Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 9 fl-inħawi ta' Tal-Ħlas. Il- Pulizija flimkien mas-suldati Ingliżi komplew iqalbu l-ħamrija fl-inħawi ta' dan ir-razzett fejn instabu aktar flus, u sad-29 ta' April kienu nstabu b'kollox £103,950. Flimkien ma' membri tad-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali, il-Pulizija mit- Taqsima tat-Tifi tan-Nar u l-Pulizija tad-Distrett tal- Ħamrun, immexxijin mis- Supretendent Bonnici Soler, wara li nstabu xi flus ġabru lil Pawlu Camilleri u ibnu Salvu, it-tnejn minn Ħaż-Żebbuġ. Dawn ittieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex isirulhom xi mistoqsijiet. Ftit tal-ħin wara kien mar f 'Tal- Ħlas l-Ispettur Francis Agius mid-DIK akkumpanjat minn Salvu Camilleri li indika lill-Pulizija fejn kien radam kaxxa bil-flus. Sadanittant, fir-razzett, il-Pulizija kienet sabet il- machine gun li ntużat fis- serqa. Arrestati dawk involuti Dawk arrestati kienu Ġeraldu Cassar ta' 24 sena, Salvu Fenech ukoll ta' 24 sena, Manwel Cardona ta' 26 sena, Ġużeppi Cachia ta' 27 sena, li kien magħruf bħala "ta' Letanja" minn Ħaż- Żebbuġ, Ġanni Gambin ta' 31 sena u Ġanni Buttigieg, Għawdxi li kien joqgħod Ħaż-Żebbuġ. Għall-ewwel ħadd minhom ma ammetta l-involviment fis-serqa, imma aktar tard Buttigieg stqarr li hu ma kienx lest li jgħid xejn għalxejn u meta s-Supretendent Calleja staqsieh x'ried, Buttigieg qallu li jekk jingħata l-proklama kien lest jgħid kollox. Ma' din l-istqarrija s-Supretendent Calleja informa lis-superjuri tiegħu u wara siegħa u nofs waslet risposta li l-gvern kien lest jagħtih din l-immunità bil- kundizzjoni li jgħid kollox. Aktar tard Manwel Cardona tkellem ukoll u qal li kien Ġanni Gambin, li kien xufier it-Tarzna, li kien ippropona din is-serqa. Cardona kompla stqarr li kien hu li dakinhar tas-serqa kien tħalla għassa wara l-bieb tal-Barclays Bank, fil-Belt, u kif tgħabbew il-flus mar jgħid lill-kompliċi tiegħu li kienu qegħdin jistennewh il-Blata l-Bajda. Wara kien imiss lit-tnejn l-oħrajn biex jitkellmu, u filwaqt li Salvu Fenech stqarr li kien daħal għal din il-biċċa xogħol għax kien fil-bżonn, qal ukoll li kien akkwista l-machine gun meta waqa' ajruplan tal-gwerra maġenb ir-razzett tagħhom. Fenech qal ukoll li dakinhar tas- serqa kien spara tiri bil- machine gun fl-arja. Fl-aħħar waslet ukoll l-istqarrija ta' Gambin. Dan qal li kien Cardona li kien avviċinah u kellmu dwar din is-serqa. Sadanittant il- Pulizija kellha informazzjoni importanti mingħand ċertu Karmnu Bezzina li qal li għaxart ijiem qabel il-każ kien ġie avviċinat minn Ġeraldu Azzopardi biex jieħu sehem fis-serqa, u li kien mar iċ-ċinema ma' Fenech, Cardona u Cachia, u li qabel daħlu staqsewh jekk riedx imur magħhom "jagħtu salt lit-trakk tal-pagi tat-tarzna." Dakinhar Bezzina ma kienx ta risposta lill-kompliċi l-oħrajn, iżda tlett ijiem wara kien iltaqa' magħhom fir-razzett ta' Fenech fejn kienet ippjanata s-serqa u saħansittra kienu ssemmew l-armi li kellhom jintużaw fis-serqa. Bezzina kompla jammetti li aktar tard kellu jiltaqa' ma' Buttigieg fil- pjazza tar-raħal imma ma kienx mar, u lejlet is-serqa kien qallu li ma jridx jidħol fis-serqa. L-ġimgħa d-dieħla tkompli bit-tielet parti Fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla nkomplu bit-tielet parti ta' din is-serqa fejn naraw meta beda l-ġuri u x'qalu wħud mix-xhieda. Pulizija mit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar iħaffru f'għalqa li kienet tinsab madwar 360 metru mir-razzett ta' Salvu Fenech Baħrin tan-Navy Ingliża jfittxu b'metal detector għall-boroż bil-flus li seta' kien hemm muniti fihom bil-kundizzjoni li jingħata l-proklama Ritratti: ARKIVJI GWU