Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Hibernians ...................... 3 Valletta .......................... 1 HIBERNIANS, ilbieraħ ġew inkurunati champions għall- 11-il kampjonat fl-istorja tagħhom meta ilbieraħ kienu ferm superjuri għal Valletta u għelbuhom bl-iskor ta' 3-1. Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel azzjoni perikolża wara biss 4 minuti logħob meta minn indeciżjoni tal- goalkeeper ta' Hibernians, Henry Bonello, aprofitta l-attakkant prolifiku Ingliż, Lateef Elford-Alliyu, li iżda ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jiġi milqugħ mill-goalkeeper li kellu staġun mill-aqwa ma' Hibernians. Hibernians irrispondew u fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fil-logħba fis-16–il minuta, meta Bjorn Kristensen għadda tajjeb lejn Jorge Pereira Da Silva, li mill- viċin tefa' wara l-goalkeeper Taljan ta' Valletta, Pietro Demetrio Marino. Il-Pawlisti rduppjaw l-iscore fis-36 minuta meta wara azzjoni maħduma tajjeb bejn diversi players ta' Hibernians, il-ballun spiċċa f 'saqajn Jorge Perira Da Silva, li b'xutt immirat sew għar-rokna tax-xibka, tefa' ġewwa biex irreġistra doppjetta personali. Fit-48 minuta Hibernians rebħu penalty meta Pietro Demetrio Marino waqqa' lil Jorge Pereira daSilva fil-kaxxa u kawża ta' dan ir-referee Clayrton Pisani saffar penalty. Mill-11-il metru nkariga ruħu Jorge Pereira Da Silva li ma żbaljax biex b'hekk skorja hat-trick personali. Hibernians komplew jattakkaw u fit-72 minuta, Clayton Failla, ittanta xortih minn barra l-kaxxa iżda t-tentattiv tiegħu stampa mal- wieqfa. Valletta naqsu l-marġni tal-iscore fit-82 minuta, meta kontra x-xejra tal-logħob, il-player ta' nofs il-ground, Shaun bajada, qabbeż il-ballun minn fuq Henry Bonello li nqabad barra minn postu. Fi tmiem il-logħba, il-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, ippreżenta t-Tazza ta' Champions, lill-captain ta' Hibernians, Andrew Cohen. Hibernians - Bonello, Soares, Agius, Da Gracia Gomes, Dias (Desira Tabone 83'), Cohen, Lima, Failla, Kristensen (Degabriele 65'), Bezzina, Pereira da Silva Valletta - Marino, Caruana (Hillary 5'), Azzopardi, Camilleri, Fenech, Barry, Briffa, Elford-Alliyu (Cremona 76'), Bajada, Nafti (Vella 48'), Dimech Referi Clayton Pisani JORGE PEREIRA DA SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Diċembru 1985 fil- Brażil Skorja hat-trick personali f'din il-logħba Qabel ingħaqad ma' Hibernians fis-sajf li għadda, kien jilgħab ma' Qormi Il-captain ta' Hibernians Andrew Cohen jgħolli t-trofew ta' Hibernians bħala champions, fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-players sħabu Hibernians champions għall-11-il darba Ritratti - Ray Attard Andrew Cohen fit-tentattiv li jegħleb lil Nicky Vella, iżda jkun imċaħħad mid-difensur internazzjonali, Luke Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015