Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 33 SPORTSillum ISSEWWIEQ Fillandiż ta' Ferrari Kimi Raikkonen għadu mhux ċert x'se jkun il-futur tiegħu ma' Ferrari. Dan hekk kif l-amministrzzjoni ta' Ferrari qed ittawwal iż-żmien biex tikkonferma x'se jkun il-futur tas-sewwieq Filandiż. U dan biex iżomm lill-eks sewwieq ta' Mclaren Mercedes motivat biex jikseb riżultati tajbin. Madankollu is-sewwieq ta' Ferrari, Maurizio Arrivabene, tenna li sa issa Raikkonen wera li huwa sewwieq tajjeb ħafna u għalhekk jekk wieħed isaqsih jekk huwa ħaqqux li jkollu l-kuntratt imġedded ma' Ferrari, ir-risposta tas-sid ta' Ferrari tkun żgur fl-affermattiv. Maurizo Arrivabene kien qed jitkellem wara l-aħjar wirja u riżultat li kiseb Kimi Raikkonen sa issa, jiġifieri t-tieni post fil-GP tal-Bahrain nhar il-Ħadd li għadda. Jekk nieħdu l-eżempju tal- istaġun li għadda, mill-ewwel ħarġiet tiegħu f 'dan l-istaġun, Kimi Raikkonen, deher li għamel passi ta' ġgant 'il quddiem. Dan hekk kif matul l-istaġun li għadda huwa kien fid-dell ta' sieħbu, Fernando Alonso li kiseb riżultati ieħor aħjar minn tiegħu. Madankollu matul dan l-istaġun qed inkun iktar kompetittiv ma' sieħbu Sebastian Vettel, wara li Fernando Alonso fuq Mclaren. Dan kollu qed jindika li wara numru konsiderevoli ta' snin, matul dan l-istaġun Ferrari se jirritornaw fejn nafuhom, jiġiferi jisfidaw għar-rebħ tat-titlu tal-Formula FORMOLA AVVIŻ KLASSIFIKATI Agħżel kategorija. Imla l-kaxxi t'hawn taħt. Ikteb f 'ittri kbar. L-avviż tiegħek jidher f 'illum għal tliet ġimgħat. Din l-oerta ma tapplikax għall-aġenti tar-real estate Ibgħat il-formola fuq: Illum Klassikati, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 imkien ma' ċekk ta' €3 cheque pagabbli lil MediaToday Co. Ltd Isem: _________________________________ Indirizz: _______________________________________________________ _______________________________________ Tel: ___________________ Email: _________________________________ ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL IL-PREZZIJIET KOLLHA MNI LA JRIDU JKUNU F'EWRO ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL 2 klassikati għal 3 ġimgħat għal €3 f 'Illum Malta tikseb il-bronż s-37 edizzjoni tal-Kampjonati għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Weightlifting NHAR is-Sibt 26 ta' April, il-Malta Weightlifting Association (MWA) ipparteċipat fis-37 edizzjoni tal-Kampjonati għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Weughtlifting, li saru ġewwa Monaco, fi Franza. Malta kienet irrappreżentata minn Ryan Agius, Kyle Micallef, Rodmar Pulis, Jovan Reljic u Krista Camilleri akkumpanjati mill-President tal-MWA, Jesmond Caruana. F'din il-kompetizzjoni, it-tim Malti kien qed jikkompeti kontra atleti minn Ċipru, l-Iżlanda, il-Lussemburgu, Monaco u San Marino. L-ewwel fl-azzjoni għall- Maltin kienet Krista Camilleri li għaliha din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali barra minn xtutna. Camilleri kellha prestazzjoni ferm tajba fejn hi rnexxielha tikser tliet rekords nazzjonali bir-refgħat ta' 61kg fl-iSnatch u 78kg fil- Clean & Jerk, b' total ta' 139kg. Għaldaqstant, Camilleri, irnexxielha tikseb ir-raba' post fil-klassifika femminili b'total ta' 176 punt. Fis-sezzjoni Maskili, Jovan Reljic, spiċċa l-kompetizzjoni b'total ta' 279 punt, Ryan Agius għalaq b'total ta' 284 punt, Rodmar Pulis kiseb total ta' 291 punt filwaqt li Kyle Micallef irnexxielu jilħaq total ta' 312 punt. Fil-klassifika ġenerali, Malta, rnexxielha tirbaħ il-medalja tal-bronż, fejn temmet wara Ċipru u l-Iżlanda rispettivament. Dan kien riżultat ferm sodisfaċenti għal Malta fejn it- tim Malti rnexxielu jirreġistra l-ogħla total ta' punti f 'dawn l-aħħar snin. Ta' min isemmi wkoll li f 'din il-kompetizzjoni, Micallef kien ferm viċin biex jikser rekords nazzjonali li ilhom stabiliti 'l fuq minn 10 snin. Dan jawgura tajjeb għal din id-dixxiplina f 'pajjiżna, u jixhed biċ-ċar li x-xogħol li qed tagħmel l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightifting, qed iħalli l-frott mixtieq. Dan is-suċċess ma kienx ikun possibli mingħajr l-assistenza tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u l-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). It-Tim Nazzjonali tal-Weightlifting li kiseb il-bronż fis-37 edizzjoni tal-Kampjonati għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Weightlifting Futur inċert għal Raikkonen ma' Ferrari Kimi Raikkonen jiċċelebra wara li riċentament temm fuq il-podju