Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 Meta kienet l-ewwel darba li mort tara logħba tat-Ten Pin Bowling u kif komplejt tevolvi fl-istess sport? L-ewwel darba li mort nara t-Ten Pin Bowling kien meta kont immur nagħti l-appoġġ tiegħi lit-tim ta' missieri li kien jieħu sehem fil- kampjonati nazzjonali. Peress li bdejt immur kemm-il darba nara l-bowling ġietni l-ħajra nipprova nilgħab dan l-isport. Għalhekk darba mort ma' missieri għal sessjoni ta' taħriġ. Dakinhar vera ħadt gost u ddeċidejt li nibda mmur nilgħab il-bowling kull meta missieri kien imur jitħarreġ. Bdejna mmorru wkoll nilgħabu l-bowling bħala ħarġa għall- familja. Fis-sajf tas-sena 2011, il-ġenituri tiegħi bagħtuni għal klassijiet tas- sajf organiżżati mill-Assocjazzjoni Nazzjonali tat-Ten Pin Bowling. Fl-aħħar ta' dak is-sajf irbaħt il-kompetizzjoni organiżżata għal dawk kollha li attendew din il-klassi tas-sajf. Kien hawnhekk li l-kowċ taż-żgħażagħ, Mark Spiteri, kif ukoll il-youth co-ordinator, Liliana Spiteri, raw potenzjal fija u avviċinawni biex nissieħeb fl- iskwadra Nazzjonali għal tfal ta' taħt is-sittax-il sena. B'hekk, minn Ottubru 2011, fl-eta' ta' 10 snin, bdejt nattendi s-sessjonijiet ta' taħriġ mal-iskwadra nazzjonali kif ukoll is-sessjonijiet ta' Skola Sport organiżżati mill-Kunsill Malti għall-Isport. Dawn is-sessjonijiet kien jsiru kull nhar ta' Sibt filgħodu u kienu jdumu tliet sigħat u nofs sħaħ. Minħabba f 'hekk il- livell tal-logħba tiegħi beda jitjieb. Wara ftit żmien nitħarreġ ma' dan il-grupp, bdejt nirbaħ diversi unuri. Ġejt fit-tieni post fl-U16 championships f 'Novembru 2011, irbaħt il-premju għall- Most Improved tal-Junior League f 'April 2012 u rbaħt in-Knockout Competition f 'Mejju 2012. Ftit qabel is-sajf tal-2012, irċevejna ktejjeb ta' informazzjoni għax f 'Malta kienet se tiġi mnedija għall-ewwel darba Skola tal-Isport. L-idea ta' din l-iskola hija li toffri opportunita' lil żgħażagħ sportivi promettenti li jitħarrgu aktar fl- isport tagħhom filwaqt li jkomplu l-istudji fis-suġġetti akkademiċi. Kont iffortunata għax din l-iskola fetħet il-bibien tagħha proprju f 'dik is-sena li kont se mmur l-skola sekondarja u għalhekk stajt nitfa' l-applikazzjoni tiegħi għal din l-iskola l-ġdida. Meta morna għal-laqgħa ta' informazzjoni dwar din l-iskola ġejna infurmati li kienet se tkun diffiċli li jien nagħmel parti minn din l-iskola peress li ma' kienx hemm faċilitajiet għall- isport tat-Ten Pin Bowling fuq il-campus tal-iskola. Madanakollu ma qtajniex qalbna u permezz tal-kooperazzjoni tal-Malta Ten Pin Bowling Association (MTBA) u l-Eden Super Bowl instabet soluzzjoni għal din il-problema. Peress li l-kowċ taż-żgħażagħ, Mark Spiteri ma setax ikun preżenti għal-lezzjonijiet tal- bowling waqt il-ħin ta' l-iskola minħabba raġunijiet ta' xogħol, l-MTBA offriet is-servizzi tal- kowċ nazzjonali, Rick Vogelesang. B'hekk instabet soluzzjoni għal parti mill-problemi. Biex il-ħolma tiegħi setgħet issir realtà, għal- lezzjonijiet tal-bowling, il-ġenituri tiegħi kellhom jassiguraw li jieħdu ħsieb li jwassluni minn Ħal Kirkop għal San Ġiljan u lura għall-lezzjoniet tal-bowling. B'hekk ommi kellha kważi ta' kuljum tiġi għalija l-iskola f 'Ħal Kirkop, teħodni San Ġiljan u wara twassalni lura l-iskola biex inkompli l-lezzjonijiet akkademiċi mal-kumplament tal-istudenti. Kif tħoss li l-Iskola Nazzjonali tal- Isport tgħin lil sportivi bħalek? L-Iskola Nazzjonali ta' l-Isport tagħti prova li l-isport u l-istudji jistgħu jimxu id f 'id, anzi l-isport jgħin ħafna biex l-istudenti jtejbu wkoll il-livell akkademiku tagħhom. Minbarra l-lezzjonijiet akkademiċi jkun hemm fid- dixxiplini sportivi erba' darbiet fil-ġimgħa waqt il-ħin tal-iskola. Kif jinqasam it-taħriġ tiegħek bejn skola u mal-assoċjazzjoni Maltija tal-bowling? Barra li nipprattika l-bowling l-iskola nagħmel taħriġ ieħor mal-assoċjazzjoni nazzjonali tal- bowling. Is-Sibt filgħodu mmur għas-sessjonijiet taż-żgħażagħ immexxija mill-kowċ Mark Spiteri u l-Ħadd immur mal-bowlers adulti li huma fost l-aqwa bowlers ta' Malta, l-hekk imsejħa elite bowlers, taħt il-gwida tal-kowċ Rick Volegesang. Apparti it- training tal-bowling fl-Eden Super Bowl, jien nagħmel sessjonijet ta' strength training bil-weights id- dar. Nara wkoll diversi filmati ta' plejers professjonisti biex inkun nista' ntejjeb l-istil u l-livell tal- logħba tiegħi. Bis-saħħa ta' dan it- taħriġ intensiv u s-sagrifiċċji li qed nagħmel, irnexxieli nikseb bosta suċċessi. Naf li s-sena 2013 kienet waħda ferm importanti għalik. Għaliex? F'Jannar 2013 isseħibt ma' Xs Vitel, tim fit-tieni Diviżjoni tal- Kampjonati Nazzjonali. Fl-ewwel staġun tiegħi irbaħt diversi unuri indiviwali, fosthom l-aqwa punteġġ miksub fl-logħba u anke l-Most Improved Average fil-kategorija femminili. Minn hemm ma ħaristx lura u komplejt nirsisti biex intejjeb il-logħba tiegħi u anke biex għint lit-tim tiegħi jiġi promoss u jilgħab għall-ewwel darba fl-ewwel diviżjoni. Fis-sajf tal-2013 mort mal- iskwadra nazzjonali taż-żgħażagħ f 'Nuneaton, l-Ingilterra, nikkompeti fil-British Junior Open. F'din il-kompetizzjoni ġejt it-tieni fl-U13 Singles tat-tfajliet, l-ewwel fl-U13 Mixed Doubles ma' Matthew Magro, student ieħor fl-Iskola Nazzjonali ta'-l- Isport. Hemmhekk ġejt l-ewwel fil-kategorija tal-U13 tat-tfajliet fl-All Event u li kienet tfisser li rbaħt it-titlu ta' l-U13 tat-tfajliet. F'Novembru 2013 irbaħt il- kampjonati nazzjonali tat-tfajliet ta' taħt it-23 sena u ġejt it-tieni fil-kategorija tal-U16. F'Diċembru ġejt ippremjata b'Award Speċjali waqt is-serata annwali tal-awards tal-Kumitat Olimpiku Malti għas- suċċessi kollha li kelli fl-2013. U jekk l-2013 kienet waħda importanti għalik, daqstant ieħor kienet is-sena 2014. X'esperjenzajt matul din is-sena f 'dak li jirrigwardja ten-pin bowling? F'Lulju tal-2014 erġajt mort nikkompeti fil-British Junior Open li din id-darba saret f 'Norwich, l-Ingilterra fejn ħadt sehem fil-kategorija tal-U15 tat-tfajliet. Hemmhekk ġejt it- tielet fis-Singles u fl-All Events tat-tfajliet minkejja li kont waħda fost l-iżgħar parteċipanti f 'din il-kategorija. F'dik l-istess ġimgħa bqajt l-Ingilterra biex nieħu sehem f 'kompetizzjoni oħra internazzjonali f 'Heathrow li jisimha, London Junior International. F'din il- kompetizzjoni ħadu sehem 152 parteċipant u parteċipanta fl-eta' ta' taħt id-dsatax–il sena. Il-kompetituri ħadu sehem f 'kompetizzjoni waħda irrispetivament mill-eta' tagħhom. Minkejja dan, irnexxieli nispiċċa fil-ħames post minn fost il- parteċipanti kollha. Meta ġejt lura Malta komplejt nitħarreġ u nistinka għall- kampjonati nazzjonali ta' l-U16 u l-U23 li saru f 'Novembru fejn żammejt it-titlu ta' l-U23 għat-tieni sena konsekuttiva u irbaħt ukoll l-U16 fil-kategorija tat-tfajliet. Xahar wara erġajt ġejt ippremjata b'Award Speċjali mill-Kumitat Olimpiku Malta għall-unuri li rbaħt fl-Ingilterra. U din is-sena ma setgħetx tibda b'mod aħjar għalik. Għaliex? Hekk hu! Fil-fatt, fid-29 ta' Jannar li għadda, kelli wieħed mill-akbar suċċessi li qatt ksibt fil-karriera qasira tiegħi. Ġejt magħżula mill-ġurnalisti sportivi bħala l-Isportiva Żagħżugħa tas- Sena għall-2014 waqt il-Malta Sports Awards – Għażliet Sportivi SPORTSillum Il-preżent u l-futur tat-ten-pin Cristian Antony Muscat Sara Xuereb – bowler ferm żagħżugħa li mir-riżultati u l-unuri ferm prestiġjużi li rnexxielha tikseb f'età daqstant żgħira qed turi bis-sħiħ li se tkun l-atleta prinċipali f'dan l-isport s-snin li ġejjin, b'uħud saħansitra jsostnu li din għad tieħu post il-bowler veterana meqjusa bħala r-Reġina tal-Mediterran tat- ten-pin bowling, Sue Abela. Jien ma kontx qed nistenna li nirbaħ dan l-unur peressli kont l-iżgħar waħda fost dawk li ġew innominati u l-atleti żgħażagħ l-oħra li ġew innominati miegħi, kienu ukoll għamlu suċċessi għalihom infushom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015