Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 K ulħadd jaf kif naħsibha dwar l-ambjent. Li kien għalija jsir moratorium nazzjonali kull fejn hemm art verġni. Ma nistgħux inkomplu nibnu jew niżviluppaw il-bqija tas-65% tal- art vergni li fadal f 'pajjiżna. Meta tgħid li 35% diġà mibnija mhux ċajta! Naħseb imkien fid-dinja, ħlief f 'Hong Kong u Singapore, ma għandhom aktar minn 35% tal-art żviluppata. Ir-rebgħa għal aktar art għall- bini għandha żewġ raġunijiet prinċipali. L-industrija tal-bini u industriji oħra relatati magħħa, bħal fost oħrajn it-turiżmu, għadhom jikkontribwixxu għal aktar minn 50% għal ġid nazzjonali. Għalhekk, sakemm ma niddiversifikawx l-ekonomija, l-aptit li niżviluppaw kull fejn nistgħu mhux ser jieqaf. Dak li hu ż-żejt għal-Libja u deheb u djamanti għall-Afrika t'Isfel, il-ġebla u l-art huma għall-Malta. L-aqwa investiment li jista' jkollok f 'pajjiżna, fejn rari tista' tmur ħażin, huma l-bini u l-iżvilupp tal- art. Għalhekk kull min jista', jekk tiġih l-opportunità, jeħodha. Jekk jiġihom iċ-ċans, anke dawk li dejjem ikunu fuq quddiem jipprotestaw kontra kull proġett, jieħduh. Kien għalhekk li ma ħadtha xejn bi kbira, anzi rajtha ġejja, meta tħabbar il-proġett ta' università barranija fuq medda ta' art verġni fin-naħa t'isfel ta' Malta. Nifhem lil min qiegħed jipprotesta, għaliex bħalhom inħoss u bħalhom ħassejt meta rajt art verġni f 'Marsaxlokk titħarbat mhux biss dak li kien fuq l-art, iżda anke l-baħar ta' madwar. Dan ma sarx snin ilu iżda fi żmienna. Hekk ħassejtni meta niftakar li tħarbtet raba' mimlija siġar tal- ħarrub ħdejn tal-Qroqq biex inbena l-Mater Dei. Għadha xena friska quddiem għajnejja, bulldozer jissara ma' ħarruba kbira f 'nofs għalqa f 'raba' saqwi. Beda jiġbidha minn qaddha b'katina ħoxna, bil-ħarruba bħal donnha tirreżisti sakemm fl-aħħar ċediet. Dejjem ngħid, li ma' kull għalqa li tinbena qegħdin nidfnu biċċa minna. Iżda hemm argument, li fil- każ tal-università fin-Nofsinhar ta' Malta, li ma niflaħx għalih. Indipendentement minn kull argument ambjentali, sotto-voce hemm attitudni daqxejn klassista. Dan mhux l-uniku proġett li jekk isir fin-Nofsinhar ta' Malta fejn tkun tnaqqret art verġni. Fin-Nofsinhar ta' Malta saru biżibilju ta' proġetti maż-żmien li ħadu wesgħat u medded kbar ta' art verġni u ma jidhirlix li qatt saret ir-resistenza li qegħdin naraw issa. Fin-Nofsinhar ta' Malta saret power station li taħdem biż-żejt. Dakinhar saret protesta mill-Partit Laburista u ż-Żgħażagħ għall- Ambjent. Xorta nbniet. Sar proġett għar-riċiklaġġ kemm tar-rifjuti u anke tad-drenaġġ. Ma nafx x'ma għamlux ir-residenti ta' Marsaskala, għaliex ma felħux għall-irwejjaħ u l-kimika li tikkontamina l-arja. Dakinhar ukoll ittieħdet art verġni u xorta sar il-proġett. Saru mħażen u tankijiet għall-gass, għall-ħażna taż-żejt qalb in-nies u Freeport li kompla kiber bil-kbir taħt l-amministrazzjoni l-oħra. Li llum hemm bajja bl-isem ta' "Il-Bajja s-Sabiħa" hija ironika għaliex din l-akkwata tista' ssejħilha kollox barra "sabiħa" b'Manhattan ta' krejnijiet fl-isfond, bi ħsejjes ma jaqtgħu qatt. Biex sar dan kollu, mijiet ta' tmiem ta' art verġni kellhom ikunu sagrifikati, bil-ftit isiru miljunarji kbar għaliex kienu jafu qabel ħaddieħor x'ġej! Mil-lista ta' proġetti li semmejt li saru fin-Nofsinhar hemm ħaġa kommuni. Kollha huma proġetti li jdaħħnu, jħammġu, jpoġġu l-ħajja tan-nies fil-periklu, jagħmlu l-ħsejjes u jikkawżaw irwejjaħ insapportabbli. Dawn huma l-proġetti li saru s'issa fin-Nofsinhar ta' Malta. S'issa kull min kien fil-Gvern dejjem ittratta dan ir-reġjun daqslikieku kien is-Cindirella jew aħjar l-landa taż-żibel tal-ekonomija Maltija. Anke ż-żoni industrijali tista' tgħid li kollha qeghdin fin- Nofsinhar - Ismijiet bħal Bulebel, Ħal Far u l-Imrieħel, kollha kienu ismijiet ta' reġjuni rurali fin-naħa t'isfel ta' Malta. Huwa minnu wkoll li l-ħażin li sar fl-imgħoddi ma jiġġustifika bl-ebda mod dak li jsir illum. Dik li noqgħod nagħmel referenza għall- ħażin ta' ħaddieħor biex niġġustifika l-ħażin tiegħi ma niflaħiex. Din l-attitudni tipperpetwa l-ħażin u għalhekk seta' ma nbidilx il-partit fil-Gvern. Iżda fil-każ tal-Università li ssemmiet li tista' tinbena fin- Nofsinhar, tista' tkun opportunità sabiex f 'reġjun li ħlief proġetti "maħmuġin" ma rax, tkun nifs frisk għaliex għal darba, nkunu qegħdin nittrataw lil dan ir-reġjun bħalma nagħmlu b'reġjuni oħra. Għalhekk ma nistax ma nosservax li bil-mod li qiegħed isir l-argument favur l-ambjent, għandu fih element ta' klassiżmu, għaliex sa riċenti saru proġetti li ma huma xejn indaf u anke ttieħdet art verġni biex saru, u ma kienx hemm il-front li hemm issa biex joffri reżistenza għal dan il-proġett. Proġett li la ser idaħħan, lanqas ser iħammeġ, la ser ikun il-kawża ta' ntejjen u lanqas ser imarrad in-nies. Il-power station tal-Marsa ser tinħatt wara snin twal tmarrad li min joqgħod madwarha. Ser ikun hemm kwalita' ta' ħajja aħjar għan- nies tal-Marsa fejn hemm inċidenza straordinajrja ta' mard respiratorju. Issa aktar lejn in-Nofsinhar, qed ikun propost proġett li huwa ta' kwalità u mhux wieħed industrijali. Jekk dan il-proġett ser isir, ikun ħasra li ma jsirx fin-Nofsinhar. Jiena għandi s-sensazzjoni li jkun aċċettabbli għal kulħadd, basta ma jsirx fin-Nofsinhar ta' Malta. Fejn jidħol ippjanar dejjem imxejna b'żewġ kejliet. Dak li hu aċċettabbli band'oħra mhux aċċettabbli għan- naħa t'isfel. Dan ir-reġjun dejjem ittrattajnih qisu kien xi bin on wheels! Żewġ kejliet TONI ABELA Hekk ħassejtni meta niftakar li tħarbtet raba' mimlija siġar tal-ħarrub ħdejn tal- Qroqq biex inbena Mater Dei Dak li hu ż-żejt għal-Libja u deheb u djamanti għall-Afrika t'Isfel, il-ġebla u l-art huma għall-Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015