Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Naxxar Lions...............3 Sliema Wanderers.......2 NAXXAR Lions dawru telfa f 'rebħa u kisbu rebħa drammatika ta' 3-2 kontra Sliema Wanderers. Il-Lions marru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta minn korner mogħti minn Gilmar da Silva Ribeiro, il-ballun spiċċa f 'saqajn Daren Falzon, li krossja tajjeb lejn Andrew Scicluna li għola tajjeb u tefa' l-ballun wara Glenn Zammit. Fit-33 minuta l-Wanderers rebħu penalty meta Ryan Gilmour Cassar waqqa' lil Aidan Jake Friggieri fil- kaxxa. Mill-11–il metru, t-Taljan Anbrea Pisanu ma żbaljax. Ħames minuti biss wara Sliema Wanderers marru fil-vantaġġ meta minn kontrattakk veloċi, Mateus Ribeiro dos Santos għadda tajjeb lejn Pedro dos Santos Calcado, li ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jegħleb lill- goalkeeper tal-Lions, Julian Azzopardi. Il-Wanderers komplew ikabbru l-marġni tal-iscore fis-57 minuta meta minn pass triangolari bejn Alex Muscat, Pedro Dos Santos Calcado u Aidan Jake Friggieri, dan tal-aħħar tefa' ġewwa permezz ta' xutt imdawwar. Ftit minuti biss wara, il-Lions naqsu l-marġni tal- iscore meta rebħu penalty hekk kif Andrea Scozzese waqqa' lil Jorge Santos Silva fil-kaxxa. Mill-11–il metru Demba Toure ma żbaljax. Naxxar Lions ġabu l-iscore indaqs fit-63 minuta meta Gilmar da Silva Ribeiro għadda tajjeb lejn Jorge Santos Silva u dan irnexxielu jgħaddi l-ballun minn taħt il-goalkeeper, Glenn Zammit. Sitt minuti minn tmiem id-90 minuta, Naxxar Lions, irnexxielhom idawru telfa f 'rebħa, biex tabilħaqq kisbu rebħa drammatika meta huma rebħu penalty wara li Marko Potezica waqqa' lil Terence Vella fil-kaxxa. Mill-11 –il metru, l-istess plejer internazzjonali, Terence Vella, ma żbaljax biex ta 3 punti prezzjużi lil Naxxar Lions u tefa' lill- partitarji tagħhom preżenti fl-iStadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali, f 'delirju ta' ferħ. Naxxar Lions - Azzopardi, Scicluna, Edet, Toure (Temile 63'), Falzon (Vella 63'), Gilmar da Silva Ribeiro, Cassar, Doffo, Fenech (Del Negro 83'), Buhagiar, Santos Silva Sliema Wanderers - Zammit, A. Muscat, Scozzese, Mintoff, Pisanu (Cilia 68'), Gatt Baldacchino, Ribeiro dos Santos, Potezica, Friggieri, Calcado (Mifsud 81'), B. Muscat (Obagbemiro 90') Referee Mario Apap Naxxar Lions jiksbu rebħa drammatika kontra Sliema Wanderers Ritratt - Tonio Magro Taqtigħa għall-ballun bejn Gilmar da Silva Ribeiro u Beppe Muscat AIDAN JAKE FRIGGIERI Ġie vvuatat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Huwa plejer żagħżgħ mill-aqwa u li jirrapreżenta l-futur tal-futbol lokali Fl-aħħar xhur ġibed interess mill- klabbs glorjużi ta' Tottenham Hotspur fl-Ingilterra u Lazio fl-Italja Huwa plejer indispensabbli tat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015