Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Valletta ..................... 0 Birkirkara .................. 1 BIRKIRKARA kienu l-ewwel tim li għamluha għall-finali tal-Malta FA Trophy meta għelbu lir-rivali kbar, Valletta, bl- iskor minimu ta' 1-0, bil- gowl għalihom jasal minn Paul Fenech, wara l-għoti tal-ħin barrani, eżattament fil-110 minuta. Kienu Birkirkara, li ħolqu l-unika azzjoni denja ta' nota fl-ewwel taqsima, wara disa' minuti logħob, meta xutt ta' Rafael Pompeo Rodrogues Ledesma, mix-xellug u minn barrra l-kaxxa għal ftit ma ngannax lil Nicky Vella u għadda ftit barra mil-lasti difiżi minnu. Kien it-team immexxi minn Paul Zammit li ħoloq l-ewwel azzjoni perikoluża fit-tieni taqsima meta fid-59 minuta, xutt tal-captain tat-team nazzjonali ta' taħt il-21 sena, Ryan Camenzuli, għal Birkirkara ġie miżmum tajjeb minn Nicky Vella. Fit- 73 minuta, xutt tad-difensur versatili, Edward Herrera, ġie salvat minn Nicky Vella li iżda ma żammx, bid- difiża ta' Valletta tneħhi kull periklu. Valletta rrispondew permezz tal-captain Ryan Fenech fit-80 minuta, li ra x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa, jiġi mdawwar f 'corner minn Justin Haber. Fid-89 minuta xutt ta' Ellinton Antonio Costa Moraas għall-Istripes għadda jħakkek mal-lasta minn barra. Birikirkara fetħu l-iskor fil-110 minuta neta minn kross ta' Ellinton Antonio Costa Morais, il-ballun spiċċa għand Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, li permezz ta' daqqa ta' ras, għadda lejn is-sostitut, Nassir Ahmed Macchi, b'dan ixellef il-ballun lejn Paul Fenech, li mill-viċin tefa' ġewwa bi bravura. Valletta - Vella, Azzopardi, Camilleri, Fenech, Barry, Briffa, Hillary (Leeflang 114'), Bajada (Caruana 118'), Cremona (Elford- Alliyu 60'), Nafti, Dimech Birkirkara - Haber, Bissi Da Silva (Costa Morais 62'), Vukanac, Latini Mazzetti, Zerafa (Maachi 72'), Z. Muscat, Rodrigues Ledesma, Herrera, R. Muscat, Camenzuli, Scicluna (Fenech 83') Referee Fyodor Zammit PAUL FENECH Twieled fl-20 ta' Diċembru 1986 Żewġ staġuni ilu ġie vvutat bħala l-aqwa plejer Malti Huwa prodott ta' Naxxar Lions u qabel Birkirkara lagħab magħhom u ma' Msida St Joseph Huwa l-viċi captain ta' Birkirkara waqt li fit-tim preżenti tal-istess tim, huwa l-iktar plejer li lagħab logħob għall-klabb Birkirkara l-nali tal-FA Trophy wara l-ħin barrani Ritratt - Domenic Aquilina Ritratt - Ray Attard Edward Herrera f 'konfront ma' Ryan Camilleri u Ian Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015