Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
32 illum Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 SPORTSillum NHAR il-Ġimgha 24 ta' April matul l-Athletics Challenge Meeting 5 fit- trakka Matthew Micallef St John fil-Marsa, Mark Herrera reġa' kiser ir- rekord nazzjonali tat- 3000m Steeplechase, f 'ħin ta' 9.35.46. Dan il-ħin kompla jtejjeb iċ-ċans tiegħu li jieħu sehem fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, kif ukoll jikkonferma l-kwalifikazzjoni tiegħu għal-Logħob Ewropej li se jsiru f 'Baku, fl- Azerbaijan. F'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal, Mark Herrera, tenna li sa issa kellu staġun tajjeb ħafna fejn mill-bidu tal-istaġun kollox huwa miexi kif ippjanat u ġimgħa wara gimgħa, qed itejjeb il- ħinijiet tiegħu u fl-istess ħin isaħħaħ it-taħriġ tiegħu biex iwassluh għal dawn il- kompetizzjonijiet fl- aqwa pożizzjoni possibli biex jikseb suċċess, kemm bħala ħin kif ukoll bħala pożizzjoni. Huwa xtaq l-ewwelnett jirringrazzja lill-Malta Athletic Amateur Association (MAAA), talli laqgħu it-talba tiegħu biex din it tellieqa ssir il-Gimgħa fit-tard flok kif kienet ippjanata is-Sibt f 'nofsinhar, għax skont hu dan kien l-ewwel fattur importanti biex kiseb dan ir-rekord. Dan hekk kif Mark Herrera tenna li kien ikun ferm itqal li jiġri 3000 metru f 'nofsinhar bit- temp sħun li qed ikollna. Mark Herrera kompla jgħid li "il-pjan ta' din it-tiġrija kien wieħed li kemm jista' jkun inżomm it-teknika tajba għax billi tagħmel dan tkun tista' tibqa' għaddej bl-istess pass meta taqbeż l-ostaklu, u fil-fatt irnexxieli għax mill- bidu sal-aħħar, il-ħin kin kostanti u komplejt inżid iżjed lejn l-aħħar biex ksibt dan il-ħin." Herrera żied jgħid li tliet ġimgħat oħra jibdew il- Kampjonati Nazzjonali tal- Atletika, fejn hawn se jerġa' jmur għall-ħin aħjar fuq din id-distanza u distanzi oħra li jista' jieħu sehem fihom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Mark Herrera, xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Nyoo Destination Wellness, Urban Jungle, Medcomms Ltd u Jan Farrugia Sports Massage. SEMMA' LEHNEK *EŧPMG.50CTFSWFSVTFNNBMFŧOFLEXBSLVMNBRFEKJŦSJ NBEXBSFLNJOOYFKSJFUMPLBMJHŧBMŦSBKKJFULVSSFOUJCJŚŚBOT MJUJSCBŧSJHBMJUBLVMMŦJNHŧB.50CTFSWFSIVQKBUUBGPSNB CJFY JOU ULVO UJTUB UJLLPOUSJCXJYYJ MNBUFSKBM UJFHŧFL mEEJOKB NHŧBŦŦMB EEPNJOBUB NJMMNJEKB V ULVO QBSUJ NJEEJTLVTTKPOJ őVSPCTFSWFSNBMUBUPEBZDPNNU Mark Herrera jerġa' jikser ir-rekord nazzjonali tat-3000m Steeplechase Mark Herrera fl-azzjoni waqt l-event tat-3000m Steeplechase li fih huwa reġa' kiser ir-rekord nazzjonali tal-istess dixxiplina