Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 Jonqos il-qgħad fost il-persuni b'diżabilità "ILGVERN hu kommess li ikompli jaħdem favur l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà, speċjalment fis-settur tax-xogħol." Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana waqt żjara li għamlet dil-ġimgħa fl-uffiċini tal-kumpanija Medavia fl-okkażżjoni ta' Jum il-Ħaddiem. Caruana enfassizzat fuq il-fatt li f 'din il-leġiżlatura, il-qgħad fost il-persuni b'diżabilità naqas b'21%, hekk kif 117 persuna b'diżabilità daħlu fid-dinja tax-xogħol. "Dan huwa frott tal-miżuri li qegħdin jittieħdu minn dan il-Gvern kif imħabbra fil-baġit, fosthom l-inċentivi fiskali għal kull min jimpjega persuni b'dizabiltà." Is-Segretarju Parlamentari qalet li s-Segretarjat li tmexxi hi qed jaħdem flimkien mal-ETC biex din is-sena jiġi mwettaq proġett ukoll imħabbar fil-baġit li permezz tiegħu ser jinħolqu 80 post tax-xogħol ta' back office għall- persuni b'diżabilità f 'Għawdex. "Is-sit fejn ser isir il-proġett ġie identifikat u x-xogħolijiet ser jiibdew mill-ġimgħat li ġejjin. Dan is-sit ser ikun l-ewwel Lifelong Learning Hub għall-Persuni b'Diżabilità li se jħarreġ aktar nies jidħlu fis-settur tax-xogħol u ser ikun f 'Għajnsielem." Caruana spjegat kif wara li ġiet imnedija l-Politika Nazzjonali għall-persuni b'diżabilità issa l-Gvern wasal fi stadju tal-implimentazzjoni tagħha permezz ta' strateġija li qed tiġi diskussa ma' Ministeri varji. "Il-Gvern ressaq liġi biex il-lingwa tas-sinjali Maltija tiġi rikonoxxuta bħala il-lingwa uffiċjali biex nippromwovu l-aġenda tal-persuni neqsin mis-smigħ." Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana kkonkludiet il-messaġġ tagħha billi faħħret il-kumpanija Medavia li tħaddem persuni b'diżabilità kif tirrekjedi wkoll il-liġi u qalet kif il-Gvern ser ikompli fuq it-triq li qabad biex iktar persuni b'diżabilità jidħlu u jibqgħu fid- dinja tax- xogħol. Intant din il-gazzetta tkellmet ukoll maċ- Chairperson tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà Oliver Scicluna fejn tlabnieh jaqasam magħna l-varjetà ta' impjiegi li jokkupaw preżentement persuni b'diżabilità u kif ukoll jekk kienx hemm xi talbiet mingħand il-KNPD minn naħa tal-industrija sabiex dawn jibdew jimxu fil-konformità mal- ħsieb tal-gvern fir-rigward biex jiżdiedu l-impjiegi għal persuni b'diżabiltà. Scicluna qal li l-miżura tal-Gvern imħabbra fl-aħħar baġit intlaqgħet tajjeb ħafna minn dawk li jħaddmu f 'diversi oqsma. "Minkejja li l-KNPD isservi bħala regolatur xorta waħda tiġi avviċinata minn persuni li jħaddmu biex toffrilhom gwida kif jistgħu jħaddmu persuni b'diżabilità." Qal li bħala KNPD huma jisħqu fuq l-importanza li persuna għandha tingħata xogħol li fih tkun kapaċi tagħmel differenza, u mhux biex sempliċiment biex tkun qed taħdem. "Huwa importanti li jinżamm l-ispazju meħtieġ biex il- persuna tkompli tiżviluppa l-ħiliet u tavvanza fl-impjieg tagħha. Ħafna minn dawk il-persuni li f 'dawn l-aħħar xhur daħlu fid-dinja tax-xogħol qed jagħmlu xogħol varjat ibbażat fuq responsabbiltajiet differenti." Mitlub isemmi xi eżempji ta' impjiegi Oliver Scicluna qal li hemm persuni li preżentement qed jaħdmu kemm f 'lukandi, fabbriki kif ukoll f 'uffiċċji. "Min jimpjega għandu qabel xejn iħares lejn il-potenzjal tal- persuna b'diżabilità u juża dan il-potenzjal għat-titjib tal-post tax-xogħol tiegħu. Niftakru li aħna persuni b'diżabilità u mhux diżabilità f 'persuna u għaldaqstant l-abilità tal-persuna għandha titqies l-ewwel, filwaqt li l-post tax-xogħol joffri l-akkomodazzjoni skont il- bżonn." Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt 1S\b`S>]W\bB`W_2c\9O`[ 0W`YW`YO`O0g^Oaa0W`YW`YO`O 09@'!%;OZbO >V]\S(!#$ ! "!!" ESP(eeeRW[SQVS\bQ][ 3[OWZ(OZO\.RW[SQVS\bQ][ Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana waqt żjara li għamlet din il-ġimgħa -uċini tal-Medavia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015