Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 29 SPORTSillum Ikompli r-renju invinċibbli ta' Fiorella- Marie Sadowski l-Badminton GĦAL sena oħra, f 'dan iż-żmien tas-sena, l-istaġun sportiv tal-badminton jibda jersaq fi tmiemu bis-seħħ tal-Kampjonat Nazzjonali waqt ix–xahar ta' April, bil- finali tal-ħames dixxiplini jintlagħbu fl-ewwel ġimgħa ta' Mejju. Kull plejer Malti tal-badminton ikun irid jirbaħ xi kategorija sabiex jiġi nkurunat Champion ta' Malta. Il-plejer ewlenija tal- badminton f 'Malta Fiorella- Marie Sadowsi rebħet it-titlu ferm prestiġjuż tat-triple crown f 'dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna għat-tieni sena konskeuttiva. Hija tana iktar dettalji: "Bħal kull sena din is-sena wkoll ipparteċipajt għal dawn il-logħbiet b'naqra iktar pressjoni. Dan għaliex is-sena l-oħra kien irnexxieli nirbaħ it- triple crown, jiġifieri, spiċċajt rebbieħa tat-tliet dixxiplini li fihom stajt nieħu sehem. Kull plejer ikun qed jagħmel ħiltu kollha sabiex jirbaħ kontra ċ-Champion u jeħodlok it-titlu minn idejk. Din is-sena kelli nibdel il-partner tad-doubles tiegħi fil-Ladies Singles peressli l-partner tas-sena l-oħra kellha tieqaf mill-badminton għal xi ħin u għaldaqstant sibt f 'Yanika Polidano l-partner il-ġdida tiegħi. Yanika hija żagħżugħa ta' 15–il sena u ċ-Champion tal-Under 19 ta' Malta. Bdejna nitħarrġu mill-bidu nett flimkien, waqt it-taħrig mal-klabb tagħna Birkirkara Badminton Club u taħt is-sorveljanza u l-gwida tal-kowċis tagħna Martin Farrugia, Aldo Polidano u Stephen Ferrante. F'xi wħud mid-drabi lgħabna wkoll fil-Mixed team league flimkien u dejjem irnexxielna nirbħu kontra l-avversarji tagħna. Wara li ġie r-rebħ tal-Kampjonat mat-tim tagħna kulma kien jonqos kienu n-Nationals. B'ħafna sagrifiċċji u persistenza, irnexxielna negħlbu l-ostakli li ġew quddiemna. Għelibna lill-koppja Fava/Gilford, kif ukoll lil Cassar/Ellul sabiex ksibna t-titlu taċ-Champions ta' Malta tad-doppji femminili għas-sena 2015. Bħalma kien ġara s-sena l-oħra fejn kelli naffronta lil Marica Micallef fil-finali tal-Ladies Singles, daqshekk ieħor ġara din is-sena. Il- finalista kontrija fil-finali tal- individwali tan-nisa ma kienet ħadd ħlief Yanika Polidano. Qabel ma ltqajt ma' Yanika kelli negħleb lil Sarah Fava u lil Michaela Ellul. Qatt ma tkun faċli psikoloġikament tilgħab kontra ħabiba u l-partner tiegħek tad-doubles. Kemm- il darba lgħabna u tħarriġna kontra xulxin waqt it-taħriġ tal-klabb, allura konna nafu l-logħba ta' xulxin sew. Fl-ewwel set Yanika bdiet tilgħab ferm tajjeb u min- naħa tiegħi ħassejtni mhux aggressiva bħas-soltu, tant li bdejt nagħmel naqra unforced errors. Malli dorna għat-tieni set, indunajt li kien hemm bżonn li ngħolli l-livell tal- logħba tiegħi u nieħu vantagg sew mill-bidu. Hekk ġara u għar-raba' sena konsekuttiva, irnexxieli nżomm it-titlu tal- individwali tan-nisa għas-sena 2015. L-unika dixxiplina li kien għad baqa' sabiex inkun nista' nżomm it-Triple Crown għat- tieni sena konsekuttiva kienet il-Mixed Doubles. Kienet l-iktar kategorija missielta u kompetittiva fejn kellna koppji ta' livell għoli. Sabiex wasalna għall-finali, jiena u l-partner tiegħi Stephen Ferrante kellna negħlbu l-isfida ta' Stefan Salomone u Klara O'Berg fil-kwarti tal-finali, kif ukoll tal-koppja komposta minn Samuel Cali u Tiziana Mifsud. Kienu logħbiet eċitanti għaliex kemm Salomone, kif ukoll Cali jafu l-logħba tiegħi peressli ma' Salomone kont nilgħab il-mixed doubles għal ħames snin bejn l-2008 u l-2012 u ma' Cali nilgħab u nittrenja man-nazzjonal u f 'tournaments internazzjonali. Madanakollu, grazzi għax- xogħol tat-tim tagħna, flimkien mal-kowċis tagħna, irnexxielna nżommu l-logħba f 'idejna billi nikkontrollaw ir- rallies u l-iktar billi nżommu l-attakk f 'idejna. Fil-finali ġejna kontra l-koppja Vella/Fava. L-ewwel set kien kemmxejn faċli, ħriġna għalihom mill-bidu nett u rnexxielna nieħdu punt wara ieħor. Sfortunatament tlifna t-tieni set minħabba nuqqas ta' konċentrazzjoni, minħabba naqra tensjoni żejda. Madankollu fit-tielet u l-aħħar set irnexxielna nerġgħu nirbħu u għalhekk inżommu t-titlu għal sena oħra. Din l-edizzjoni tal- Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton, kienet ferm importanti peressli kelli nikkonferma r-rebħiet tas- sena ta' qabel. Li hu cert hu li rebħiet bħal dawn ma jkunux jistgħu jsiru jekk ma jkunx hemm tim b'saħħtu warajk u nies bħall-kowċis tagħna, li ġurnata wara oħra jkomplu jgħinuk sabiex tegħleb il-limiti tiegħek stess. L-impenji ma waqfux hawn però, għall-ewwel darba fl- istorja tal-Badminton Malti, ksibna kwalifikazzoni għall- ewwel edizzjoni tal-Logħob Ewropew li se jsiru f 'Baku, l-Azerbaijan. Badminton Malta rnexxielha tikkwalifika għall-Olimpjadi tal-Ewropa u se tkun rappreżentata f 'dawn il-logħob, li ftit dixxiplini ta' sport Malti, irnexxilhom tabilħaqq jikkwalifikaw għalihom. Il-kompetizzjoni se tospita 6000 atleta, minn 50 pajjiż differenti fi 30 dixxiplina sportiva. Għalija bħala sportiva, dan it-tragward huwa ta' sodifazzjon kbir, speċjalment wara t-taħriġ u d-diversi sagrifiċċji li aħna l-plejers tal-Badminton, nagħmlu matul is-sena. Fiorella-Marie Sadowski fl-azzjoni waqt kamp ta' taħriġ li ħadet sehem fih f'La Nucia fi Spanja, matul is-sena li għaddiet Ritratt - Montana Photo Studio Msida SJ jiksbu l-promozzjoni fil-Kampjonat Premier tal-Futsal MSIDA SJ u Naxxar Lions għalqu staġun mill-aqwa tal-Ewwel Diviżjoni bil-Misidjani li kisbu l-promozzjoni għall-Premier. Finali mill-aktar missielta, bejn żewġ timijiet li kellhom staġun ferm pożittiv u li ntemmet bil-ħin barrani. Fir-raba' minuta Ryan Mifsud fetaħ l-iskor għal Naxxar Lions wara li rċieva tqassima preċiża ta' Daniel Brincat. Msida St Joseph kisbu lura l-parità permezz ta' penalty mogħti tajjeb minn Zvezdan Vukovic. L-istess Vukovic fl-14-il minuta ħawwad lid-difiża Naxxarija u ta ballun lil Chris Cutajar, li minnu Msida marru fil-vantaġġ. Matul l-ewwel taqsima il- goalkeeper Naxxari Gabriel Mansueto kien kontinwament impenjat, fejn wettaq diversi salvataġġi importanti. Iżda Mansueto fis-17-il minuta kellu jbaxxi rasu għal Aleksander Kristonijevic li bix-xutt tiegħu sab ix-xibka u għamilhom 3-1. Għaldaqstant Naxxar ma qatgħux qalbhom u naqsu d-distakk qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta' Kurt Baldacchino li rċieva tajjeb mingħand Adrian Fenech. Fit-tieni taqsima, il-logħba kienet ferm bilanċjata biż- żewġ gowlkipers li kienu l-protagonisti tal-ġurnata. Naxxar ħadu vantaġġ minn żball difensiv tal-Misidjani u Daniel Brincat ġab id-draw. Iżda Herbert Spiteri kien pront li skurja mill-viċin minn korner mogħti perfettament minn Vukovic. Minn naħa tagħhom Naxxar baqgħu ġejjin u reġa kien Ryan Mifsud li ġab id-draw u għeleb lil Keith Cassar Jackson. Dan il-gowl drammatiku poġġa liż-żewġ timijiet għall-ħin barrani. Fil-ħin barrani, Naxxar tilfu żewġ ċansijiet kbar minn Wismayer u Fenech li kellhom żewġ freeshots konsekuttivament. F'kontrattakk veloċi, Kristonijevic skurja l-ħames gowl Misidjan u immedjatament Ryan Mifsud reġa' ġab id-dro għal Naxxar. Wara li Kurt Azzopardi kien sfortunat u laqat il-lasta, Marian Gologan seraq il- ballun li minnu skurja l-gowl tas-6-5 għall-Imsida. Kien hawn li l-kowċ Naxxari Carlo Scicluna tefa' lil Christian Wismayer bħala flying keeper biex jagħmel iktar pressjoni fl-attakk. Iżda din il-bidla tattika ma ħallitx il-frott mixtieq hekk kif il-lasta vojta kienet ċans kbir għal Aleksandar Kristonijevic li skurja ż-żewġ gowls li taw ir-rebħa lil Msida SJ. Wara tmiem din il-finali, ma naqasx il-ferħ tat-tim kollu ta' Msida SJ li issa ġew promossi flimkien maċ-Ċampjins Lija Athletic u ma' Mellieħa biex jieħdu sehem fil-Kampjonat Premier tal-istaġun li jmiss. Plejers u diriġenti tat-tim tal-futsal ta' Msida SJ jiċċelebraw bil-kbir wara li rnexxielhom jiksbu l-Promozzjoni għall-Kampjonat Premier tal-Futsal Ritratt - Joe Borg