Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
10 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 Id-Dar tad-Demokrazija Inawgurazzjoni ta' Parlament ġdid VERONICA LYNN MIZZI illum@mediatoday.com.mt BILFTUĦ uffiċjali tal-bini tal- Parlament il-ġdid għada, kien xieraq li tingħata ħarsa fuq fuq lura lejn uħud mill-episodji li għadda minnhom il-bini tal-Parlament uxxenti. Dan hekk kif se jiċċaqlaq l-operat kollu li kien preżenti sa mill-bidu tal-formazzjoni tal- Parlament fl-1921. Għalkemm il-kamra tad-deputati fiha nfisha nbidlet fl-1976 sabiex takkomoda aħjar lid-deputati parlamentari, mill-kamra tal-arazzi għas-sala tal- kamra tad-deputati, li xorta waħda baqgħu fl-istess binja, jiġifieri l-Palazz Presidenzjali. Din il-binja nbniet mijiet ta' snin qabel mill-Ordni ta' San Ġwann sabiex isservi għanijiet ferm differenti minn dawk li sa issa kienu qed jisservew. Il-Parlament f 'Malta bħala istituzzjoni nistgħu ngħidu li beda 1921 meta Malta ngħatat il- gvern risponsabbli, jew aħjar, self government. Qabel dan, il-liġijiet kienu jgħaddu mill-Gvernatur Ingliż u l-Kunsill tal-Gvern. Fl-1921, beda jiġi maħtur il- president tal-kamra jew kif inhu magħruf, l-ispeaker tal-kamra li l-irwoli tiegħu kienu jvarjaw minn li jippressjedi s-seduti sa jissorvelja l-abbozzi tal-liġijiet, fost irwoli oħrajn. L-ewwel speaker tal-kamra maħtur fl-1921 kien Edgar Arrigo li nħatar f 'Ottubru tal-istess sena. Il-Parlament, bħala istituzzjoni ra bosta episodji, li minn fosthom kien hemm dawk li ffurmaw l-istorja politika tal-pajjiż bħall-Indipendenza li għaliha, kienu bdew in-negozjati fl-1963. Kien bl-istess Indipendenza li Malta beda jkollha Parlament sovran b'50 membru elett fih, li huwa ferm ikbar minn dak li kien hemm qabel. Minbarra dan, la l-pajjiż sar responsabbli għal diversi affarijiet li qabel ma kellux dritt fuqhom, il-Parlament kellu l-biċċa xogħol iebsa li jifforma bosta liġijiet u jwaqqaf diversi strutturi għal affarijiet li issa, l-pajjiż sar responsabbli għalihom. Fost dawn il-liġijiet, kien hemm is-L-Att dwar il-Bank Ċentrali u l-Att dwar il-Forzi Armati. Dan minbarra li l-pajjiż ingħaqad mal- komunità internazzjonali ġaladarba ma kienx għadu ħaġa waħda mal-Ingilterra, fosthom man-Nazzjonijiet Uniti fl- 1964. Kif jiddeskrivi ferm tajjeb l-eks Speaker tal-kamra, Louis Galea, f 'filmati dwar l-istorja tal-Parlament, l-istess Parlament qiegħed hemm sabiex jiġu solvuti u diskussi l-problemi tal-pajjiż, partikolarment fiż- żminijiet diffiċli, "fil-mumenti diffiċli li għadda minnhom pajjiżna, fl-aħħar mill-aħħar, il- konflitti ġew solvuti b'xi mod jew ieħor f 'dan il-post." Kien hemm diversi okkażjonijiet fejn kien hemm xi problemi bejn iż-żewġ naħat tal-kamra iżda kienet tidher maturità politika partikolari f 'episodji fejn kien hemm qbil maġġoritorju bħal fil-każ tar-Repubblika fl-1974 u l-qbil li l-maġġoranza tal-voti ġġib magħha t-tmexxija tal-pajjiż fl-1987. Ħafna huma tal-fehma li x-xogħol tal-membri parlamentari huwa kbir wisq biex dan isir fuq bażi part-time. Minħabba f 'hekk, kienu bosta nies, inklużi eks presidenti tal-kamra li sostnew li l-membri parlamentari jeħtieġ li jkollhom aktar mezzi biex jagħmlu l-ħidma tagħhom fejn ikun hemm membri li jkunu qed jagħmlu x-xogħol parlamentari b'mod full-time, bħalma sostna l-eks speaker Anton Tabone dwar il-Parlament, "Wasal iż-żmien li jkunu dedikati kompletament għax-xogħol tal- Parlament u x-xogħol tal-kostitwenza tagħhom." Pass importanti fl-istorja tal- Parlament Malti kien l-introduzzjoni tal-kumitati magħżula li bdew l-aktar is-snin 90. Is-sistema introdotta kienet tfisser li m'għadx hemm il-bżonn li kull liġi u kull klawsola jrid isir id-diskussjoni għaliha fil- Parlament mal-membri kollha. Iżda minflok, daħal il-kunċett ta' kumitat żgħir li fih tkun tista' tidħol iktar fid-dettall u jkun hemm diskussjoni iktar informali bejn iż-żewġ naħat, u dan ibbażat fuq is-sistema Ingliża addottata mill-House of Commons. Fost il-kumitati l-aktar importanti li nsibu fi ħdan il-Parlament hemm il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej. Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġabet magħha sfidi ġodda għall-Parlament u dan minħabba li issa l-pajjiż m'għadux irid biss isegwi l-liġijiet nazzjonali tiegħu, imma wkoll dawk id-direttivi u liġijiet li jinħarġu mill-UE. Dan ovvjament kompla jżid ix-xogħol involut fil-ħidma parlamentari. Kif Il-Parlament fil-Palazz ra bosta episodji, li minn fosthom kien hemm dawk li ffurmaw l-istorja ta' pajjiżna