Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 31 SPORTSillum FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġewwa San Benedetto del Tronto, intlagħab u ġie fi tmiemu l-Kampjonat Taljan tat- Table Football tas-Serie A u B, kif ukoll is-Serie C. Kull diviżjoni kienet komposta minn 12–il klabb. Tliet plejers Maltin kienu involuti ma' tliet klabbs differenti. Massimo Cremona ma' F.illi Bari Reggio Emilia, Hansel Mallia ma' Fiamme Azzure fis-Serie A u Patrick Pace ma' Lazio fis-Serie B. Iċ-Champions Ewropej F.illi Bari Reggio Emilia reġggħu kkonfermaw is- saħħa tagħhom meta rebħu l-ħames kampjonat Taljan fl-istorja tagħhom. Kif kien mistenni F.illi Bari Reggio Emilia bdew it-tieni rawnd favoriti għal dan il- kampjonat imma kellhom sfida qawwija minn Pisa, Napoli u Fiamme Azzure. Is-Sibt, Reggio Emilia rebħu lil Napoli Fighters 2-0, Pierce 2-1, Pisa 3-1,Roma 4-0, Perugia 3-1 u Bologna 2-1, biex saħħew posthom f 'ras il-klassifika. Il-ġurnata tal-Ħadd bdew b'rebħa fuq Salernitana 3-0 imma sofrew telfa kontra Fiamme Azzure 0-2. Rebħa kontra Ascoli ta' 4-0 ġabet l-aħħar żewġ logħbiet deċisivi fejn kien sejjer it-Titlu imma telfa oħra kontra Napoli kkomplikat is-sitwazzjoni u rebħa kontra Milan kienet tassikura matematikament ir-rebħ tal-kampjonat. F.illi Bari Reggio Emilia rebħu b'mod konvinċenti l-aħħar logħba kontra Milan 3-0 biex ħadu l-Iscudetto għall-ħames darba. Cremona lagħab 19–il logħba mit-22 għat-tim tiegħu. F'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal huwa saħaq li: "Dan hu s-seba' staġun konsekutiv tiegħi mal- klabb fejn irbaħt kull kompetizzjoni magħhom. L-istaġun li ġej se jkun it- tmien wieħed magħhom. Aħna t-tim li kulħadd irid jirbaħ. Il-klabb jilgħab dejjem biex jirbaħ kull kompetizzjoni li jkun involut fiha, għalhekk dejjem inkun motivat biex nilgħab," temm jgħid Massimo Cremona. It-tim ta' F.illi Bari Reggio Emilia kien kompost minn Saverio Bari (captain), Marco Lamberti, Luca Cappellaci, Emanuele Licheri, l-Ispanjol Carlos Flores u Massimo Cremona. Dan kien staġun fantastiku u li se jibqa' mfakkar – Roderick Bajada JEKK kien hemm tim li ftit tal-jiem ilu kiteb paġna storika fl-istorja tiegħu, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief it-tim ta' Pembroke Athleta. Dan hekk kif dan it-tim meqjus bħala żgħir, ftit ta' żmien ilu saħansitra kien jimmilita fil-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni. Iżda, l-istess tim immexxi mill-kowċ ferm bravu u ħabrieki, Jacques Scerri, għamel passi ta' ġgant 'il quddiem, tant li tabilħaqq, irnexxielu jagħmilha sal- ogħla diviżjoni tal-futbol Malti – il-Kampjonat BOV Premier. U mhux biss Pembroke Athleta rnexxielhom jassiguraw il-promozzjoni għall- Premier jiem qabel kien uffiċjalment konkluż il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, iżda rnexxielhom ukoll jirbħu l-kampjonat tal-istess diviżjoni, u għalhekk ġew inkurunati champions tal-istess diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Biex ikollna stampa aħjar ta' x'għadda minnu dan it-tim matul dan l-istaġun, dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-captain ta' Pembroke Athleta, Roderick Bajada, li għandu esperjenza kbira fil-futbol Malti hekk kif lagħab ma' timijiet kbar bħal Valletta u Sliema Wanderers fost oħrajn, u saħansitra kien anki jimmilita fit-tim nazzjonali. Huwa saħaq li: "Għal dawn l-aħħar 10 xhur, ħdimna qatigħ biex nirbħu dan il-kampjonat. Kellna pre-season tajjeb ħafna iżda bdejna l-kampjonat fuq sieq ħażina. Il-coaching staff, il- kumitat u l-plejers komplew jemmnu f 'dan il-proġett, u bil-mod il-mod bdejna niksbu l-punti sakemm finalment irnexxielna nilħqu t-tragwardi tagħna. Barra li Pembroke Athleta rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, il-minors tal- istess tim żammew posthom f 'Section A. Dan kollu juri li l-klabb jemmen bis-sħiħ fin- nursery tiegħu. Bħala tim kellna taħlita tajba ħafna. Kellna president li dejjem kien warajna f 'mumenti diffiċli, u coaching staff li ħadem qatigħ u li kien għatxan għas-suċċess. Kellna wkoll dressing room, li fiha rrenja ambjent mill-isbaħ, b'ħafna talent żagħżugħ u b'xi plejers ta' esperjenza madwar plejers żgħażagħ. Xi wħud huma tal-fehma li ma jeżistix talent żagħżugħ fil-futbol Malti. Jien nirribatti din l-idea u ngħid li iva hemm, iżda wieħed irid ifittxu. Plejers żgħażagħ iridu jaħdmu ħafna permezz ta' taħriġ intensiv ta' kuljum, ikunu paċenzjużi u jitgħallmu jilagħbu għat-tim. Pembroke Athleta huwa klabb li qed jikber. Għandu faċilitajiet u grupp ta' persuni li jħobbu l-logħba tal-futbol. Dan kien staġun fantastiku u li se jibqa' mfakkar," temm jgħid Roderick Bajada. Il-captain ta' Pembroke Athleta, Roderick Bajada, jgħolli t-Tazza li mmarkat lit-tim li jilgħab miegħu bħala Champions tal-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni. Ritratt - Paul Zammit Cutajar Massimo Cremona jerġa' jirbaħ il-Kampjonat tas-Serie A tat-Table Football ma' F.illi Bari Reggio Emilia Massimo Cremona jippoża bit-trofew wara li reġa' rebaħ il-Kampjonat tas-Serie A tat-Table Football ma' F.illi Bari Reggio Emilia