Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 29 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Zebbug R ....................0 Tarxien R. ...................2 TARXIEN Rainbows meritatament għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta' 2-0 biex ikkundannawhom għall- Ewwel Diviżjoni, matul l-istaġun li ġej. Kienu Zebbug Rangers li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara biss ħames minuti logħob meta xutt tal-player misluf lir-Rangers mingħand Valletta, Luke Montebello minn ġol- kaxxa għadda barra. Kien biss fl-34 minuta li Tarxien Rainbows irrispondew meta Mouhamed Soly għadda tajjeb lejn Obinna Ajoku Darlington, li ra x-xutt tiegħu minn ġol- kaxxa jiġi salvat tajjeb minn Manuel Bartolo, li lbieraħ kien qed jirritorna bejn il-lasti tar-Rangers wara numru konsiderevoli ta' logħbiet. Fid-49 minuta Zebbug Rangers kienu għoddhom fetħu l-iscore iżda kienu ferm sfortunati meta xutt potenti tal-ex player ta' Celtic u Dundee fl-Iskozja, Carlo Gordon Monti, minn barra l-kaxxa stampa mal-mimduda. Iżda żewġ minuti biss wara kienu Tarxien Rainbows li fetħu l-iskor meta minn korner mogħti minn Firas Abloulezz, il-ballun spiċċa f 'saqajn Obinna Ajoku Darlington li b'tap-in faċli minn taħt il-lasta tefa' ġewwa. Zebbug Rangers ħarġu fuq l-offensiva fil-ftuħ tat- tieni taqsima, fit-tentattiv ovvju tagħhom li jġibu l-iscore indaqs meta minn korner mogħti minn Carlo Gordon Monti, għola tajjeb Yessous Camilleri, li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi ftit barra mil-lasti difiżi minn Sean Mintoff. Fil-61 minuta, Tarxien Rainbows irduppajw l-iscore meta minn cross ta' Mouhamed Soly, il-ballun spiċċa f 'saqajn Eduardo Vallecillo Casado, li għalkemm żelaq, irnexxielu jgħaddi l-ballun tajjeb lejn Obinna Ajoku Darlington, li permzez ta' xutt imdawwar tefa' fix-xibka, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. ZEBBUG R. - Bartolo, Camilleri, Gauci, Reano (Galea 20'), Bartolo, Muchardi, Zammit, Monti, Britto, Yussuff, Montebello (Ciantar 66') TARXIEN R. - Mintoff, M. Caruana (Sadowski 81'), T. Caruana, Aboulezz, Vallecillo Casado, Godar Pereira, Cini, Tabone, Soly, Darlington (Vella 89'), Bonaque Acevedo Referi Marco Borg OBINNA AJOKU DARLINGTON Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Novembru 1984, fin-Niġerja Skorja doppjetta personali li tat 3 punti prezzjużi lil Tarxien Rainbows KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI 1. Chelsea 34 80 2. Manchester City 34 67 3. Arsenal 33 67 4. Manchester Utd. 35 65 5.Liverpool 35 61 6.Tottenham H. 34 58 7.Southampton 35 57 8. Swansea City 35 53 9. West Ham Utd. 35 47 10. Stoke City 35 47 11. Everton 35 44 12. Crystal Palace 34 42 13.West B. Albion 35 40 14. Aston Villa 35 35 15. Newcastle Utd 35 35 16. Hull City 34 34 17. Leicester City 35 34 18. Sunderland 34 33 19. QPR 35 27 20. Burnley 35 26 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 31 52 Valletta 32 47 Birkirkara 31 42 Balzan 32 39 Floriana 31 32 Sliema W. 32 26 Naxxar L. 32 22 Qormi 32 21 Mosta 31 20 Tarxien R. 32 20 Pietà H. 32 16 Zebbug R. 32 12 RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 2 ta' Mejju Leicester City vs Newcastle Utd 3-0 Aston Villa vs Everton 3-2 Liverpool vs QPR 2-1 Sunderland vs Southampton 2-1 Swansea City vs Stoke City 2-0 West Ham United vs Burnley 1-0 Man.United vs West B.Albion 0-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 3 ta' Mejju 14:30 Chelsea vs Crystal Palace 17:00 Tottenham H. vs Man. City It-Tnejn 4 ta' Mejju 21:00 Hull City vs Arsenal Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 2 ta' Mejju Sampdoria vs Juventus 0-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 3 ta' Mejju 12:30 Roma vs Genoa 15:00 Atalanta vs Lazio 15:00 Fiorentina vs Cesena 15:00 Hellas Verona vs Udinese 15:00 Inter vs ChievoVerona 20:45 Napoli vs AC Milan It-Tnejn 4 ta' Mejju 20:45 Cagliari vs Parma KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE A TIM Tim L PTI 1. Juventus 34 79 2. Lazio 33 62 3. Roma 33 61 4. Napoli 33 56 5. Sampdoria 34 51 6. Genoa 33 50 7. Fiorentina 33 49 8. Torino 33 48 9. Internazionale 33 48 10. Milan 33 43 11. Palermo 33 42 12. Chievo 33 40 13. Verona 33 40 14. Udinese 33 38 15. Empoli 33 38 16. Sassuolo 33 36 17. Atalanta 33 32 18. Cagliari 33 24 19. Cesena 33 24 20. Parma 33 16 Tarxien Rainbows jirbħu u Zebbug Rangers relegati għall-Ewwel Diviżjoni Valletta jiksbu rebħa minima fuq Balzan u jikkonsolidaw posthom fit-tieni post MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Balzan ...................... 0 Valletta. ................... 1 VALLETTA kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Balzan biex ikkonsolidaw posthom fit-tieni post fejn fetħu vantaġġ ta' ħames punti fuq Birkirkara, li jkunu mpenjati llum kontra ċ-champions, Hibernians. Il-Beltin resqu viċin li jiftħu l-iskor fis-16 -il minuta permezz ta' xutt angulat ta' Hamza Barry li laqat sieq il-wieqfa. Ftit wara l-goalkeeper ta' Balzan, Christian Cassar, wettaq saves tajbin fuq korner dirett mogħti minn Abdelkarim Nafti u fuq daqqa ta' ras tal-istess player ta' nofs il-grawnd Tuneżin. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, mumenti wara, Nicky Vella, imblokka tajjeb xutt ta' Lydon Micallef. Tlettax -il minuta mill-ftuħ tat- tieni taqsima, tentattiv ta' Edison david Bilbao Zarate, ġie kklerjat minn Luke Dimech u mir- rebound, xutt ta' Lydon Micallef, ġie milqugħ tajjeb minn Nicky Vella f 'żewġ tentattivi. Valletta rnexxielhom jiftħu l-iskor fis-66 minuta meta tentattiv ta' Hamza Barry ġie mblukkat u mir-rebound, Lateef Elford-Alliyu, tefa' ġewwa mill-viċin. Tnax –il minuta wara, Balzan setgħu ġabu l-iskor indaqs meta rebħu penalty wara li l-goalkeeper Nicky Vella waqqa' lil Ice Cream Osa Guobadia fil-kaxxa. Iżda, mill-11 -il metru, xutt ta' Elkin Serrano Valero ġie parzjalment milqugħ minn Nicky Vella, u mir- rebound, Edison David Bilbao Zarate, ra x-xutt tiegħu jiġi mblukkat mill- goalkeeper ta' Valletta, biex minn rebound ieħor, id-daqqa ta' ras ta' Elkin Orlando Serrano Valero ġiet milqugħa għal darb'oħra minn Nicky Vella. Balzan - Cassar, Zarate, Grima, Serrano Valero, Grioli, Bezzina, T. Agius (Cipriott 77'), Guobadia, Brincat, Darmanin (Mifusd Triganza 27'), Micallef (Spiteri 72') Valletta - Vella, Caruana, Azzopardi, Borg, Camilleri (Elford-Alliyu 55'), Fenech (Cremona 61'), Barry, Briffa, Bajada (Ikenna Paul Hilary 80'), Nafti, Dimech Referee Philip Farrugia AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT HAMZA BARRY Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-3 ta' Mejju 1994 fil- Gambja Kien l-aqwa plejer fil-grawnd Jilgħab f'nofs il-grawnd Qabel ingħaqad ma' Valletta kien jilgħab ma' Gambia Ports Authority

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015