Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 5 REPORTER, Għada fid-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl- 9.45pm Nhar it-Tnejn fil-programm Reporter - se niddiskutu l-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Jiddibattu flimkien Saviour Balzan, il-Ministru Leo Brincat u d-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus Il-ħidma tas-sindki fil-lokalità VERONICALYNN MIZZI ISSINDKU l-ġdid li se jkollha l-lokalità ta' Santa Luċija huwa Terrence Ellul li wara l-ġurament tal- ħatra li sar iktar kmieni din il-ġimgħa, jsostni li hu lest għall-ħidma tiegħu f 'dan l-irwol ġdid f 'din il-lokalità, wara li serva bħala viċi sindku tal-istess lokalità fis-snin ta' qabel. "Nibda biex l-ewwel u qabel kollox, nirringrazzja lir-residenti ta' Santa Luċija tal-fiduċja li wrew fija għaliex mingħajrhom, ma kontx se nikseb dan ir-riżultat, u għalhekk ngħidilhom grazzi mill- qalb. Il-ħidma tiegħi fil-Kunsill Lokali u l-irwol ta' sidku huma li se nkun aktar viċin tar-residenti, inkomplu fuq ix-xogħol li beda s-sindku ta' qabli, s-Sur Frederick Cutajar u ta' dan nirringrazzjah. sabiex inkomplu fuq it-tajjeb li bena. Se nkunu qegħdin naħdmu biex nagħmlu l-aħjar użu mill-fondi tal- Unjoni Ewropea, kif ukoll nitolbu l-għajnuna tal- Gvern biex inkunu qegħdin inwettqu diversi proġetti. Se nkunu qegħdin naħdmu biex nibdew noħolqu l-attivitajiet li Santa Luċija hija nieqsa ħafna minnhom. Fil-ġranet li għaddew, bħala grupp tal-Kunsill Lokali, ħadna l-ħatra ta' Sindku, viċi sindku u kunsilliera sabiex minnufih, tibda l-ħidma bħala tim wieħed magħqud biex flimkien naħdmu għall- gid tal-komunità ta' Santa Luċija li tant għandna għal qalbna. Il-pazjenti huma dawk li jgħaqqadna flimkien – Chris Fearne WAQT l-ewwel laqgħa uffiċjali tal-Kunsill il- ġdid tal-Union Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-pazjent huwa dak li jgħaqqad flimkien lill-union u l-gvern. Fearne esprima l-konvinzjoni sħiħa tiegħu li b'kollaborazzjoni ħajja bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-MUMN il-professjonijiet tal-infermiera u l-qwiebel jistgħu jingħataw dejjem aktar rikonoxximent. "Dan il-Gvern qatt mhu ser jinsa s-sehem sħiħ li għandu l-ħaddiem f 'kull skaluna tas-soċjetà u huwa f 'dan il-kuntest allura li l-ħidma tad-Dipartiment tas-Saħħa hija ffukata sabiex mhux biss fl-isptarijiet tagħna jkollna n-numru meħtieġ ta' infermiera u qwiebel iżda daqstant ieħor biex l-infermiera u l-qwiebel tagħna jkollhom il-qafas adegwat sabiex ikomplu jikbru fil-professjoni tagħhom." Is-Segretarju Parlamentari qal lill-ILLUM li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ in-numru ta' infermiera u qwiebel. "Id- Dipartiment tas-Saħħa huwa impenjat li jsaħħaħ l-istrutturi tiegħu grazzi wkoll għall- investiment privat li qed jiġi attirat lejn pajjiżna u li għandu jkompli jagħti lok fejn l-infermiera u l-qwiebel iwessu l-orizzonti tagħhom." Żied jgħid li tul dawn l-aħħar sentejn id-Dipartiment tas- Saħħa impjega 'l fuq minn 380 impjegat ġdid bejn infermiera u qwiebel. Intant din il-ġimgħa d-direttorat tan-Nursing fi ħdan id-Dipartiment tas- Saħħa tella' seminar li fih qed jiġu diskussi l-aktar metodi adegwati ta' kif il- professjonijiet tal-infermiera u qwiebel f 'pajjiżna jista' jkollhom qafas li jagħti rikonoxximent u qafas formali lil bosta sferi ta' speċjalizazzjoni. "F'din it-triq ukoll id-Dipartiment tas- Saħħa qed jaħdem id f 'id mal- MUMN u l-pjani juru li fiż- żmien li ġej ser ikun jista' jiġi implimentat ukoll dan il-pjan ambizzjuż" qal is-Segretarju Parlamentari. Semma li kemm id- Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll l-MUMN jagħmlu ħilithom sabiex jippromwovu dawn iż-żewġ professjonijiet u jħeġġu aktar żgħażagħ jaqbdu din il-linja. "Fil-verità huma l-infermiera u l-qwiebel infushom li b'tant serjeta' u għożża jagħtu sehemhom b'risq il-pazjenti tagħna li jagħmlu l-akbar reklam għall- professjoni tagħhom." Fi tmiem il-laqgħa Chris Fearne feraħ lill-President tal-MUMN Maria Cutajar, lis-segretarju ġenerali Colin Galea u lill-membri l-oħrajn tal-Kunsill għall-fiduċja kbira li wrew fihom il- kollegi tagħhom qwiebel u infermiera meta afdawhom b'responsabbilita' daqstant importanti. Chris Fearne Jilqa' l-MUMN Terrence Ellul