Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 23 Bijografiji Anton Buttigieg - iddefenda l-Malti meta lsienna kien imkasbar CHRISTA BOFFA cboffa@mediatoday.com.mt I MWIELED fil-Qala, f 'Għawdex, nhar id-19 ta' Frar fl-1912, Anton Buttigieg kellu jsir personaġġ Malti li jibqa' magħruf kemm bħala politiku, iżda wkoll fid-dinja letterarja - pijunier tal-Malti li ddefenda l-lingwa fi żmien fejn l-ilsien Malti kien imkasbar u meqjus bħala inferjuri. Minn qassis għal avukat Anton beda l-ħajja akkademika tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Qala fl-1916 u temma formalment fl- Università ta' Malta. Il-ġenituri tiegħu xtaquh li jistudja l-Università bil- kundizzjoni li jsir qassis. Għalkemm kontra qalbu, aċċetta li jibda l-kors għal qassis. Il-ħajja studenteska ta' Anton kienet waħda attiva immens, fejn kien wieħed mill-fundaturital- Għaqda tal-Malti flimkien ma' Ġużè Bonnici u Rużar Briffa. Fl-1931, l-istess ena tat-twaqqif tal-Għaqda tal-Malti, Anton Buttigieg kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-Għaqda Letterarja tal-Ingliż, filwaqt li fl-1932 waqqfu s-Società Universitaria di Letteratura Italiana. Iżda minkejja l-pjan oriġinali, Buttigieg ħass li ma kienx imsejjaħ għal qassis u kompla b'hekk il-kors għal avukat. Huwa leħaq nutar pubbliku fl-1939, fejn imbagħad ħa l-lawrja ta' avukat is-sena ta' wara, fl- 24 ta' Ġunju 1940. Tista' tgħid li Anton liebes bosta kpiepel, hekk kif serva għal xi żmien bħala Fizzjal fil-Korp tal-Pulizija u kien stazzjonat fl-għassa tal-Ħamrun tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Barra minn hekk, ħadem ukoll bħala ġurnalista tat-Times of Malta mill-1944 sa l-1948. Fl-1955 ġie maħtur Aġent Maġistrat. Mill-1959 sal-1970 hu kien l-Editur ta' The Voice of Malta. Il-ħajja politika Fl-1955, meta ra l-interess politiku li kellu Buttigieg, Ġużè Ellul Mercer ħajru joħroġ għall-politika fl-elezzjoni ta' dik l-istess sena. Huwa ġie elett mal- Partit tal-Ħaddiema. Baqa' jikkontesta kull elezzjoni u baqa' jirrappreżenta l-poplu fil-Parlament sas-sena 1976, fejn kien irreżenja. Fost ir-riformi importanti li wettaq Buttigieg tul il- ħajja ministerjali tiegħu kien hemm it- tneħħija tal-piena kapitali, it-tneħħija tal-omosesswalità u l-adulterju bħala reat kriminali, daħħal iż-żwieġ ċivili, kif ukoll id-dritt tal-vot għal dawk li jkunu għalqu tmintax-il sena. Dawn ir-riformi kbar għandna ngawdu minnhom sal-lum il-ġurnata, u fuqhom inbnew riformi oħra aktar 'il quddiem fl-istorja ta' Malta. Intant, Buttigieg kien ukoll delegat Tal-Konferenzi Kostituzzjonali ta' Malta organizzati f 'Londra fl-1958 u fl-1964. Barra minn hekk, serva fl-Assemblea Konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa bejn l-1967 u l-1971, fejn inħatar Viċi-President bejn l-1967 u l-1968. Fuq livell aktar internazzjonali, Buttigieg kellu wkoll sehem attiv fil- ftehim sabiex Malta ma tibqax bażi military Ingliża. Għal dan, il-PL inkluż Anton Buttigieg insista li jkun hemm ftehim sabiex Malta tingħata kumpens xieraq biex tingħalaq il-bażi militari fi żmien seba' snin. Bl-insistenza tal- PL, Malta fil-fatt kienet ingħatat £107 miljun għal seba' snin. Isir it-tieni President tar- Reppublika ta' Malta Fis-sena li fiha rreżenja mill- Kamra tar- Rappreżentanti, Buttigieg inħatar President tar- Repubblika, biex b'hekk sar it-tieni President fl-istorja ta' Malta. Tul żmienu dejjem saħaq li jkun hemm poplu magħqud u jgħix fil-paċi. F'din l-ogħla kariga ma jistax jonqos li Buttigieg iżomm dak li dejjem sawwarlu l-karattru tiegħu – l-umiltà, il-ħidma mas- soċjetà, u fuq kollox il-poeżija fejn ta' spiss wieħed seta' jisimgħu jagħti diskors imżewwaq b'xi vers li jkun kiteb. Il-Poeta tan-Natura Buttigieg jibqa' magħruf bħala l-Poeta tan-Natura. Ħafna b'xogħlijietu fil-maġġoranza ppubblikati f 'kotba bħal Mill-Gallerija ta' Żgħożiti, Fanali bil-Lejl, Ejjew Nidħku Ftit, Ejjew Nidħku Ftit Ieħor, Qasba mar-Riħ, Il- Muża bil-Kimono, Fl-Arena u Ballati Maltin. Permezz tal-poeżija, Buttigieg kien joħroġ dak li kien itih serħan, iżda wkoll dak li kien qiegħed jittormentah fil-ħajja personali tiegħu. In-natura u l-ħolqien t'Alla kienet tema rikorrenti fil-poeżiji tiegħu, iżda wkoll, minkejja li kien taħt l-interdett tal-Knisja f 'Malta, huwa xorta kien jagħżel li jikteb poeżiji li fihom juri d-devozzjoni li kellu lejn Alla, xhieda ta' kemm baqa' Nisrani devot minkejja s-sitwazzjoni li kien sab ruħu fiha minħabba t-twemmin politiku tiegħu. It-telfa traġika ta' żewġ nisa Iżda fuq kollox, sfortunatament fil-poeżiji tiegħu wieħed jista' jħoss is-sens kbir ta' dieqa u disprament li sab ruħu fih bit-telf taż-żewġ nisa tiegħu wara biss ftit snin taż-żwieġ. Il-ħajja personali ta' Buttigieg kienet xi ħaġa li minkejja kollox, mill-poeżiji tiegħu wieħed jista' jgħid li baqgħet tippersegwitah. Buttigieg iżżewweġ l-ewwel mara tiegħu fl-1944, Carmen Bezzina li magħha kellu tlett itfal – John, Rose u Emanuel. Iżda b'xorti ħażina huwa tilef l-ewwel mara tiegħu – traġedja li diġà heżżitlu ħajtu. Ftit seta' jobsor li ftit tas-snin wara kienet ser terġa' tmissu l-istess xorti ħażina, hekk kif it-tieni mara tiegħu, Connie Scicluna, li żżewweġ fl-1953, tilfet ħajjitha wkoll tliet snin wara f 'inċident tat-traffiku f 'Londra. Anton aktar tard fl-1975 iżżewweġ lil Margery Helen. Sena wara nħatar President tar- Repubblika ta' Malta. Kemm jekk minn lat letterarju, kif ukoll dak politiku u soċjali, Anton Buttigieg kien wieħed minn dawk il-personaġġi li l-impronta tiegħu tinħass, anke bla ma nafu, f 'ħafna mill-aspetti tal-ħajja sal-lum il- ġurnata. Hu miet fl-1981, fl-età ta' 71 sena – wara ħajja ta' premijiet, kisbiet, suċċessi kif ukoll traġedji li tawna xi wħud mill-aqwa poeżiji fil-letteratura Maltija, kif ukoll politiku imprezzabbli. www.gourmettoday.recipes Imwieled fid-9 ta' Frar 1912 • Miet fil-5 ta' Mejju 1983 • It-tieni President ta' Malta • Magħruf ukoll bħala l-Poeta tan-Natura • Il-mafkar ta' Anton Buttigieg fil-Ħamrun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015