Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 23 Bijografi ji Herbert Ganado – il-politiku msawwar mit-twemmin reliġjuż tiegħu I LBNIEDEM magħmul mill- passjonijiet tiegħu – frażi li tapplika bil-wisq għal Herbert Ganado, politiku, avukat, u kittieb Malti li għemilu, il-karattru tiegħu u ħidmietu kienu rifless ta' dak kollu li kien isawwarlu ħajtu. Il-ġurnaliżmu u l-politika huma żewġ elementi li taw lil Malta xi ħadd li ismu baqa' jissemma' mal- ġenerazzjonijiet li segwew. Element ieħor li wieħed ma jistax jinsa meta jitkellem dwar Ganado hija bla dubju ta' xejn ir-reliġjon – fejn it-twemmin tiegħu kienu xi ħaġa li ma kien jista' jabbanduna qatt. Il-bidu tal-attiviżmu politiku u reliġjuż Herbert Ganado twieled fis-7 t'April fl-1906 fil-Furjana. Beda l-istudji tiegħu fil-Liċeo, li mbagħad temm fl-Università ta' Malta meta ggradwa bħala avukat fl-1931. Bħala student wieħed seta' jara l-attiviżmu tiegħu politikament – fejn kien membru attiv tal-Comitato Permanente Universitario. Aktar tard, sar il- president tal-Azzjoni Kattolika bejn l-1936 u l-1940. Kien hawn fejn Ganado beda l-attiviżmu tiegħu għall-Kristjaneżmu, liema kompliha wkoll bħala editur ta' Leħen is- Sewwa. Hu kien jibża' li r-reliġjon li tant kellu għal qalbu kienet għad xi darba tintemm f 'Malta, u f 'għemilu dejjem ħadem sabiex jara li dan ma jiġrix. Dħalna Madrid u l-Italja Faxxista Il-figura ta' Ganado kienet ukoll waħda kontroversjali – bit-twemmin politiku tiegħu ta' spiss iwasslu għall-inkwiet ukoll. Mal-waqgħa a' Madrid, Ganado kiteb forsi l-aktar wieħed kontroversjali, minn serjè ta' artikli fuq l-istess suġġett, dwar id-dittatur Franco, bit-titlu Dħalna Madrid. Dawn l-artikli kienu jidhru ta' spiss fuq Leħen is-Sewwa fi żmien il-gwerra ċivili Spanjola – iżda dan b'mod partikolari kien probabilment l-akbar raġuni għaliex fl-1940 Ganado ġie internat u eżiljat sentejn wara, fl-1942. Fattur kbir ieħor kien is-simpatija li kellu lejn l-Italja Faxxista. Iżda Ganado, dejjem kburi b'għemilu u b'dak li kien jemmen fih, kien stqarr li t-tbatija tiegħu favur dak li jemmen fih għalih kien privileġġ, fejn stqarr li ż-żmien li fih kien editur ta' Leħen is-Sewwa kien żmien tassew eċitanti – żmien li fih minkejja l-kontroversji li kien isib ruħu fihom, qatt ma sarlu l-ebda libell, u żmien ukoll li fiha Leħen is-Sewwa kienet mitqiesa b'viżjoni miftuħa – b'editur li kien interessat f 'dak li qed jiġri lil hinn minn xtutna, u mhux biss f 'dak li kien qed jiġri lokalment. L-internament fl-Uganda L-istorja tal-Internament tibqa' waħda kontroversjali f 'Malta – fejn fis-seklu 20 frupp ta' Maltin intbagħtu l-Uganda b'eżilju minħabba l-entużjażmu u s-simpatija li kellhom lejn il-kultura Taljana. Ganado, flimkien ma' sħabu l-eżiljati pprovaw ma jabbandunawx dak li bdew hawn Malta, u dak li kienu qed jaħdmu fuqu qabel inbagħtu fl-Uganda, u għaliex hekk jew b'hekk kien mod ta' kif ikunu jistgħu jderru għat-trawma li kienu għaddejjin minnha. Miegħu tella' bosta kotba biex ikun jista' jagħmel dan – fosthom l-Oxford Book of English Verse u d-Divina Commedia ta' Dante Alighieri – liema għażla ta' lingwi turi xi ftit jew wisq is- sitwazzjoni politika f 'Malta wkoll – poplu li kien maqsum bejn l-kultura Anglosassona u dik Taljana. Lura f 'Malta Fl-1945 ġie lura mill-Uganda u kien hawn fejn beda jimmilita bla waqfien fil-Partit Nazzjonalista. Din l-għażla kienet xprunata, bla dubju, mill- fatt li Malta tal-Ħamsinijiet kienet Malta b'biża' dwar x'effetti kien ser ikollha fuq ir-reliġjon l-Integration, hekk kif ukoll ftit wara kien hemm paniku fost għidut u kontroversji li Dom Mintoff kien ser idaħħal il- Kommuniżmu f 'Malta. It-twemmin reliġjuż ta' Ganado kien dejjem fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni li għamel – u tant hu hekk li fl-1958 telaq mill-partit, immexxi minn Gorg Borg Olivier għal żewġ raġunijiet prinċipali. Dawn kienu li l-PN ma kienx qed jagħmel dak kollu possibbli sabiex jiġġieled lil Mintoff, u għaliex skont Ganado, il-PN kien qed jitmexxa minn dittatur. Xi wħud jgħidu li Ganado xtaq isir mexxej tal- PN minflok Borg Olivier. Fil-kuntest tat-taqlib politiku li kien għaddej f 'Malta f 'dawn iż-żmijiiet, Ganado kien kontra kemm l-integrazzjoni, kif ukoll l-indipendenza. Meqjus bħala persuna b'mentalità, ħsibijiet u viżjoni avangardista, hu dejjem kien jara lil Malta f 'postha mal-mejda tal- Ewropej. It-twelid tal-Partit Demokratiku Nazzjonalista Fl-1962, wara laqgħat ma' Patri Feliġjan Biloccca, fejn fiha dan tal-aħħar insista li Malta kellha bżonn partit ieħor biex jopponi lill-Mintoff, kif ukoll ma' Monsinjur Mikiel Azzopardi, twieled il-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Il- partit twieled wara snin ta' taħdidiet sakemm fl-aħħar ġie mwaqqaf partit li bosta jiddeskrivu bħala "satellita tal-Kurja". Fl-istess sena il-Gvern Ingliż reġa' ta' d-dritt lill-Maltin, wara sospensjoni ta' erba' snin, sabiex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet politiċi. Fl-istess sena Ganado kkontesta l-elezzjoni, u reġa' għamel l-istess f 'dik tal-1966. Fl-ewwel elezzjoni kiseb erba' siġġijiet – fejn hu stess tela' minn żewġ distretti. Din kienet sena li rat lill-partiti ż-żgħar imorru tajjeb, fejn l-mexxejja tagħhom kollha telgħu, inkluż l-Avukat Ganado. Kien hemm element ieħor li, iżda, jidher li wassal għal din ir-rebħa – l-appoġġ tar-reliġjużi. Ganado fil-fatt kellu l-appoġġ ta' qassisin, patrijiet u sorijiet, fejn kien hemm ukoll bosta qassisin li kienu wkoll imsieħba fl-istess partit. Iżda l-istorja inbidlet fl-1966, hekk kif il-partit tiegħu kiseb biss 1.2% tal-elettorat – b'kuntrast mal- 9.3% li kien kiseb fl-elezzjoni ta' qabel. Hawn il-Partit Demokratiku Nazzjonalista sfuma fix-xejn, hekk kif minkejja li Ganado kien bassar li l-PN ma kienx b'saħħtu biżżejjed biex imexxi l-Gvern, dan tal-aħħar tela' b'maġġoranza ta' sitt siġġijiet fuq il-Partit Laburista. Rajt Malta Tinbidel Bla dubbju ta' xejn jekk qatt kien hemm żmien fejn Malta inbidlet kienet fiż-żmien li għex fih Ganado. Dan kien żmien li fih Malta ħelset lilha nnifisha mir-riedni tal-barrani, u kisbet awtonomija politika – f 'soċjetà li kienet għadha qed tidra x'verament ifisser li tieħu rajk b'idejk. L-awtobijografija ta' Herbert Ganado, Rajt Malta Tinbidel, titlu verament f 'postu, titqies bħala rigal kbir li Ganado ta lil Maltin, speċjalment ta' ġenerazzjonijiet li ġew wara, li permezz tagħha jistgħu jaraw imqar nitfa ta' dak li kien għaddej fiż-żmien li Malta tassew bdiet tfassal l-identità politika tagħha. F'erba' volumi, li fihom tikkonsosti din l-awtobijografija, Ganado jiġbor ħitmietu, familtu, l-arti tiegħu u fuq kollox, dwaru nnifsu. Din l-istess pubblikazzjoni hija wkoll għodda essenzjali għall- istorja soċjali Maltija ta' bejn l-1900 u l-1969. Fid-daħla tat-tielet volum, Ganado jikteb "nistħajjel li jiena kont l-ewwel wieħed li kelli l-kuraġġ jew il-wiċċ tost, kif tgħidli marti, li nikteb ħajti kollha bl-istorja intima tagħha" – storja li tintemm bil-mewt tiegħu fil-5 t'April tal-1975, iżda li tħalliet b'wirt lill-ġenerazzjonijiet futuri, li ta' politiċi bħal Ganado, qed jgħixu biss il-frott ta' ħidmiethom. Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Herbert Ganado - politiku, avukat, u kittieb Malti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015