Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 33 SPORTSillum FORMOLA AVVIŻ KLASSIFIKATI Agħżel kategorija. Imla l-kaxxi t'hawn taħt. Ikteb f 'ittri kbar. L-avviż tiegħek jidher f 'illum għal tliet ġimgħat. Din l-oerta ma tapplikax għall-aġenti tar-real estate Ibgħat il-formola fuq: Illum Klassikati, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 imkien ma' ċekk ta' €3 cheque pagabbli lil MediaToday Co. Ltd Isem: _________________________________ Indirizz: _______________________________________________________ _______________________________________ Tel: ___________________ Email: _________________________________ ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL IL-PREZZIJIET KOLLHA MNI LA JRIDU JKUNU F'EWRO ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL 2 klassikati għal 3 ġimgħat għal €3 f 'Illum Malta tad- Mona Lisa Camilleri bl-aħjar ġirja tagħha fl- isteeplechase f 'dawn l-aħħar sentejn WAĦDA mill-atleti ewlenin f 'pajjiżna, Mona Lisa Camilleri, ftit tal-ġimgħat ilu kellha l-aħjar ġirja tagħha fl- isteeplechase f 'dawn l-aħħar sentejn. Tajjeb ngħidu li s-sena l-oħra, wara ftit li għalaq l-istaġun tal-atletika, Camilleri telqet tgħix Leeds fl- Ingilterra u ma kellha l-ebda tir li tilħaq ħinijiet tajbin għall-istaġun ta' ġiri fl-atletika din is-sena. Fi kliemha stess: "M'għaraftx li kelli potenzjal li kont kapaċi nikser ir- rekord nazzjonali tiegħi stess fl-ewwel ġirja tal- istaġun fl-isteeplechase bi 18-il sekonda. Bil-ħin ta' 11-il minuta u 35 sekonda kkwalifikajt għal-Logħob Ewropej ġewwa Baku fl- Azerbaijan f 'Ġunju li ġej. Ġewwa Leeds, Mona Lisa Camlleri baqgħet attiva u ppruvat iżżomm l-appuntamenti tagħha biex tinżel ġewwa t-trakka, però t-taħriġ mingħajr il- preżenza tal-kowċ u sħabha tal-ġiri kienet diffiċli. L-isteeplechase ma tinvolvix biss ġiri iżda wkoll tinkludi teknika biex taqbeż l-ostakli. F'dan l-isport bħal kull tip ta' sport ieħor idealment ikollok kowċ preżenti biex ikun jista' jikkoreġik. Mona Lisa Camilleri tatna iktar dettalji: "Ġieli ġew mumenti fejn wara tmien siegħat xogħol u ħidma fuq it-teżi tal-Masters, l-unika ħaġa li kien ikolli aptit nagħmel kienet dik li nintefa nistrieħ. Kienet l-imħabba li għandi għal dan l-isport li ġegħlitni nkun iddixxiplinata u nkompli bit-taħriġ tiegħi. Kemm il-kowċ personali tiegħi Xandru Grech kif ukoll il-kowċ tal- isteeplechase Mario Pisani, raw li kelli kapaċità li nikser ir-rekord nazzjonali. L-aqwa ħin tiegħi fit-3000m li kont ksibt fl-ewwel kompetizzjoni ta' ġewwa Malta fi Frar li għadda uriet li kien hemm ċans kbir li ntejjeb il-ħin tiegħi fl- isteeplechase. Imma xorta bqajt ninsisti li r-rekord ma kontx se niksru għax dejjem rajt li kelli nuqqas ta' taħriġ matul din is-sena speċjalment fejn tinvolvi teknika. Għalkemm ili nitħarreġ l-isteeplechase għal dawn l-aħħar sentejn xorta għadni nħoss li għandi nuqqas fil-kunfidenza. Din kienet l-iktar ħaġa li żammitni milli nagħraf il-potenzjal tiegħi f 'din id-dixxiplina tal-atletika. Dakinhar tal-ġirja, il-mira tiegħi kienet dik li nagħmel qrib it-12-il minuta. Waqt il-ġirja indunajt li kont qiegħda aħjar mill-ħin mistenni minni, allura bqajt nirsisti sal-aħħar u għelibt l-għejja. Nista' ngħid li din kienet l-aħjar ġirja tiegħi fl- isteeplechase li qatt għamilt f 'dawn l-aħħar sentejn." Is-Sibt 2 ta' Mejju Mona Lisa żammet l-appuntament tagħha fil-ġirja tal-1500m fil-Qualifying Meeting organizzata mill-Malta Ameteur Atheltic Association (MAAA). Din hija ġirja oħra favorita tagħha. Mona Lisa Camilleri xtaqet tagħlaq b'xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess uniku li kisbet fil- karriera mill-aqwa tagħha fid-dixxiplina tal-atletika msejħa steeplechase: "Biex nikkonkludi nixtieq niringrazzja lill- kowċis Xandru Grech u Mario Pisani tal-paċenzja li jibagħtuli l-programm tat-taħriġ kull darba u tal- kuraġġ li jtuni fil-karriera sportiva tiegħi. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill- familja tiegħi li ta' kull darba jiġu jappoġjawni fit-trakka, lil sħabi tal-ġiri, lill-Malta Amateur Athletic Association (MAAA) u lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), talli jemmnu fl-atleti Maltin u talli organizzawlna high altitude training camp ġewwa Font- Romeu fi Franza. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja wkoll lil Università ta' Malta u lill-Ministeru tas-Saħħa tal-appoġġ li wrew biex nilħaq il-miri tiegħi kemm fil-qasam sportiv kif ukoll fil-qasam akkademiku biex inkompli l-istudji tiegħi fil-Masters tal-'Medical Physics'," temmet tgħid Mona Lisa Camilleri. jkun jieħu sehem fiha fi Sqallija, propju llum, ġewwa Custonaci. Keith Galea se jikkompeti fi Triathlon fuq distanza olimpika u qed jaspira għal riżultat ieħor pożittiv. Bħalissa Keith għaddej minn staġun ferm tajjeb, fejn sa issa rebaħ total ta' sebat itlielaq u spiċċa fit-tieni post fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Ġiri. Keith Galea li bħalissa għaddej b'taħriġ intensiv għal-Logħob tal-Ewropa li se jsiru f 'Baku, fl-Azerbaijan matul ix-xahar id-dieħel, xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea u lill- kowċ tiegħu tal-għawm, Catalin Stan. Huwa xtaq jgħid grazzi kbira wkoll lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon, Mochika Outdoor life u Starbene 24/7, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph S.C., lill-Malta Triathlon Federation, lill- Kunsill Malti għall-Isport (KMS) kif ukoll lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) għall-appoġġ kontinwu li jtuh. Fuq kollox Keith Galea, xtaq jirringrazzja lill-mara tiegħu, Elizabeth, għall- appoġġ li ttih ta' kuljum. Mona Lisa Camilleri tippoża mal-ħin li rnexxielha tikseb d-dixxiplina tal- isteeplecase Ritratt: Wally Galea