Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
4 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 Pika politika fil-Fontana twassal għal periklu għat-tfal PIKA bejn kunsilliera miż- żewġ partiti qed itellfu milli tfal tal-Fontana jkollhom pitch tal-Football fejn jilagħbu mingħajr periklu. Din hija pika li tista' twassal għal periklu għat-tfal tal-lokal. Dan l-aħħar l-ILLUM ġietu ittra f 'idejh mibgħutha minn Horace Micallef - kunsillier bl- akbar numru ta' voti mal-Partit Laburista, li hu fil-minoranza tal-kunsill lokali tal-Fontana. Dan fil-fatt qassam kopja tal- minuti meta l-Kunsill iddiskuta mozzjoni mressqa minnu biex isir grawnd tal-futbol fil-Fontana - li m'għaddietx meta sar vot fuqha hekk kif il-viċi sindku m'attendiex u kien skużat, u għalhekk is-sindku Saviour Borg kellu juża l-vot deċiżiv biex il-mozzjoni ma tgħaddix - jiġifieri uża żewġ voti, tiegħu bħala kunsillier u tiegħu bħala sindku. Horace Micallef qassam il- kopja tal-minuti, ittra miktuba minnu indirizzata lir-residenti u kopja tal-mozzjoni li ressaq. Dawn qassamhom bieb bieb lir- residenti kollha tal-Fontana li hi aktar magħrufa mal-Għawdxin bħala Triq tal-Għajn. L-ILLUM iddeċieda li jmur filgħaxija qabel id-duttrina u wara d-duttrina fejn fuq iz- zuntier wieħed seta' jara diversi tfal jilagħbu l-ballun u biswitu wieħed jista' jara, inkluż fir- ritratti li ġbidna, triq prinċipali li hi traffikuża ħafna għal dawk li jkunu sejrin jew ġejjin mix- Xlendi. Il-periklu hu li jekk l-ballun jmur fit-triq u xi wieħed mit-tfal jmur jiġri għalih jista' jissogra li tkun għaddejja xi karozza. Fil- fatt skont Horace Micallef kienu r-residenti li talbuh jagħmel din il-mozzjoni biex jsir grawnd artifiċjali fuq in-naħa ta' wara tal-bandli tal-lokalità fejn it-tfal tal-lokal ikunu jistgħu jilagħbu l-ballun f 'ambjent aktar sigur. Tkellimna ma' Horace Micallef u tlabnieh x'inhi r-raġuni għaliex is-sindku ma jridx dan il-grawnd. Is-sur Micallef qalilna li hemm fondi kemm trid għax kien fadal €120,000 u issa żdiedu bil-€135,000 ta' din is-sena. Il- grawnd m'għandux jiswa aktar minn €10,000 -"fondi għandna u mhix problema." Skont il-minuti li għandna f 'idejna s-sindku qal li hu impossibbli li jsir dan il-grawnd peress li biex dan isir irid ukoll jitkisser il-parti tal-ġnien li baqa'. Qal ukoll li l-Kunsill ma jistax ikisser ix-xogħol ta' gym u tapiti apposta għas- sigurtà, kif ukoll jinqalgħu parti mit-tagħmir tal-ġnien tar-rikreazzjoni li saru madwar sena ilu. Barra hekk il-kunsill għandu mwaħħlin il-pannelli fotovoltajiċi. Fl-istess ħin ma jaħsibx li jkun hemm post għat-tapiti u t-tagħmir jekk jinqalgħu għax ma jingħatax l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għall-Istandards. Is- sindku kompla jgħid li jekk isir il-grawnd tal-futbol għall- five-a-side jibża' li l-pannelli fotovoltajiċi eżistenti jintlaqtu minn xi ballun. Mistoqsi dwar dawn ir- raġunijiet li ġab is-sindku, Horace Micallef qal li s- soluzzjoni tkun li jsir reċint, kif ukoll xibka fis-saqaf tal-grawnd biex l-ebda ballun ma jaqbeż 'il barra. Micallef qal ukoll li meta l-kunsill preċedenti kien bena garaxxijiet taċ-ċentru ċiviku kienet inqalgħet biċċa mill-ġnien għar-rikreazzjoni u sar sew. Micallef kompla jgħid li hu qed jipproponi li jinqala' l-madum u minflok isir turf. Qal ukoll li l-apparat tal-gym jista' jinqala faċilment u jitressaq għal ġenb ieħor u anke t-twapet jistgħu jitressqu għax spazju hemm. Mitlub jgħid x'jaħseb li hi r-raġuni wara dan kollu Horace Micallef qal, "Jien għandi informazzjoni minn leakage min-naħa tal-PN li l-kunsilliera Nazzjonalisti għandhom direttiva mill-partit biex jivvutaw kontra għax din hi inizjattiva li ħarġet min-naħa tal-kunsilliera Laburisti." Mistoqsi jekk fil-Fontana qatt daħlitx il-politika partiġġjana, Micallef sostna li "qatt ma daħħalt politika fil-Kunsill. Aħna l-kunsilliera għandna naħdmu favur l-aħjar interess taċ-ċittadin. Din tagħhom hi direzzjoni żbaljata ħafna u stennejt li s-Sindku jivvota favur tal-mozzjoni għax it-tfal m'għandhomx kuluri u hemm jilagħbu t-tfal ta' kulħadd. "Dan il-vot tas-sindku hu vot kontra t-tfal u ż-żgħażagħ tat-triq tal-Għajn jew kif jafuha l-Maltin, tal-Fontana." Fil-minuti s-sindku saħaq li titniżżel is-sentenza li Horace Micallef qed jipproponi li jitkisser il-ġnien tar-rikreazzjoni biex floku jsir grawnd. SEJĦA GĦAL SERVIZZI GĦAL ESPERTI LOKALI FL-IŻVILUPP TAL- KURRIKULU BIEX IWETTQU L-PROĊESS TAD-DELIVERABLES EWLENIN TAL-PROĠETT ESF 1.228 Id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DQSE) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) qed toħroġ din is-Sejħa biex tħajjar Esperti lokali fl-Iżvilupp, tal-Kurrikulu biex jimtlew postijiet għal suġġetti/gruppi ta' suġġetti/esperjenzi kif spjegat hawn taħt b'relazzjoni mal-proġett kofinanzjat mill-UE: ESF 1.228, imsejjaħ 'Iddisinajar ta' Learning Outcomes Framework (LOF)' Il-postijiet għal suġġetti/gruppi ta' suġġetti/esperjenzi huma dawn: a. Esperti Lokali fl-Iżvilupp tal-Kurrikulu biex jirratifikaw il-Programmi ta' Tagħlim u Assessjar fil-Core Mathematics u ICT. b. Esperti Lokali fl-Iżvilupp tal-Kurrikulu għall-iżvilupp ta' Programmi ta' Tagħlim u Assessjar għall- Malti bħala lingwa barranija u erba' (4) suġġetti VET. c. Esperti Lokali fl-Iżvilupp tal-Kurrikulu għall-iżvilupp ta' Programmi ta' Tagħlim u Assessjar għall- Edukazzjoni fis-Snin Bikrin u fis-settur ta' Kura. d. Esperti Lokali fl-Iżvilupp tal-Kurrikulu għall-iżvilupp ta' Programmi ta' Tagħlim u Assessjar għas- settur fil-livelli tad-dħul. e. Esperti Lokali fl-Iżvilupp tal-Kurrikulubiex jaġixxu ta' validaturi u konsulenti għall-Programmi ta' Tagħlim u Assessjar għas-settur fil-livelli tad-dħul. f. Esperti Lokali fl-Iżvilupp tal-Kurrikulubiex jaġixxu ta' validaturi u konsulenti għall-Programmi ta' Tagħlim u Assessjar għas-settur fil-livelli tad-dħul. L-għan tal-Proġett ESF 1.228 huwa li joħloq Learning Outcomes Framework li tinkludi l-Programmi ta' Tagħlim u Assessjar assoċjati miegħu. Il-Proġett jinvolvi l-iżvilupp ta' learning outcomes fi tmien oqsma ta' tagħlim u sitt temi interkurrikulari kif hemm imniżżel fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (NCF). Jinvolvi wkoll żvilupp ta' Programmi ta' tagħlim u Assessjar ta' suġġetti varji mis-settur tas-Snin Bikrija sal- ħdax il-sena ta' edukazzjoni obbligatorja. Laqgħa ta' informazzjoni għal applikanti prospettivi se ssir nhar it-Tlieta 5 ta' Mejju 2015 fid-9.00am fil- Boardroom tal-Customer Care, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana. Informazzjoni dwar din is-Sejħa għal Servizzi u l-applikazzjoni tista' ssibhom mill-website: http://education.gov.mt/en/Pages/vacancies.aspx. L-Applikazzjonijiet flimkien mal-European CV jintlaqgħu mis- sezzjoni tal-Customer Care, Triq l-Assedju l-Kbir, Il-Furjana (VLT 2000) jew l-Uffiċċju tal-Edukazzjoni, Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex (VCT 2000). L-applikazzjonijiet jistgħu wkoll jiġu sottomessi permezz tal- Online Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt. Programm Operattiv II – Politika ta' Koezjoni 2007-2013 Insaħħu lin-Nies għal Aktar Impjiegi u għal Kwalità Aħjar ta' ħajja Progett parzjalment finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Socjali Ewropew (FSE) Rata tal-kofinanzjament 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Tfal jilgħabu fuq iz-zuntir tal-knisja