Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
ngħatat lill-akkużat Mifsud. Il-pieni massimi mhumiex hemm sabiex jibqgħu biss ċifri miktubin fil-kotba tal- liġi, imma biex jiġu applikati fil-każijiet estremi. Jiena naħseb li dan kien każ kien jistħoqlu piena ħarxa. Il-fatti kollha ma setgħux faċilment iwasslu għal piena inqas milli dak li weħel Mifsud. Prijoritajiet żbaljati Toni Abela, id-deputat mexxej tal-PL sostna li "il- ġudikatura hija definitivament effetwata mill-burdata tal- opinjoni pubblika f 'ċertu reati. Anzi jiena ngħid li għandha tieħu ta' dan għaliex il-proċess ġudizzjarju huwa fost oġrajn maħsub li jagħmel ġustizzja mhux biss mal-akkuzat iżda anke mas- socjetà. Izda li jurtani hu, li ġieli minħabba dan tingħata prijorità lill-kwistjonijiet li fil-fehma tiegħi jkunu anqas soċjalment importanti minn oħrajn. Biex nagħti eżempju, meta fil-każ tal-kaċċatur li weħel sena ħabs l-aħbar kienet fuq il-faċċata ta' kważi l-gazzetti kollha. Fl-istess ħin persuna tressqet persuna oħra li ħaqret minuri ta' 5 snin li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu u kienet rapportata bħallikieku kienet aħbar ordinjarja mingħajr ma ingħatat l-importanza li jixirqlilha. Mhux hekk biss iżda isem il-persuna ma xxandritx u minn informazzjoni li għandi, din l-persuna tressqet il- Qorti bl-inqas mod formali. L-isproporzjon iddejjaqni." Sentenza Vendikattiva "Sentenza vendikattiva", kienu kliem il-preżentatur ta' Peppi Azzopardi, fejn kompla billi qal li din "sentenza li jidher biċ-ċar, hija influwenzata mill-fatt li l-poplu qed jiżbel jara dawn it-tajr protett ikunu maqtula. Iżda din mhux Qorti tal-poplu imma Qorti tal-Ġustizzja. Mhux veru li l-ġustizzja trid issir u tidher qed issir. Il-ġustizzja trid issir. Għax meta ikun hemm tentattivi biex tidher li qed issir, issir inġustizzja kif ġara f 'dan il-każ. Din hija sentenza vendikattiva għax x'se tieħu din il-persuna minn sena habs? Mhux aħjar ħa xogħol fil-kommunità anke biex jifhem aħjar il-ħsara li seta' għamel?" "Din is-sentenza tirrifletti l-ipokrezija ta' poplu li jxerred id-dmugħ għal għasfur għax protett u ma jħossx l-istess għal fenek li għada jkun qed jinqela fil-taġnijiet Maltin. Mur ara kieku għal krudeltà mal- fenek nibdew neħlu sena ħabs. Min qed jgħid ma għandux x'jaqsam nistiednu jgħidli x'inhi id- differenza bejn l-ugigħ li jħoss għasfur protett u għasfur li mhux, xi tħoss il-familja ta' għasfur protett u għasfur li mhux? U bilħaqq, jien ivvutajt le fir-referendum. Kastig kollettiv fuq 'il fuq minn 9,500 ċittadin Malti u Għawdxi Lino Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qal kif din "ta' spiss stqarret li l-multi u pieni marbutin mal-kaċċa u l-insib huma spoporzjonati meta mqabbla ma reati oħra ta' natura ħafna aktar gravi u serji. Il-persuna li weħlet €5000, sena habs, konfiska tal- arma tan-nar u r-revoka tal-liċenzja tal-kaċċa għal dejjem, fil-fatt, weħlet il- massimu li tikkontempla l-liġi relatata. Waqt l-għotja tas- sentenza, fost affarijiet oħra, l-Maġistrat innota li t-tajra protetta li sar l-ispara fuqa waqet feruta f 'bitħa ta' skola fejn f 'dak il-ħin it-tfal tal- istess skola kienu jinsabu waqt il-ħin tar-rikreazzjoni tagħhom, kif ukoll, li minħabba dan ir-reat, l-istaġun tal- kaċċa fir- rebbiegħa, li r-riżultat tar- referendum rispettiv reġa kkonferma l-ftuħ legali tiegħu, ġie magħluq. Jien ma naħsibx li l-ġudikatura f 'Malta hi influwenzata mill- burdata tal-pajjiż, mill- opinjoni pubblika u mid- dikjarazzjonijiet tal-politiċi. Dan żgur m'għandux ikun. Però, kulħadd tad-demm u l-laħam, u żgur kull ġudikant hu konxju x'inhu għadej madwaru. Fl-aħħarnett, rigward il- kastig kollettiv li ġie impost fuq 'il fuq minn 9,500 ċittadin Malti u Għawdxi, bl-għeluq tal-istaġun tal- kaċċa b'reazzjoni diretta għal dan ir-reat ta' persuna waħda biss, fl-opinjoni tagħna dan reġa' kien att anti- kostituzzjonali u jista' jservi ta theddida serja għad- demokrazija." Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 7 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) - Provision, Installation and Maintenance of a Photovoltaic Plant System – T034/15 Data ta' ħruġ: 28 t'April 2015 / Data ta' għeluq: 29 ta' Mejju 2015 Il-MITA qed tori żjara fuq is-sit ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR 9010 nhar il-Ġimgħa 8 ta' Mejju -10.00 ta' logħdu. - Provision of a Secure Connectivity Solution for Government – T002/15 Data ta' ħruġ : 27 t'April 2015 / Data ta' għeluq: 22 ta' Ġunju 2015 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-brieng meeting, li se jiġi organizzat nhar l-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2015 ġewwa l-MITA Data Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera SVN 9019 -10.00 ta' logħdu. Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI l-influwenza mill-opinjoni pubblika AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT