Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
30 illum Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 SPORTSillum JUVENTUS kisbu t-33 Kampjonat tas-Serie A fl-istorja glorjuża tagħhom li kien ir-raba' wieħed konsekuttiv, meta barra minn darhom fil-Marassi għelbu l-isfida ta' Sampdoria bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Arturo Vidal, fit-32 minuta. B'hekk huma matematikament aċċertaw ruħhom mir- rebħ tal-Kampjonat, għalkemm il-kampjonat tas-Serie A għadu mhux konkluż. Mill-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford sfaw ixxukkjati minn West Bromwich Albion meta ġew megħluba minnhom bl-iskor minimu ta'1-0, bil-gowl waħdieni għal WBA fil-logħba jasal minn Jonas Olsson fit-63 minuta. Tajjeb ngħidi li Robin van Persie falla penalty għar- Red Devils, li seta' ġab l-iskor indaqs għalihom fl-74 minuta. Leicester City ġewwa darhom kisbu 3 punti prezzjużi meta għelbu lil Newcastle United li qed ikollhom staġun diżastruż bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. Il-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Jose Leonardo Ulloa, bit-tieni goal jasal minn penalty u minn gowl uniku ta' Wes Morgan. Tajjeb ngħidu li Newcastle United temmew il-logħba jilagħbu b'9 plejers neta tkeċċew għalihom ż-żewġ plejers Mike Williamsson u Daryl Janmaat wara li t-tnejn li huma rċevew żewġ karti sofor fil-logħba. U jekk it-tliet punti miksuba minn Leicester City jistgħu jiġu meqjusa bħala prezzjużi, daqstant ieħor nistgħu nqisu t-tlietf punti miksuba minn Aston Villa, meta ġewwa darhomf 'Villa Park huma għelbu lil Everton bl-iskor ta' 3-2, bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta tal- attakkant prolifiku Belġjan Christian Benteke u minn gowl uniku tal-plejer misluf mal-Villa mingħand Manchester United, Tom Cleverley. Min-naħa l-oħra, iż- żewġ gowls għat-tim minn Goodison Park wasal minn penalty tal- Belġjan, Romelu Lukaku, fis-60 minuta u minn Phil Jagielka propju fid-90 minuta. Sunderland ġewwa darhom kisbu rebħa ferm tajba ta' 2-1 kontra Southampton, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn żewġ penalties ta; Jordi Gomez. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għas- Saints fil-logħba wasal minn Sadio Mane fit-22 minuta. Tajjeb ngħidu li Southampton spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-logħba wara li tkeċċa għalihom il-plejer Jamie Ward-Prowse permezz ta' karta ħamra diretta fl- 54 minuta. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Jefferson Montero u Sung-Yueng Ki. Tajjeb ngħidu li Stoke City temmew il-logħba jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Marc Wilson, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. West Ham United ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Burnley bil-gowl uniku għall-Hammers fil-logħba jasal minn penalty ta' Mark Noble fl-24 minuta. Tajjeb ngħidu li Burnley temmew il-logħba jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer, Michael Duff, kmieni fil-logħba eżattament fit-23 minuta. Dipartiment għall-Gvern Lokali 26, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT 1443 Tel: +356 2200 2300 Email: info.dlg@gov.mt Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali (DLG) jgħarraf illi: Sa nofsinhar ta' l-Erbgħa, 20 ta' Mejju, 2015, fid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, 26, Triq l-Arċisqof, Il-Belt Valletta VLT 1443, jintlaqgħu offerti magħluqin għal: Attivitajiet ta' Riċerka għall-proġett "Tisħiħ tal-Governanza Lokali" [FSE 4.248] L-Attivitajiet jinkludu: Internal Audit Business Process Re-engineering Skills Gap Analysis Equality Mainstreaming Id-dokumenti ta' din l-offerta huma bla ħlas u jistgħu jitniżżlu mill-website tad-DLG (www.dlg.gov.mt ). L-offerenti għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom mad-DLG billi jibgħatu ittre fuq info.dlg@gov.mt biex id-dokument tal-offerta u kull korrispondenza sussegwenti fir-rigward tal-offerta rispettiva jiġu mibgħuta lilhom kif xieraq. L-offerenti jistgħu jissottomettu mistoqsijiet bil-miktub lid-DLG sa 16-il jum tal-kalendarju qabel il- limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' l-offerti. Id-Dipartiment iżomm id-dritt li jaċċetta jew jirrifjuta parti jew l-offerta sħiħa, xi offerti jew l-offerti kollha mitfugħa, anke l-aktar vantaġġużi. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insahhu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalita ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Juventus jiksbu t-33 Kampjonat tas-Serie A -istorja tagħhom u r-raba' wieħed konsekuttiv AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Plejers ta' Juventus jiċċelebraw bil-kbir ir-rebħ tat-33 Kampjonat tas-Serie A fl-istorja glorjuża tagħhom