Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 3 REPORTER jixxandar għada fid- 8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm Għada t-Tnejn, Il-Prim Ministru Joseph Muscat jiltaqa' ma' Saviour Balzan f 'Reporter, fejn fost oħrajn, se jitkellem dwar l-ekonomija, l-ambjent, il-ġid komuni, t-trasparenza u l-kontabilità politika, u l-immigrazzjoni rregolari. Soluzzjoni Ewropea għal problema Ewropea Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni rregolari CHRISTA BOFFA MALLI l-kriżi tal- immigrazzjoni għolliet rasha aktar minn qatt qabel, kulħadd dawwar ħarstu lejn l-Unjoni Ewropea, bit-tama li Brussell joħroġ b'soluzzjoni għal dak li wħud iqisu impossibbli biex tissolva. Wara bosta laqgħat, dikjarazzjonijiet u tweets ta' dispjaċir, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi pjan, li xi wħud sejħulu wkoll ambizzjuż wisq, dwar x'għandu jsir biex l-Ewropa, kollha flimkien, tiġġieled sitwazzjoni li bħalissa l-piż l-aktar li qed jinħass huma minn dawk il-pajjiżi li sforz il-pożizzjoni ġeografika tagħhom, huma affettwati iżjed minn oħrajn. L-aktar proposta li donnha qajmet għagħa kienet dik tas-sistema ta' rispons ta' emerġenza – li tikkonsisti minn mekkaniżmu ta' rilokazzjoni temporanju – fi kliem ieħor l-immigranti jittieħdu f 'pajjiż ieħor tal-UE temporanjament. Dan qed isir biex ikun hemm tqassim ġust bejn l-Istati Membri kollha. Il-proċess tal-ażil madanakollu jkun qed jiġi pproċessat f 'dak il-pajjiż li jkunu waslu fih l-ewwel. L-immigranti jitqassmu mal- kumplament tal-UE skont il-Prodott Domestiku Gross, id-daqs tal-popolazzjoni, ir-rata ta' qgħad, u numri ta' persuni jfittxu l-ażil u refuġjati resettled fil-passat. L-ogħla persentaġġ ikun tal-Ġermanja – b'18,42%. Malta jkollha t-tieni l-aktar persentaġġ baxx, 0,69%. Minħabba li din se tkun xi ħaga temporanja biss, il-Kummissjoni qalet li qed taħdem fuq sistema oħra sabiex ir-responsabilita tar-refuġjati u persuni jfittxu l-ażil tinqasam ukoll b'mod permanenti, u mhux temporanju biss. Il-pjan tar-resettlement ser jiġi mressaq aktar tard f 'Mejju, fejn l-istess l-immigranti jitqassmu skont l-istess kriterji ta' dawk rilokati. Permezz ta' din l-iskema, jiġu resettled 20,000 immigrant. L-ogħla persentaġġ hawn jerġa' jkun tal-Ġermanja, b'15,43% - 3,086 immigrant. Malta hawn jerġa' jkollha t-tieni l-aktar sehem baxx wara Ċipru, b'0,60% - jiġifieri 121 immigrant. X'ħa jiġri sadanittant? Fl-immedjat ħa jkun hemm tripplar tal-fondi tal-operazzjonijiet Triton u Poseidon. Barra minn hekk, b'żieda ta €60 miljun fuq il-budget eżistenti, pajjiżi mal-fruntieri ħa jiġu assistiti biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet tal-ażil mill-aktar fis possibbli. L-akbar ġlieda tibqa' kontra t-traffikanti, u b'hekk kif diġà ntqal il- bastimenti tat-traffikanti ħa jitkissru mill-awtoritajiet relevanti. Barra minn hekk permezz tal-EUROPOL, ser jitneħħew ir-riklami fuq l-internet li permezz tagħhom t-traffikanti qed jippromwovu s-servizzi tagħhom. Intant, għada t-Tnejn se jkun hemm laqgħa tal- Ministri tas-Sigurtà dwar abbozz li nħareġ din il- ġimgħa. Fih qed jingħad "Jista' jkun hemm preżenza fuq l-art jekk ikun hemm ftehim bejn l-awtoritajiet relevanti." Din imbagħad tgħaddi minn taħt il- kapijiet ta' stat f 'laqgħa għolja tal-UE f 'Ġunju. Fl-istess waqt jagħraf li din il-kampanja jaf twassal għall-qtil ta' nies innoċenti: "dawn l-operazzjoni tat- tifrik tal-bastimenti, kontra t-traffikanti, fil-preżenza tal-immigranti għandha r-riskju għoli li jkollha dannu kollaterali li tinkludi wkoll it-telf ta' ħajja." Pajjiżi bħal Malta u l-Italja ser itaffu ftit mill-piż li diġà qed iġorru MIRIAM DALLI "DIN l-aġenda hija pass pożittiv u jeħtieġ li l-istati membri kollha jagħmlu l-parti tagħhom biex din l-aġenda sseħħ verament. Din hija responsabbiltà Ewropea u mhux biss ta' pajjiżi li jinsabu viċin il-fruntiera bħal Malta u l-Italja. Minkejja dan, sabiex din is-sistema ta' distribuzzjoni tkun effetiva, hemm bżonn li jkun hemm reviżjoni tas-sistema preżenti tal-Ażil ta' Dublin." ROBERTA METSOLA "ILPOLITIKA l-ġdida fuq l-immigrazzjoni hija pass 'il quddiem biex ikun hemm tqassim ġust tar-responsabbiltà fuq l-immigrazzjoni minn kulħadd, però issa jeħtieġ li dak li mill-kliem naqilbu għall-fatti."