Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
34 illum | Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn l-isport u speċjalment lejn l-atletika? Minn dejjem kont inħobb l-isport, il-ġenituri tiegħi kienu jeħduni Skola Sport flimkien ma' ħija Matthew u fost l-isport kollu li kont għażilt, kien l-atletika. Kont għadni fl-aħħar sena tal-iskola primarja u darba l-għalliem tal- edukazzjoni fiżika kien issuġġerieli kowċ għaliex rani nirsisti fih. Kont mort il-Marsa Athletics Track il- Ħadd filgħodu u rajt lill-kowċ li kien issuġġerieli l-għalliem tiegħi. Għoġobni mhux ftit u bqajt ninżel kull nhar ta' Ħadd sakemm għamilt bejn wieħed u ieħor l-eżamijiet tal- Junior Lyceum u għadda s-sajf. Kif komplejt tevolvi fl-atletika? Meta erġajt bdejt skola ma bqajtx nittrenja darba fil-ġimgha biss u għalhekk fl-2002, ta' 11-il sena bdejt ninżel iktar spiss. Bdejt nagħmel ħbieb ġodda u meta bdejt nara atleti ikbar minni li kienu diġà bdew jagħmlu suċċess, kelli iktar ġenn biex nibda nieħu l-affarijiet bis-serjetà ħalli nikseb suċċess bħalhom. Ta' tifla li kont ma ffukajtx fuq dixxiplina waħda iżda ridt nara x'toffri l-atletika. Kont nittrenja il-qbiż, il-ġiri f 'distanza twila u l-isprints. Kienet waslet l-ewwel kompetizzjoni. Jien kollni eċitament li kont se niġri ma' atleti oħra bħali, kont se nagħmel għall-ewwel darba it-300 metru. Ġejt l-ewwel u minn hemm bqajt intellaq u nirbaħ. Għalija kont diġà kuntenta iżda dak kien biss il-bidu ta' fejn qiegħda issa. It-tlielaq li għamilt fit-trakka lanqas ngħoddhom! Ma jonqosx ngħid ukoll li tellaqt anki fit-toroq u ma kontx immur ħażin iżda qalbi mat-trakka kienet marbuta u għalhekk ta' 12-il sena kont ġejt it-tieni fil-kampjonati fit-300 metru, u ksibt ir-rekord nazzjonali tal-high jump b'għoli ta' 1.35m. Fl-2004, erġajt irbaħt il-high jump b'għoli ta' 1.47m u erġajt ksirt ir- rekord tiegħi stess. Fl-2006, irbaħt il-Kampjonati tal-Long Jump u High Jump u sifirt għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali f 'Jeux des Iles (Small Island Games) li saru fi Sqallija. Hemmhekk ħadt sehem fil-Long Jump u r-Relay tal- 4x400m u ksibt medalja tad-deheb fir-relay u personal best fil-long jump b'qabża ta' 5.19m. Is-suċċessi ma waqfux hawn għaliex f 'Settembru ta' dik is-sena stess, tlajt nikkompeti f 'Brno, ir- Repubblika Ċeka fil-European Kids Athletic Games, u għamilt rekord fil-high jump b'qabża ta' 1.59m u rekord iehor fir-relay 4x60m. Fl- 2008 ħadt sehem fil-loghob tal- FISEC li saru hawn f 'Malta u ġejt it-tielet fir-relay 4x100m u r-raba' fil-high jump, fil-200m u 100m. Ta' 17-il sena ġejt magħżula biex nitla' nikkompeti għal Malta fil- Commonwealth Youth Games li saru fl-Indja. Din kienet esperjenza inkredibbli li niltaqa' ma' atleti oħra bħali minn kull pajjiż fid- dinja. Hemmhekk ħadt sehem fil-200 metru u ġejt ir-raba' fis- semi-finali b'personal best ta' 25.9 sekondi, filwaqt li ħadt sehem ukoll fir-relay 4x100m u dħalna ghal- finali. Nibdew mis-sena 2009. X'esperjenzajt f 'dik is-sena? Fl-2009 kelli l-eżamijiet fil-livell avvanzat però jien xorta bqajt nittrenja u naħdem għaliex f 'dik is-sena kienu se jsiru il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'Ċipru. Kont ikkwalifikajt sabiex nikkompeti fil-200 metru u fir-relay 4x400m, fejn hemmhekk ksibt personal best fil-200m u ġejna r-raba' fir-relay 4x400m. U fl-2010? Fl-2010 ikkompetejt għal Malta fil-European Games 3rd League li saru hawn Malta u ħadt sehem fir- relay 4x400 u 200m. Dik is-sena, kienet l-aħħar sena wara tmien snin li bqajt nittenja mal-kowċ Francis Galea u bdejt nittrenja ma' kowċ ieħor - Leandros Calleja. Ittrenjajt għall-high jump u għall-400 metru u tul dawn l-aħħar snin sifirt għal training camps u indoor competitions organizzati mill-grupp li kont nittrenja miegħu stess. Niġu issa għall-2012 u għas-sena ta' wara - l-2013 fejn hemmhekk naf li ħajtek għaddiet minn transizzjoni qawwija. Tina iktar dettalji. Meta ggradwajt fl-2012, bdejt naħdem u għall-bidu ma sibthiex diffiċli sabiex nittrenja, iżda fl- 2013 ħajti inbidlet ta' taħt fuq għaliex kont biddilt ix-xogħol u minħabba l-ammont eċċessiv ta' xoghol li kelli ma bdejtx inlaħħaq. B'hekk kelli nikkuntenta għal ftit taħriġ biss kuljum u mingħajr ma nikkompeti. Tatni rasi, u ridt nara x'se nagħmel. L-isport ma kienx biss parti minn ħajti iżda kien ħajti. Dawk is-suċċessi li kont għamilt ma kinux suċċessi li tagħmilhom mil-lum għal għada, iżda trid iż- żmien, ħin, dedikazzjoni, appoġġ, bżulija, u fuq kollox imħabba lejn l-isport! X'esperjenzajt matul l-2014 f 'dak li għandu x'jaqsam ma' atletika? Fl-2014 erġajt dħalt l-Università sabiex nistudja l-Malti u l-psikoloġija u hemmhekk erġajt ksibt ħajti lura. Bdejt nittrenja mal- kowċ Rachid Chouhal u l-grupp tiegħu u bis-saħħa ta' dan il-kowċ, il-grupp li nittrenja miegħu, u l-appoġġ kontinwu mill-ġenituri tiegħi, erġajt bdejt nittrenja b'aktar frekwenza u intensità, b'mod iktar professjonali. Bdejt paġna ġdida u qed niffoka l-aktar fuq it-triple jump u il-high jump u nimmira li nikser ir-rekords nazzjonali ta' dawn iż-żewġ dixxiplini. X'riżultati rnexxielek tikseb matul dan l-istaġun u xi pjanijiet għandek għall-kumplament tal- istaġun? L-istaġun tal-kompetizzjonijiet m'ilux li beda u diġà sejra tajjeb, kemm fit-triple jump kif ukoll fil-high jump. Minkejja li m'ilniex li bdejt nittrenja diġà ksibt tliet rebħiet fil-high jump u żewġ rebħiet fit-triple jump. Għalija personali, diġà huwa pass kbir li wara sena mingħajr ma nikkompeti erġajt irritornajt u qed nikseb suċċess dak li xi darba, meta kelli 11-il sena, kont nimmira għalih! Fadalli fejn immur aħjar anzi nikkunsidra li s-suċċessi li għadni kif ksibt huma biss il-bidu ta' kisbiet aħjar fil-karriera tiegħi. Tfixkil issib, dejjem u kullimkien, inti trid tkun li temmen fik innifsek, tisma' mill-kowċ u tasal fejn trid. Il-mira tiegħi għal din is-sena hija dik li nipparteċipa fil- Logħob Universali tal-Università (Universaide) li se jsiru fil-Korea ta' Isfel u fil-Logħob Ewropew li se jsir f 'Baku, l-Azerbaijan. Wara dan is-suċċess kollu li rnexxielek tikseb fl-atletika, tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti partikolari? Iva, fil-fatt, nixtieq ngħid grazzi kbira lill-ġenituri tiegħi tas- support kollu tagħhom, lill-kowċ, lil sħabi tat-team kif ukoll lill- għarus tiegħi, Francis. SPORTSillum Timmira li tikser ir-rekords nazzjonali Cristian Antony Muscat Dorianne Micallef – bla dubju waħda mill-aqwa atleti li pproduċa pajjiżna f'dawn l-aħħar snin, speċjalment d-dixxiplini tal-atletika tal-Long Jump, tal-High Jump u tat-Triple Jump. "Tfixkil issib, dejjem u kullimkien, inti trid tkun li temmen fik innifsek, tisma' mill-kowċ u tasal fejn trid. Il-mira tiegħi għal din is-sena hija dik li nipparteċipa fil-Logħob Universali tal-Università (Universaide) li se jsiru fil-Korea ta' Isfel u fil- Logħob Ewropew tal-Atletika li se jsir f 'Baku, l-Azerbaigan." "Erġajt bdejt nittrenja b'aktar frekwenza u intensità, b'mod iktar professjonali. Bdejt paġna ġdida u qed niffoka l-aktar fuq it- triple jump u l-high jump u qed nimmira li nikser ir-rekords nazzjonali ta' dawn iż- żewġ dixxiplini."