Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 17 MHUX kulħadd huwa omm. Tgħiduli mhux ovvja għalfejn qed tikteb dwar l-ovvju. Qed nikteb dwar l-ovvju għaliex għandna diversi forom ta' familji. Uħud bit-tfal, oħrajn mingħajrhom għax kienet l-għażla tagħhom. Oħrajn minkejja li ppruvaw kull mezz inkluż dak xjentifiku ma rnexxilhomx ikollhom tfal. Hemm oħrajn, li resqu 'l quddiem u addottaw. Naf b'kull xorta ta' familja. Naf b'kull xorta ta' mara. Iltqajt ma' bosta u tkellimt ma' ħafna. Id- diversità għalhekk sabiħa għax ikollok taħlita ta' nies li ġejjin minn forom differenti ta' familji u li bil-mod tagħhom irnexxilhom ifendu kull ostaklu li ltaqgħu miegħu anke jekk xi wħud fil-fond ta' qalbhom jgħidu "imma għaliex jien" hekk kif iħarsu lejn familji li għandhom it- tfal u huma m'għandhomx. Illum għandna l-mezzi. Anke f 'pajjizna għandna liġi li tirregola x-xjenza. Qed nirreferi għas-servizz li joffri l-gvern fil-każ tal- IVF. Numru sostanzjali ta' familji qed jirrikorru għal dan is-servizz. Insejjaħlu tama, twieldu t-tfal diġà grazzi għal dan is-servizz, iżda, filwaqt li ta' min ifaħħar dan kollu, fl-istess ħin jista' jkun ta' dieqa wkoll għal min ma jirnexxielux. Aktar minn hekk nemmen li issa li għadda żmien raġonevoli minn mindu tnieda dan is-servizz, wieħed għandu janalizza jekk wasalx iż-żmien li jsiru xi tibdiliet biex din it-tama tikber, toħloq aktar possibilitajiet u tkun tista' tingħata lil ħafna aktar kopji li jkunu disposti jirrikorru għaliha. Fuq kollox huwa ta' min ifaħħar ukoll lill-gvern tal- inizjattiva li ħa fil-budget tas-sena li għaddiet meta estenda l-leave tal-adozzjoni. Qed isir xogħol kbir fis-settur tal-addozzjoni, iżda niltaqa' ma' familji li jixtiequ jadottaw tfal imma jaqtgħu qalbhom għaliex hemm wisq ostakli u anki spejjeż. Nifhem li qed issir ħidma mill-Ministeru għall-Familja u solidarjetà socjali f 'dan il-qasam, u nistenna li l-Ministru fiż- żmien li ġej ikollu aktar aħbarijiet tajba għal dawk il- familji li jixtiequ li jadottaw. Trobbija tat-tfal b'mod pożittiv 2014-2018 La qed nitkellmu dwar l-ommijiet tajjeb li nitkellmu wkoll dwar it-tfal, għaliex waħda hija marbuta mal-oħra. Bi pjaċir ninnota li l-gvern, permezz tal-Ministeru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali, nieda l-ewwel politika dwar trobbija pożittiva. Dan l-abbozz tpoġġa għall- konsultazzjoni pubblika, fejn il-pubbliku seta' jagħti l-opinjoni tiegħu u anke jagħmel suggerimenti. Interessanti dak li jgħid id- dokument għaliex, trobbija pożittiva qed tintrabat mal-imġieba tal-ġenituri jew oħrajn li jaqdu din il-funzjoni. Aktar minn hekk id- dokument jgħid li trobbija pożittiva qed tpoġġi l-interessi tat-tfal bħala prijorità biex dawn jikbru f 'ambjent ħieles mill-vjolenza u jwassal għall- iżvilupp f 'saħħtu u san tat-tfal. Malta hija ommna Mhux it-tfal kollha għandhom l-opportunità li jitrabbew f 'familja jew f 'ambjent ta' familja. Għandna numru kbir ta' tfal li qed jgħixu fl-istituti madwar pajjizna. Dawn it-tfal ukoll għandhom id-dritt li jgħixu ħajja f 'ambjent tajjeb. M'għandix dubju li dawk li jieħdu ħsiebhom jagħtuhom imħabba kbira, madanakollu, kif jgħidu kulħadd lil ommu jfittex. Imma għal xi raġuni dawn it-tfal jew ittieħdu mingħand il-familja tagħhom, inkella kienet il-familja tagħhom li ddeċidiet li tpoggihom hemm. Setgħu kienu bosta r-ragunijiet, setgħu kienu raġunijiet soċjali, ta' saħħa mentali jew oħrajn. Irridu nkunu aħna li lil dawn it-tfal ta' Malta nagħtuhom l-aqwa opportunitaijet, biex meta joħorġu mill-istituzzjoni li qed jitrabbew fiha ikunu lesti għall-isfidi biex anke huma jkunu ommijiet u missirijiet eżemplari. U anki hawn, tajjeb li nirriflettu ftit kif f 'pajjizna li ma kienx għal Knisja m'hawnx postijiet fejn imorru dawn it-tfal. Għal snin twal l-Istat kien u għadu jwieżen lill-Knisja f 'dan ir-rwol bil- mezzi finanzjarji u jagħmel sew. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Knisja għal din il-ħidma sfieqa li twettaq, tajjeb nistaqsu u forsi wkoll nirriflettu fuq ir-rwol tal- Istat lejn dawk it-tfal li għal xi raguni jew oħra spiċċaw f 'xi istituzzjoni minħabba s-sitwazzjoni soċjali tagħhom. Sfortunatament qed jikbru l-każijiet ta' tfal u żgħażagħ li għal raġunijiet soċjali mhux qed ikollhom fejn imorru u qed jispiċċaw f 'xi istituzzjoni. M'għandix dubju li dan huwa qasam li verament huwa għall-qalb il-gvern prezenti. Għal gvern u l-moviment Laburista, il-qasam soċjali huwa wieħed mill-pilastri l-aktar importanti għall- pajjiżna. Kull investiment li jista' jsir f 'dan il-qasam huwa ta' min ifaħħru bis-sħiħ. It- tfal li għal xi raguni spiċċaw f 'xi istituzzjoni għandhom ukoll ikunu parti mis-suċċess ta' pajjiżna. Grazzi Ma Ommi ttini t-tama kuljum. Inħares lejn ommi u nammira mara li ħadmet kemm felħet biex tara lili u lil ħuti nimxu 'l quddiem f 'ħajjitna. Rat kif għamlet u ħasbet fil-familja meta anke hi kienet tmur għax-xogħol biex flimkien ma' missieri jzommuna f 'familja bi trobbija tajba u kemm jista' jkun ma jkun jonqosna xejn. Ommi dejjem għandha rwol importanti f 'ħajti. Ħuti għamluha nanna, u f 'ħafna mill-ħin flimkien ma' missieri tkun okkupata tieħu ħsieb lin-neputijiet wara li jiġu mill-iskola. Ilum aktar minn qatt qabel nirrealizza s-sabiħ tal-familja. Familja li tagħha ommi kienet dejjem bastun. Familja li tista' tkun bit-tfal u anke mingħajr tfal, imma xorta tibqa' familja. Ma' kull ġurnata li tgħaddi nirringrazzja 'l Alla u ngħid kemm jien fortunata li nsib lil ommi f 'kull ħin u f 'kull mument, dejjem lesta li tgħin, tagħder, tagħraf u tifhem il- mumenti kemm sbieħ u anke dawk difficli tiegħi. Minjaf kemm hawn min jixtieq li ommu għadha hajja. Minjaf kemm hawn min fil-ħsibijiet tiegħu ta' kuljum jieqaf u jgħid ''Ma, kieku għadek magħna kont ittini inti l-parir, is-sostenn li għandi bzonn". Appell Nappella lil dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra forsi m'għadhomx jitkellmu m'ommhom sabiex jieħdu din l-opportunità u fl-okkazjoni ta' Jum l-Omm iħallu l-passat warajhom u jagħmlu dak il-pass 'il quddiem. Telefonata tmur fin-nofs. Ninsab ċerta li fuq in-naħa l-oħra ser isibu mara li dik it-telefonata ser tferħilha qalbha aktar minn l-isbaħ rigal materjali. Oħrajn jaf għandhom lil ommhom f 'xi dar għall-anzjani jew fl-isptar. Nappellalhom biex jagħmlu l-pass u jżuruhom aktar spiss għax għada jista' jkun tard wisq. Nieħu din l-okkazjoni biex nawgura l-isbaħ xewqat lill- ommijiet kollha f 'dan il-jum tant għaziz. Claudette Abela Baldacchino hija l-President tan-Nisa Laburisti Kif Naħsibha CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Mhux kulħadd huwa omm Nuqqas ta' latrini pubbliċi u indafa J.BONETT BALZAN NAQRA b'interess li jiktbu l-qarrejja għaliex b'hekk wieħed jista' jħoss il-polz tal-opolu. Waqt li jien mhux mill- Gudja, biex invarja mill- akwati tas-soltu ġieli mmur 'l hemm għal xi purċissjoni, xi ħobża mħawra tajba mill-każin, għall-bazaar tas- sorijiet jew lejla Maltija mal- Kunsill. In-nies huma dħulin ġeneralment. Nammira l-indafa u kif inhu miżmuma l-lokalità u waqt li fil- librerija m'hemmx faċilitajiet sanitarji (l-orizzont, 5 ta' Mejju) dawn issibhom faċċata fil-ġnien imdaqqas li hemm. X'kuntrast mal-kapitali fejn il-latrina ta' Strada Stretta trid tħallas minn imnieħrek biex tużah, dik ta' wara s-suq ilha magħluqa u mitluqa u dawk tal-Barrakka ta' Fuq, flok iddevjaw id-drenaġġ sakemm jitleta x-xogħol f 'Misraħ Kastilja, qabdu u għalquhom. Imbagħad xi ngħidu għan- nuqqas ta' facilitajiet sanitarji ħdejn fejn wieħed jirkeb tal- linja? Gabbani tal-bejjiegħa hemm, iżda nixtieq inkun naf fejn dawn l-ammont ta' passiġġieri jinqdew. Imbagħad irridu pajjiż nadif u ħieles mill-mard? Ħaġa tal-istagħġib sa r-reċipjenti tal-loqom tas-sigaretti u dak li jintrema tneħhew minn ħdejn fejn kienu qabel mnejn titla' fuq tal-linja. Qisu hawn xi kampanja kontra l-latrini pubbliċi. Mhux kullimkien hemm dan in-nuqqas lejn il- ħtiġijiet tan-nies u nammira dawk li l-Kunsilli Lokali u l-awtoritajiet li juru rispett fil-prattika lejn dawn il- ħtiġijiet umli iżda essenzjali, u bl-istess manjiera inħoss li jonqsu dawk li waqt li l-flus biex jonfqu fuq ix-xinxilli għandhom, iżda mhux l-essenzjal. Qed jikbru l-każijiet ta' tfal u żgħażagħ li għal raġuni soċjali mhux qed ikollhom fejn imorru u qed jispiċċaw f 'xi istituzzjoni