Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
16 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 WARA pawża pjuttost twila, fl-aħħar żanżanna l-parlament il-ġdid. Din il-binja majestuża fid-daħla tal-Belt Kapitali tagħna ġiet inawgurata u bdiet ukoll il-ħidma minn ġo fiha. Bla ma nweġġa' lil ħadd, inħoss li ċ-ċerimonja kienet naqra xotta u stennejt aħjar minn hekk. Smajt li l-Prim Ministru, oriġinarjament, kellu pjan differenti ħafna. Smajt li xtaq jagħmel ċerimonja ikbar minn ta' l-għeluq tal-power station tal-Marsa u l-inawgurazzjoni tal-interconnector imma mhux kbira daqs iċ-ċerimonja li bi ħsiebu jagħmel għal-ftuħ tal- powerstation il-ġdida (tkun meta tkun). Bdejt nimmaġina dwal mas-swar u mal-bini l-ġdid, nar tal-art u nar tal-ajru, mużika, spettaklu u ħafna aktar. Ħassra li biddel fehmtu. Milli jidher l-istedina lil Renzo Piano, wieħed mill-aktar periti famużi mad-dinja kollha, waslitlu tard. Sa fejn naf jien, stedina ta' tieġ ukoll għandha tasallek tlett ġimgħat qabel l-okkazjoni, aħseb u ara l-ftuħ ta' Parlament. Nispera li meta jiġi jżurna Piano nitrattawh b'iktar dinjità u rispett, kif xieraq. Piano Ħa nagħmilha ċara daqs il-kristall, jiena minn dejjem kont favur il-proġett tal-bini tal-parlament u llum inħossni kburija li għandi l-privileġġ li naħdem minn ġo din il-binja straordinarja. Kburija wkoll li l-partit li nimmilita fih kellu l-viżjoni li dan il-proġett isir u minn hawn ngħid grazzi minn qalbi lil Dr.Lawrence Gonzi tal- viżjoni tiegħu. It-teknoloġija ġdida u t-trasmissjonijiet live minn ġol-parlament huma ta' vantaġġ għal min għandu għal qalbu t-trasparenza. Issa kulħadd jista' jara b'għajnejh dak li jseħħ fil-plenarja. Naturalment, fil- kurituri u minn wara l-kwinti, 'l bogħod mill-għajn tal-kameras jiġru affarijiet oħra imma dawn mhux dejjem jaslu lil hinn mill- ħitan tal-parlament. Issa kulħadd jista' jara b'għajnejh li l-Ministru Konrad Mizzi ftit li xejn ikun preżenti, speċjalment fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari. Din il-ġimgħa, per eżempju, m'attendiex darba. Meta staqsejna x'inhi r-raġuni, qalulna li msiefer fuq xogħol tal-gvern. Min jaf forsi, mar jinnegozja, jixtri, ipartat jew ibiegħ xi ħaġa oħra minn pajjizna minn wara dar kulħadd. Hemm probabbilità kbira li Konrad Mizzi, kumbinazzjoni, mar xi ftit saċ-Ċina. Minjaf, forsi mar isib uffiċċju f 'Shanghai għax s'issa jidher li kien hemm diffikultà kbira biex il-Konslu ta' Malta (il-mara tal-istess Konrad Mizzi) tibda taħdem verament. Ħadd ma' jaf fejn hi, ħadd ma' jaf x'qed tagħmel, imma qed titħallas €13,000 fix-xahar. U ngħid jien, bil-paga li għandha ma setgħetx issib uffiċċju hi, jew tqabbad lil xi ħadd? It-trasparenza Id-diżinn ta' Piano huwa partikolari ħafna. Minn ġewwa jispikka s-sens ta' trasparenza. Il-ħitan tal-uffiċċji u l-kmamar huma kollha tal-ħġieġ. Mhemmx wisq lok għal-sigrieti f 'din il-binja. S'issa ma rajtx ministri jużaw l-uffiċċji sbieħ tagħhom. Forsi għax l-aqwa kabinett li Malta qatt kellha (inbidel tlett darbiet f 'sentejn) kellu juża s-sular tal-oppożizzjoni wkoll għax l-ispazju fis-sular tal-gvern ma kienx biżżejjed. Wieħed jittama li din t-trasparenza fiżika twassal lil dan il-gvern biex ikollu d-diċenza li jkun iktar trasparenti u kontabbli f 'għemilu. Ovvjament min jitwieled tond, ma jmutx kwadru u allura ma' nistgħux nistennew li naraw xi bidla radikali fl-imġieba ta' xi wħud. Per eżempju, il-Ministru Owen Bonniċi kien pront u ħareġ jippontifika li Dr. Simon Busuttil messu ħa passi kontra Giovanna Debono ferm aktar kmieni milli din il-ġimgħa. L-ironija hi li jekk hemm ministru jew membru tal- kabinett li ma kellux jiftaħ ħalqu kien proprju il-Ministru Owen Bonniċi. Fil-każ tiegħu, kien hu u mhux il-mara, jew is-sieħba tiegħu, imma hu stess li kien akkużat. U Owen Bonniċi, fl-ebda mument, ma ħass il- ħtieġa li jirreżenja jew jgħid li se jwarrab, imqar għal ftit, sa kemm jiddefendi lilu nnifsu u jipprova l-innoċenza tiegħu. Kompla bil-ħidma daqslikieku xejn mhu xejn għax l-ispizjar milli għandu jtik! Hemm ukoll il-każ tal- Ministru Anton Refalo. Tiġik il-ħniena minnu dan il-ministru. Qed iħallas self ta' aktar minn €780,000 f 'pagamenti ta' €2,250 fix-xahar meta għandu paga ministerjali qabel it-taxxa ta' €45,329 fis- sena. Fid-dikjarazzjoni tal-assi niżżel li għandu 16-il propjeta' meta fil-fatt uħud minn dawn il-propjetajiet huma blokok ta' appartamenti u allura, fil-fatt, għandu total ta' 27 propjeta'. Jgħidu wkoll li huwa kollezzjonist kbir tal-antikità. Jekk dan huwa kollu minnu, ma nafx kif il-Prim Ministru ma' tħajjarx jagħmlu Ministru tal- Finanzi biex imexxi l-ekonomija ta' Malta. B'kuntrast ma dan kollu, insemmi lil Marlene u Godfrey Farruġia li jispikkaw għas-sens kbir ta' trasparenza tagħhom. Ninżagħalhom ukoll il-kappell għas-sens ta' umoriżmu li wrew fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-bini tal-parlament il-ġdid. It-tnejn ġarrew pjanta tas-sardinell u fuq il-baskett ta' Marlene kien hemm miktub "Fil-Parlament jistgħu jikbru fjuri", naturalment botta lejn il-ktieb popolari ta' Oliver Friġġieri. B'din l-azzjoni sempliċi tagħhom rnexxielhom jisirqu l-attenzjoni tal-media u jispikkaw fil-monotonija kolleġġjali ta' dawk prezenti. Bravi. Min ipartat u min ibiegħ Issa li bdiet toħroġ ftit verità fuq l-investimenti li qed iġib dan il-gvern jiġuk ħafna ħsibijiet fuq x'verament qed jiġri f 'pajjiżna. S'issa dan il-gvern irnexxielu jbiegħ l-enerġija liċ- Ċiniżi, is-saħħa u l-edukazzjoni lil xi ħadd ieħor imma għadna ma nafux lil min eżatt, u hemm ċans kbir li l-isport jinbieġħ lir-Russi. Huwa sabiħ li Malta tattira l-investiment u hekk għandu jkun imma għal liema prezz? Meta ngħidu qed nattiraw l-investiment fis-saħħa, fl- edukazzjoni, x'qed ngħidu? Li twiegħed li se tibni power station u dan ma' tagħmlux huwa fatt gravi, imma li twiegħed sptar għal wieħed, tnejn, tlieta, skola tal-mediċina, oħra tan-nursing u università hija storja oħra. Naturalment nittama li dan kollu jseħħ għal ġid ta' pajjiżna. Nittama li l-gvern iżomm kellmtu u jieħu deċiżjonijiet għaqlin. S'issa m'għandna l-ebda serħan il-moħħ. Tiftakruh il-programm tar-radju "Min ipartat u min ibiegħ"? Taħt dan il-gvern hekk ġie pajjiżna. Kollox u kulħadd sar għandu prezz. Kollox u kulħadd jinbigħ jew jinxtara. Qisna bis-sale, b'offertà speċjali. X'ħasra! Claudette Buttigieg hi x-Shadow Minister għas-Saħħa Il-Punt CLAUDETTE BUTTIGIEG Noli fit-trasparenza L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Telqa fi Ġnien Sant'Anna f 'Wied il-Għajn PETER DIMECH WIED ILGĦAJN ŻEWĠ monumenti żgħar, il-girna u l-funtana li hemm fi ġnien Sant' Anna f 'Wied il-Għajn, jinsabu f 'telqa liema bħala. Il-girna hija mimlija skart u fuq is-saqaf kiber ħafna ħaxix ħażin li żgur se jikkaġuna ħsarat kbar. Il-funtana għandha bżonn manutenzjoni għax preżentement mhijiex taħdem. L-ilma li hemm ġo fiha huwa staġnat u jinten seba' pesti u kawża t'hekk hija nfestata bin-nemus. Tidher li ilha ma tiffunzjona peress li mimlija skart ta' kull tip. Possibbli l-Kunsill Lokali ma jafx b'dan l-abbandun meta dan il-ġnien jinsab fiċ-ċentru ta' Wied il- Għajn? Possibbli jridu jkunu r-residenti biex jiġbdu l-attenzjoni tal-Kunsill għal din it-traskuraġni? Possibbli li meta tinġibed l-attenzjoni tal-Kunsill xorta ma jsir xejn u kollox jaqa' fuq widnejn torox? Għal ġiehna, fil- viċinanzi tal-ġnien joqgħod wieħed mill-kunsillieri stess. Il-proġetti kbar li qegħdin jissemmgħu huma meħtieġa, ta' benefiċċju għall- lokalità minn kull aspett u nilqgħuhom b'idejna miftuħin, imma dak li ġa jeżisti u jitqies bħala wirt tagħna lkoll għandna nieħdu ħsiebu u mhux ma nagħtux kasu u nħalluh jitkisser. BIt-teknoloġija l-ġdida u t-transmisjsonijiet live issa kulħadd jista' jara b'għajnejh dak li jseħh fil-plenarja