Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

CHRISTA BOFFA HEKK kif ingħatat is- sentenza li ngħatat lil Kirsten Mifsud mill- Maġistrat Francesco De Pasquale mressaq il-qorti akkużat li spara fuq spanjulett, liema tajra protetta spiċċat f 'bitħa ta' skola, bosta bdew jesprimu l-opinjoni tagħhom voċifera dwar dak li ġara – dwar kif persuna li spara fuq għasfur jingħata sena ħabs u €5,000, meta mbagħad f 'diversi każijiet ta' reati meqjusa "aktar serji", il-pieni jkunu inqas ħorox. Bosta sostnew li bħal donnu l-ġudikatura tiġi affettwata mix-xejriet li jkun hemm fil-pajjiż dak iż-żmien, forsi ħtija xi ftit jew wisq ta' sensazzjonaliżmu li ma jonqos qatt f 'pajjiżna. Wieħed irid jara l-kriterji li jwasslu għall-piena Il-gazzetta ILLUM ħadet il-kummenti ta' xi wħud dwar dan. L-avukat Rodolfo Ragonesi, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Gaia, fiehem l-aspett legali tad- deċiżjoni – "Il-punt ta' tluq huwa li kwalunkwè piena li tingħata għal reat trid tkun ibbażata mhux a bażi ta' pieni ta' reati oħra, iżda skont il-pieni kontemplati fil-liġi għal dak ir-reat partikolari. Jekk membri tal- pubbliku jħossu li l-pieni ta' ċertu reat huma ħorox ħdejn reati oħra, dik hija kwistjoni ta' deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Parlament a bażi tal- politiki relatati, u mhux kwistjoni tal-ġudikatura." Kompla jgħid kif "F'dan il- każ, il-Qorti kellha l-għażla, skont il-liġi, li wara li sabet l-akkużat ħati, tagħtih piena ta' bejn €1,000 u €10,000 jew ħabs ta' bejn 6 xhur u sentejn, jew għal multi u ħabs flimkien. Għalhekk il-qorti ddeċidiet li twaħħal l-akkużat il-medja tal-pieni kontemplati fil-liġi, u mhux il-massimu. Wieħed irid jistudja l-każ partikolari sabiex jistabbilixxi jekk il- piena medja hija ġusta. Biex tasal ghal din il-konkluzjoni irridu nipprovaw nifhmu r-raġunijiet għall-pieni għoljin jew medji, jiġifieri, il-kriterji li jwasslu għal dawn il-pieni, bħalma huma l-fatt li l-kaċċa saret f 'żona residenzjali, il-fatt li kien ħdejn skola tat-tfal, u l-fatt li l-akkużat wera li mhux kapaċi jżomm ir-rażan, għax fi kliemu stess ammetta li 'kien qisu għami', kif ukoll il-fatt li ma kienx l-ewwel darba li l-akkużat ġie kundannat ta' reat li jinvolvi kaċċa llegali. Dawn il-fatti kollha meħudin flimkien, fl- opinjoni tiegħi, iridu jwasslu ghall-konklużjoni li d-deċiżjoni tal-Qorti li twaħħal lill-akkużat mill- inqas il-medja tal-piena kontemplata fil-ligi, hija deċiżjoni għaqlija u ġusta. Anzi, l-akkużat għandu jħoss ruħu b'xortih li ma weħilx il-piena massima ta' sentejn ħabs u €10,000 multa. Wieħed irid jistaqsi x'jistgħu jkunu il-fatti li jistgħu jwasslu għall-piena iktar harxa minn dik li 6 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 POIZZJONI TA' AMMINISTRATUR GAL PROETT INTEJBU L-KAPITAL UMAN FIR-REGOLAMENTAZZJONI TAL-ARSIEN SOJALI FSE 4.249 Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qiegda tilqa' applikazzjonijiet gall-poizzjoni ta' Amministratur gall-proett FSE 4.249 fid-Dipartiment gall-Istandards fil-arsien Sojali gall-Proett tal-Fond Sojali Ewropew li qed jii implimentat (FSE 4.249). Id-dettalji dwar din il-poizzjoni u kundizzjonijiet ta' xogol ew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 19413 tal-21 ta' April, 2015 u jistgu jinkisbu minn fuq is-sit: https://www.gov.mt/en/Government/Employment%20Opportunities/Pages/Position-of-Project-Administrator-in-the- Department-for-Social-Welfare-Standards-in-the-Ministry-for-the-Family-and-Social-.aspx Gal aktar informazzjoni entilment ikkuntattja lid-Dipartiment gall-Istandards fil-arsien Sojali billi tibgat e-mail fuq welfare.standards@gov.mt L-applikazzjonijiet jintlaqgu sa nofsinhar (in entrali Ewropew) tat-Tlieta, 12 ta' Mejju 2015 Programm Operattiv II – Politika ta' Koejoni 2007-2013 Ninvestu fil-Kompetittività gall-Kwalità ta' ajja Ajar Avvi parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Sojali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegek MINISTERU GALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOJALI Il-ġudikatura u l-influwenza Fid-dawl tal-aħħar każijiet ta' kaċċa llegali, bosta sostnew li dawn kienu affettwati mix-xejra sensazzjonalista tal-pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015