Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 FITTIENI parti dwar is- serqa tal-pagi tal-ħaddiema tat-Tarzna ta' Malta li ġrat il-Ħamis, 22 ta' April 1948, se naraw kif wieħed minn dawk involuti kien lest li jitkellem mal-investigaturi jekk jingħata l-proklama. Ieħor ukoll kien lest jitkellem u talab lill-Pulizija biex jagħtu l-protezzjoni lilu u lill-familja tiegħu għax beża' li kemm hu kif ukoll il-familja tiegħu jkunu fil-periklu. F'dan il-hold- up kienu nsterqu £126,740 (€175,438 kieku kellhom jissarfu llum). L-ewwel informazzjoni dwar il-ħallelin L-investigaturi ħadu l-ewwel nifs meta erbat ijiem wara s-serqa, Pinu Tanti, sid il-karozza li ntużat mill-ħallelin, tkellem mas- Supretendent Manwel Calleja u qallu li kien lest jgħidlu min wettaq is-serqa kemm- il darba jagħtih protezzjoni kemm lilu, kif ukoll lill- familja tiegħu. Il-Pulizija Maltija kienu se jagħmlu talba lill- Pulizija Ingliża ta' Scotland Yard biex jgħinuhom fl- investigazzjonijiet, anke minħabba l-fatt li l-hold- up sar ukoll fuq propjetà tal-Gvern Ingliż u anke fuq baħrin Ingliżi. Iżda meta kellhom lil Tanti f 'idejhom li kien lest jitkellem, it-talba twaqqfet. Tanti stqarr li għaxart ijiem qabel is-serqa kien mar għandu Manwel Cardona minn Ħaż-Żebbuġ li kien magħruf bħala "tal-Mintiera" u qallu biex imur miegħu Ħal Qormi biex ikellmuh sħabu li kienu qegħdin jippjannaw serqa. Waqt din il-laqgħa Cardona talbu l-karozza, Studebaker, u qallu wkoll li kien se jitħallas ta' dan is- servizz. Filwaqt li semma min kien preżenti f 'din il-laqgħa, Tanti qal li fil-21 ta' April 1948, ġurnata qabel ir-reat, Cardona kien reġa' mar ikellmu u qallu li l-għada kienu sejrin għall-karozza, għalhekk kellu jħalli fiha ċ-ċavetta. Dan kompla qal li fit-22 ta' April 1948 kienu marru għandu Cardona u Ġelardu Cassar, li kien magħruf bħala "il-Ġinġer", ukoll minn Ħal Qormi u dan tal-aħħar ipponta revolver lejh meta Tanti qallu li ma riedx jagħtihom il-karozza. Minbarra Cassar u Cardona, Tanti semma wkoll lil Salvu Fenech li kien magħruf bħala "tan-Nabbu" u lil Ġanni Gambin, li kien magħruf bħala "ta' Kulajru", it-tnejn minn Ħaż-Żebbuġ, bħala dawk imdaħħlin fis-serqa. B'din l-informazzjoni s-Supretendent Calleja ordna li jsiru tfittxijiet fir-residenzi ta' dawn is-suspettati u peress li Fenech kellu razzett u xi għelieqi fl-inħawi ta' Tal- Ħlas, limiti ta' Ħaż-Żebbuġ. Minnufih il-Pulizija marret fil-post indikat u bdew tfittxijiet intensivi. Fost il-postijiet li saru tfittxijiet kienet f 'għalqa li kienet madwar 360 metru 'l bogħod mir-razzett ta' Salvu Fenech. Saru wkoll tfittxijiet f 'diversi bjar fl-inħawi. Minħabba li s-somma tal- flus kienet tinkludi ħafna muniti tal-fidda u ram, il-Pulizija talbu s-servizzi Ingliżi biex isir użu mill-mine detectors, apparat li jimmarka l-metall, kif ukoll xi membri tal-Bomb Disposal Squad biex jekk dawn il-muniti kienu ntradmu, il-Pulizija tkun taf fejn għandha tħaffer għalihom. Jibdew jinstabu l-flus L-ewwel ma nstabu kienu ħafna mill-karti tal-Liri Sterlini, li f 'dak iż-żmien kellha valur għoli u kienet ukoll il-munita li kienet tintuża f 'Malta qabel daħlet il-Lira Maltija. Fil-fatt il- Lira Maltija ddaħlet bħala l-munita uffiċjali fl-1972. Il-flus kienu fi xkora tal- luna. Aktar tard instabu wkoll il-flus f 'muniti. It- tfittxija bdiet tinxtered u saret tfittxija kbira f 'razzett li kellu kantina. B'kollox sa tard bil-lejl tat-Tlieta, 27 ta' April 1948 - ħamest ijiem mis-serqa kien irrappurtat li nstabu aktar min £80,000 mis-somma ta' £126,740. Matul illejl tħallew il- Pulizija għassa fl-inħawi ta' fejn instabu l-flus u l-għada filgħodu kmieni kompliet it-tfittxija madwar razzett John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Uħud mill-boroż mimlijin bil-flus li nstabu moħbijin f'għalqa Is-Serqa tal-Pagi tat-Tarzna fl-1948 - it-tieni parti Jitkellem wieħed mill-ħallelin bil-kundizzjoni …meta s-Supretendent Calleja staqsieh x'ried, Buttigieg qallu li jekk jingħata l-proklama kien lest jgħid kollox

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015