Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 5 Mara minn kull 8,300 tmut fit-tqala jew fil-ħlas CHRISTA BOFFA BOSTA jgħidu li li tkun omm hija l-isbaħ esperjenza li mara tista' tgħaddi minnha, imma jidher li hemm postijiet li minħabba raġuni jew oħra, li ssir omm hija esperjenza aħjar meta mqabbel ma' pajjiżi oħra – b'mod partikolari lejn in-naħa tat-Tramuntana tal- Ewropa. Nisa Maltin għandhom 1/8,300 ċans li jmutu minħabba t-tqala – ċifra Għal kull 1,000 tifel u tifla, ftit aktar minn 6 ma jgħixux aktar minn 5 snin. In-nisa jokkupaw 12.9% mill-pożizzjonijiet fil- gvern nazzjonali. Dan kollu kklassifika lil Malta bħala is-46 l-aħjar post biex tkun omm – eżattament wara l-Kosta Rika, u qabel l-Emirati Għarab Magħquda. Dan ifisser li Malta niżlet b'5 postijiet meta mqabbla mas-sena ta' qabel, hekk kif fl-2014 ġiet ikklassifikata fil-41 post. Hekk kif illum niċċelebraw Jum l-Omm, l-organizzazzjoni Save the Children ħarġet is-16-il rapport annwali tat-tip tiegħu msejjaħ l-Istat tal-Ommijiet tad-Dinja, fejn fih tintuża informazzjoni mill-Ġnus Magħquda sabiex tistudja s-sitwazzjoni f '179 pajjiż differenti madwar id-dinja. Permezz ta' din l-informazzjoni tinħareġ klassifika skont ħames kriterji prinċipali – ir-riskju li n-nisa jmutu kawża tat-tqala u t-twelid, ir-rata ta' mortalità fit- tfal taħt il-ħames snin, l-istatus edukattiv, il-kisbiet ekonomiċi u l-istatus politiku. Fil-quċċata tal-lista hemm pajjiżi Ewropej – bin-Norveġja tkun fil-quċċata nett, segwita mill-Fillandja u l-Iżlanda. Il- bqija tal-aħjar 10 pajjiżi huma pajjiżi Ewropej oħra. Fil-qiegħ nett tal-klassifika, għat-tieni darba konsekuttiva hemm is-Somalja, b'waħda minn kull 18-il omm titlef ħajjitha minħabba t-tqala jew il-ħlas u aktar minn 146 tifel u tifla li ma jgħixux aktar minn ħames snin. Il-pajjiżi f 'qiegħ il-klassifika huma kollha mill-Afrika tal- Punent u l-Afrika Ċentrali. Ħaġa mhux daqstant mistennija hija kif pajjiżi bħalma huma r-Renju Unit u l-Istati Uniti jisabu bejn wieħed u ieħor fl-istess ilma fin-nofs tal-klassifika, bir-Renju Unit jikklassifika fil-24 post u l-Istati Uniti fit-33 post. Jasmine Whitbread, il-Kap Eżekuttiv ta' Save the Children International saħqet kif id- differenza evidenti li hemm bejn pajjiżi aktar żviluppati u dawk anqas żviluppati hemm bżonn li tixxejjen – "l-ommijiet u t-tfal ħaqqhom ċans li jgħixu, li jissoppravvivu u li jiksbu l-potenzjal tagħhom." Jiżdied il-bejgħ mill- ħwienet f 'Malta GĦATTIENI xahar konsekuttiv, il-bejgħ mill- ħwienet f 'Malta żdied bl-akbar rata ta' tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea. Dan joħroġ minn stqarrija tal-Gvern li tindika statistika tal-Eurostat li turi li l-bejgħ mill-ħwienet Maltin u Għawdxin f 'Marzu ta' din is- sena kien 8.9% ogħla minn dak osservat fl-istess xahar sena ilu. Din ir-rata hija tlett darbiet u nofs dik osservata fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Iż-żieda f 'Marzu f 'pajjiżna kienet ukoll l-ogħla waħda osservata f 'dan ix-xahar mill-2010 'l hawn u t-tielet l-ogħla reġistrata mindu bdiet tinġabar din l-istatistika. Intant, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul l-ewwel kwart ta' din is-sena nħarġu fit-toroq ta' pajjiżna 4,855 vettura ġdida. Dan ifisser żieda ta' 36% fuq l-ammont ta' vetturi ġodda li kienu ġew liċenzjati fl-istess perjodu fl-2013. L-istqarrija ttemm tgħid li huwa f 'dan il-kuntest li l-Gvern se jkompli jaħdem biex jinġiebu aktar proġetti siewja lejn pajjiżna biex b'hekk it-tifdil tal-familji tagħna joħloq aktar ġid nazzjonali li mbagħad jintuża għall- benefiċċju tas-soċjetà tagħna. Triq ir-Reppublika magħrufa għall-kummerċ Fis-Somalja waħda minn kull 18-ill omm titlef ħajjitha minħabba tqala jew ħlas