ċentimetri barra mil-lasti difizi mill-goalkeeper tal-Hotspurs David Cassar. Attakk wara l-ieħor, fl-aħħar wasal il-goal ta' Qormi, fl-20 minuta, meta xutt b'saħħtu mill-viċin tal-player imwieled fi Spanja, iżda naturalizzat Grieg, Alex Nillson, intemm ġewwa. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima kien Alfred Effiong li għal darb'oħra ħoloq il-periklu għall-Blacks and Yellows meta ħarab tajjeb bil-ballun, qabeż player avversarju qabek ra lil David Cassar isalva tajjeb. Pietà Hotsurs għamlu l-intenzjonijet tagħhom ċari fil-ftuħ tat-tieni taqsima rnexxielhom isibu x-xibka wara biss minuta u nofs, meta minn cross tal-player Arġentin Claudio Frances, il-ballun spiċċa f 'saqajn Charles Nnaemeka Newuche li permezz ta' tap-in faċli minn taħt il-lasta tefa' ġewwa. Iżda l-Hotspurs bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal, li Qormi ma reġgħux marru fil-vantaġġ ftit tas- sekondi wara, permezz ta' xutt angulat minn ġol-kaxxa ta' Gustavo Villalobos. Il-Hotspurs wieġbu fil-51 minuta permezz ta' xutt b'saħħu ta' Ricardo Costa, li ġie salvat minn Matthew Farrugia f 'żewġ tentattivi. Fid-59 minuta, xutt ta' Joao Gabriel Da Silva minn tarf il- kaxxa ġie salvat minn mal-art minn Matthew Farrugia. Fis-70 minuta Pietà Hotspurs tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iscore indaqs meta wara li xutt tas-sostitut Luke Micallef minn ġol-kaxxa stampa mal- wieqfa, mir-rebound, il-ballun spiċċa f 'saqajn Jurgen Pisani, li iżda tefa' inkredibbilment għoli, f 'okkażjoni li kien iktar faċli li titfa' fix-xibka milli barra. Qormi - Farrugia, Lima De Mattos, Effiong, Gauci, Levnaic, Pisani, J. Bondin, Berntsson, Villalobos, Grech (Micallef 90'), Nillson (Mendoza 72') (Agius 79') Pietà H.- Casssar, Attard (L. Micallef 46'), Grech, Fortunato Dos Santos, Pisani, Anonam (K. Micallef 44'), Da Silva (Rodrigues Da Silva 62'), Cesare, Nnaemeka Newuche, Frances, Ricardo Costa Referee Clayton Pisani GUSTAVO VILLALOBOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-30 ta' Novembru 1991 fl-Istati Uniti Skorja t-tieni gowl mit-2 ta' Qormi li sewa 3 punti prezzjużi għal Qormi Ingħaqad ma' Qormi f'Jannar li għadda Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Gustvao Villalobos jipprova jirbaħ il-ballun mingħand Claudio Frances Qormi jiksbu 3 punti prezzjużi b'rebħa fuq Pietà Hotspurs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015