Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 17 ITTNEJN li għadda ktibt lill-Ispeaker sabiex ninfurmah li għalkemm f 'Ottubru 2014 huwa kien diġa sab lill-Ministru Konrad Mizzi ħati prima facie ta' ksur ta' privileġġ kontrija, jien iddeċidejt li ma nkompliex bil-proċedura parlamentari quddiem il-Kumitat tal- Privileġġi. Il-verità hi li ma jista jkun hemm qatt ġudizzju serju u ġust minn kumitat ikkontrollat minn maġġoranza tal-Gvern. Il-forum ġust għal din il-proċedura għanda tkun Qorti imparzjali u mhux kumitat b'maġġoranza partiġjana. Irrid nagħmilha ċara li d-deċiżjoni tiegħi bl-ebda mod ma tfisser li jien qed nirtira l-oppożizzjoni qawwija tiegħi għal dak li qal Konrad Mizzi fil-Parlament fil-konfront tiegħi. Sempliċiment iżda nqis li kumitat parlamentari ikkontrollat minn maġġoranza tal-Gvern, mhux il-forum addattat fejn tista' ssir il- ġustizzja ma' min bħali ġie malafamat minn membru tal- istess gvern, li pprova jistaħba wara l-privileġġ parlamentari. Din il-pożizzjoni qed noħodha anke b'konsistenza mal-pożizzjoni li ħadet l-Opposizzjoni sal-lum fil-każ tal-PM kontra l-Kap tal- Oppożizzjoni. Hija tal-mistħija kif id- Deputat Konrad Mizzi qiegħed jistaħba wara l-privileġġ parlamentari biex jagħmel attakk kontra r-reputazzjoni u l-integrità tiegħi. Jien nistenna li l-Onor.Konrad Mizzi, jekk hu raġel, għandu jew jirtira l-allegazzjoni tiegħu u joqgħod għar-ruling tal- Ispeaker inkella jerġa' jirrepeti dak li qal, din id-darba barra mill-Kamra tal-Parlament, ħalli niproċedi kontrih fil-Qorti b'mod immedjat. Il-pożizzjoni li ħadt hadtha anke wara li ddiskutejtha mat- tmexxija tal-partit, li qablet mal-pożizzjoni li ħadt. Meta nhar it-Tnejn stess iltaqa' l-Kumitat tal-Privileggi l-Ministru Konrad Mizzi qal "I stand by what I said". Allura jekk iżomm ma' dak li qal fil-Kamra, x'iżommu milli jirrepeti dan barra l-Kamra? Issa għaddiet kważi ġimgħa u l-Ministru Konrad Mizzi għadu ma rrepetiex dak li qal fil-Kamra tal-Parlament barra. Nerga' nisfidah jirrepetih barra ħalli mbaghad nieħu l-passi fil-Qorti. Dak l-attakk kien proprju għamlu biex jiddevja l-attakk li kien taħtu meta fil-Parlament konna qajjimna dubji kbar fuq it-trasparenza li mexa biha dan il-Gvern biex ikkonkluda l-kuntratt mal-kumpanija Ċiniża li xtrat l-impjant tal- BWSC li tant kienu kkritikaw. Kien taħt l-attakk ukoll għax konna wrejna li mhux se jkun kapaċi jżomm mal-akbar wegħda tagħhom li jibnu power station ġdida fi żmien sentejn mill-elezzjoni. Tiftakruh fuq it-tv jirrepeti għal ma nafx kemm-il darba jgħid li konvintissimu li jaslu biex jagħmlu dan? Fl-aħħar tal-2014, anke wara l-elezzjoni kien qal hekk: "Naqilbu l-power station għall-gass matul din il-leġiżlatura stess; mal-bidu tas-sena 2015. Iva, dan se jseħħ! It is doable and we're on track biex dak li nwiegħdu jseħħ!" Imbaghad skoprejna li bħas- soltu kien qed iqarraq. Allura pprova jiddevja l-attenzjoni minn fuqu u jitfaha fuq ħaddieħor, akkost li jipprova jħammeġ ir-reputazzjoni ta' ħaddiehor. Issa drajniha din it-tattika tiegħu u ta' sħabu tal- Labour. Meta jkun taħt l-attakk joħolqu storja biex jiddevjaw l-attenzjoni minn fuqhom. F'Ottubru 2014 fid-dibattitu fil-Parlament kont ghidtlu wkoll: 1. Li kien gideb meta qal li l-Enemalta ma tkunx privatizzata – illum nafu li l-Enemalta terz tagħha biegħuha liċ-Ċinizi. 2. Li kien gideb meta uża familja fil-kampanja elettorali biex jgħidilna li l-power station tal-BWSC hija fabbrika tal-kanċer, u li malli jkun fil-gvern jaqlibha mill-ewwel mill-heavy fuel oil għad-diesel. Għadhom sal-lum jużaw l-HFO anke jekk setgħu faċilment jaqilbuha għad-diesel b'mod immedjat. 3. Li kien gideb meta kien qal li se jagħmel kuntratt ta' xiri ta' gass bi prezz fiss għal 10 snin – għidnilu impossibili – il-kuntratt li għamel fil- fatt huwa għal 5 snin. 4. Li kien gideb meta kien qal li qabel jibda l-proġett, il-kumpanija privata kienet se tagħtih kapparra ta' €30 miljun ghax kien ċar li l-kapparra ma ngħatatx. 5. Li kien gideb meta kien qal lin-nies li l-interconnector se jkun lest sa Marzu 2014. Issa nafu li tlesta sena wara. 6. Li kien gideb bil-kbir meta sa qabel l-elezzjoni kien jgħid li jemmen fit-trasparenza, imma mbagħad ghamel kuntratti li sal-lum għadna ma nafux x'fihom. 7. U li kien gideb lil Prim Ministru, tant li l-Prim Ministru kien tant ħassu komdu bil-wegħdi tiegħu li saħansitra kien iddikjara li jirreżenja jekk il-power station ma jlestihiex f 'sentejn. Hu stess kien rabat lill-Prim Ministru ma' dik il-wegħda. Meta kien ikkonfrontat b'dan kollu, ippjana li minflok iwieġeb jaghmel attakk fuqi biex jiddevja l-attenzjoni minn fuqu u minn fuq id-dnubiet tieghu. U jipprova jakkuża lil ħaddiehor b'xi dnub. Ara jien mill-ewwel kont għidt li ma niddejjaq xejn li ssir investigazzjoni u fil-fatt kont ktibt lill-Kummissarju tal- Pulizija biex ngħidlu li jien lest nikkopera f 'kull investigazzjoni. Għaddew issa aktar minn 6 xhur u ma smajt b'xejn, anzi fil-mezzi tax-xandir lokali dan l-aħħar kien hemm rapport li fil-fatt il-pulizija investigat u ma sabet xejn! Imma l-aqwa li jħammġu. Il-Ministru Konrad Mizzi aktar ma jdum biex jirrepeti barra dak li qal fil-Kamra, aktar ikun qed jikkonferma li hu ma jiddejjaq xejn iħammeg lil ħaddiehor imma l-aqwa li jista' jistaħba wara l-privileġġ parlamentari, hekk hu hekk il-maġġoranza tal-Kumitat tal-Privileġġi huma membri tal-istess partit tieghu ! Il-Ministru Konrad Mizzi jkejjel b'xibru. Irid jgħajjar lil ħaddiehor biex jgħatti xturu. Dan hu l-istess Ministru li mar jinnegozja kuntratt ta' xiri taż-żejt ma' kumpanija tal-istat tal-Azerbaijan u mhux talli ma nstabux firem, talli skond l-Awditur Ġenerali ma nstabux id-dokumenti ! Dan il-Gvern, il-Prim Ministru u l-Ministru Mizzi, li tiegħu kienet l-idea tal-power station - Dan gvern li tana gidba wara l-oħra u għadhom qed jigdbu. Dawn kapaċi biss biex jagħtuna Fabrika ta' Gideb! U l-Ministru Konrad Mizzi għadu jistahba wara l-Fabrika tal-Gideb u jabbuża mill-Privileġġ Parlamentari li għandu. Kif Naħsibha GEORGE PULLICINO IKEJJEL B'XIBRU U JGĦATTI XTURU L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Risposta għall-artiklu "Telqa fi Ġnien Sant'Anna f 'Wied il-Għajn" JOSEF GRECH SEGRETARJU EŻEKUTTIV NIRREFERI għall-artiklu li deher fil-ġurnal tiegħek datat 14 ta' Mejju, 2015. Nixtieq nikkumenta li l-impressjoni li ngħatat minn dan ir-resident anonimu ta' telqa fil-Ġnien Sant'Anna ma tirreflettiex ir-realtà. Il-Kunsill jieħu ħsieb dan il-ġnien fuq bażi regolari u dan il-ġnien jinsab maħrut, miżbur u mimli fjuri u bankijiet. Il-funtana u l-girna fil-fatt diġà tnaddfu. Il-kunsillier li joqgħod fil-viċinanza għandu interess speċjali f 'dak il-ġnien għax kemm il-funtana kif ukoll il-girna nbnew meta huwa kien Sindku u żgur li ma jixtieqx jara lil dawn iż- żewġ strutturi abbandunati. Fil-fatt kien preżenti waqt ix-xogħolijiet ta tindif u manutenzjoni. Il-Kunsill jagħmel l-almu tiegħu biex iżomm il-ġonna kollha fi stat sabiħ imma nixtiequ li l-pubbliku japprezza iktar u jibża' għall-affarijiet li jsiru b'tant sagrifiċċju. "Il-Prim Minisru kien saħansitra ddikjara li jirreżenja jekk il-power station ma jlestihiex f 'sentejn"