Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 35 SPORTSillum tat-ten-pin bowling f 'Malta Nazzjonali. Din kienet l-ewwel darba li ngħata dan l-unur għal din il-kategorija f 'din is-serata. Jien ma kontx qed nistenna li nirbaħ dan l-unur peress li kont l-iżgħar waħda fost dawk li ġew innominati u l-atleti żgħażagħ l-oħra li ġew innominati miegħi, kienu ukoll għamlu suċċessi għalihom infushom. Għalhekk vera ninsab kuntenta u grata lejn il-ġurnalisti li għoġobhom jagħtuni l-voti għoljin tagħhom. X'fisser għalik dan l-unur personali ferm prestiġjuż li rnexxielek tikseb, speċjalment meta wieħed iqis li għadek ta' età relattivament żgħira? Permezz ta' dan l-unur li rbaħt, inħoss li ġejt ippremjata għas- sagrifiċċji kollha li għamilt matul is-sena l-oħra. Dan l-unur kompla jtini l-kuraġġ u fl-aħħar ta' Frar li għadda ħadt sehem fil- kompetizzjoni lokali ta' l-MTBA Masters Tournament. F'din il- kompetizzjoni ħadu sehem l-aqwa bowlers adulti lokali. F'din it-tip ta' kompetizzjoni n-nisa u l-irġiel jikkompetu ma' xulxin f 'kategorija waħda. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni ġejt ir-raba' post minn ħdax–il parteċipant u b'hekk għaddejt għas- semifinali. Fis-semi finali daħlu jilagħbu plejers seeded. Minkejja dan jien ġejt fir-raba' post minn tnax-il il-parteċipant/a u għaddejt għall-fażi finali u sirt l-iżgħar plejer li qatt wasal jew waslet sal-finali. Fil-ġurnata tal-finali fejn kien hemm tnax-il plejer, fosthom erba' plejers oħra seeded. Minkejja li hawn kont qed nikkomepeti mal- aqwa bowlers ta' Malta, irnexxieli nispiċċa fost l-ewwel sitt bowlers. X'inhuma l-pjanijiet tiegħek għal din is-sena f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ten-pin bowling? Il-pjanijiet li għandi għal din is-sena huma li nieħu sehem f 'diversi kompetizzjonijiet lokali kif ukoll barra minn Malta. Il- kompetizzjonijiet lokali jinkludu, il-Gold Cup lejn l-aħħar ta' April, il- Kampjonati Nazzjonali Individwali u l-Malta Open f 'Ġunju, u mbagħad f 'Novembru niddefendi t-titli tal-Kampjonati Nazzjonali ta' l-U16 u l-U23. F'Lujlu se nerġa' mmur nipparteċipa fil-Junior British Open u fil- London Junior International. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas għandek xi ħolma partikolari li tixtieq li ssir realtà fil-futur qrib? Il-ħolma tiegħi hija li aktar 'il quddiem immur nirrapreżenta lil Malta fil-Mediterranean Challenge Cup, fil-European u fil-World Championships. Nispera wkoll li aktar il-quddiem it-Ten Pin Bowling jsir wieħed mid-dixxiplini sportivi ta' fl-Olimpjadi sabiex immur nikkompeti u nirrapreżenta lil Malta hemmhekk ukoll. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjament partikolari wara dan is-suċċess kollu li rnexxielek tikseb f 'daqstant żmien qasir? Iva, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li dejjem emmnu fija u li kontinwament ituni l-appoġġ tagħhom. Il-ħolma tiegħi hija li aktar 'il quddiem immur nirrappreżenta lil Malta fil- Mediterranean Challenge Cup, fil- European u fil-World Championships L-ewwel darba li marret tara t-Ten Pin Bowling kien meta kienet tmur tagħti l-appoġġ tagħha lit-tim ta' missierha Fis-sajf tas-sena 2011, il-ġenituri tagħha bagħtuha għal klassijiet tas-sajf organizzati mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tat-Ten Pin Bowling. Ġiet t-tieni post -U16 championships f'Novembru 2011 Fis-sajf tal-2013 ikkompet ietl-British Junior Open F'Lulju tal-2014 reġgħet marret tikkompeti l-British Junior Open li sar f'Norwich, l-Ingilterra fejn ħadet sehem l-kategorija tal-U15 tat-tfajliet Fid-29 ta' Jannar 2015 ġiet magħżula mill-ġurnalisti sportivi ta' Malta, bħala l-Isportiva Żagħżugħa tas-Sena għall- 2014 Sara Xuereb Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015