Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465
Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 17 HEKK kif wasalna f 'nofs leġiżlatura wieħed jibda jistaqsi u jara sa fejn waslet il-ħidma tal-Gvern fit-twettieq tal-manifest elettorali li jkun wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Propju fl- aħħar elezzjoni ġenerali aħna l-Għawdxin ġejna imwegħda diversi affarijiet fosthom xogħol f 'Għawdex għall- Għawdxin. Iżda fil-verità x'seħħ sal-illum jien u nikteb dan l-artiklu? Fejn jidħol il-qasam tax- xogħol ftit li xejn rajna progress minkejja l-ħafna slogans ta' qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Fejn jidħol il-qasam taċ-ċivil rajna lil dan il-Gvern jikkopja lil ta' qablu billi jipprova joħloq back office work li jista' isir f 'Għawdex ħalli l-ħaddiema Għawdxin taċ-ċivil li jaħdmu f 'Malta jiġu transferiti lejn il-gżira tagħna. Fil-fatt hekk sar u gawdew ftit ħaddiema f 'dan is-settur - ħaġa tajba li għanda titkompla. Fejn jidħlu dawk li jinsabu bla impjieg inħolqu ukoll diversi skemi tal-ETC anke permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea fosthom il- famuża skema magħrufa bħala 'Cleaner and Greener' li permess tagħha numru konsiderevoli ta' Għawdxin ingħataw xogħol mal-Gvern għal ftit xhur bil- ħlas ta' €145 fil-ġimgħa. Skema li spiċċat f 'Settembru tal-2014 u ħalliet ħafna Għawdxin jittamaw li jsibu xogħol fiss mal-Gvern skont il-wegħda elettorali Laburista. Żgur li dan mhux ix-xogħol ta' kwalità li aħna l-Għawdxin ġejna mwegħda mill-moviment tal-progressivi u l-moderati qabel l-elezzjoni. Kif jgħid tajjeb l-manifest Laburista l-poplu Għawdxi hu poplu bieżel u bi spirtu imprenditorjali. Hu f 'dan il-kuntest li żgur il-miżuri li ha dan il-Gvern ma jagħtu l-ebda inċentiv biex jagħmel lil Għawdex mutur ekonomiku, iżda jinċentiva politika tal- passat dipenti fuq l-impjiegi mal-Gvern li tieħdu skont kemm inti kapaċi tilgħaq il- politiċi. Hawn wieħed jistaqsi x'inhi it-triq 'il quddiem? Hemm bżonn urġenti li jingħataw inċentivi fiskali b'saħħithom biex negozji Maltin u anke barrani jaraw f 'Għawdex opportunita ta' investiment produttiv u b'hekk jinħolqu impjiegi ġodda fis-settur privat. Il-Ministeru għal Għawdex L-ewwel deċiżjoni tal-Gvern ta' Joseph Muscat kienet dik li jnaqqas l-kompetenzi tal- Ministeru għal Għawdex billi jneħħi mid-dekasteru tiegħu s-saħħa u l-edukazzjoni. Dan ifisser li llum l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-iskejjel tagħna huma immexxija minn Ministri Maltin. Deċiżjoni li turi n-nuqqas ta' fiduċja fl- Għawdxin li jmexxu l-affarijiet tagħhom stess. Hawn ta' min ifakkar li fil-passat taħt it- temxxija tal-Prim Ministru Alfred Sant il-Partit Laburista kien kontra l-Ministeru għal Għawdex tant li bejn l-1996 u l-1998 dan il-Ministeru ġie ridott għal segretarjat parlamentari. Illum nistgħu ngħidu li Joseph Muscat għamel l-istess ħaġa però b'mod aktar pulit. Din il-miżura ma tissemma' imkien fil-manifest elettorali u żgur li kieku tistaqsi lill-elettorat Għawdxi x'jaħseb żgur li ma jaqbilx. Illum wasal iż-żmien li Għawdex jingħata strutturi ta' awtonomija fuq livell reġjonali. Nemmen li wasal iż-żmien li l-proġett tal-Ministeru għal Għawdex jiġi aktar żviluppat fuq bażi reġjonali billi tingħata struttura awtonoma direttament eletta mill-poplu. Bħala mudell wieħed jista' iħares lejn il-Kunsill Ċiviku għal Għawdex li kien jeżisti fis-snin sittin u sebgħin. B'hekk biss verament Għawdex jkun qed jitmexxa direttament mill- Għawdxin u ma jibqax aktar dipendenti minn Malta bħal kolonja. L-aċċessibblità lejn Għawdex Fejn tidħol l-aċċcessbblità ftit li xejn rajna miżuri jitwettqu mill-manifest elettorali, smajna ħafna pero sa issa ma rajna xejn konkret jitwettaq. Skont l-istudji ippublikati f 'Novembru li għadda mill- kumpanija imqabad mill-Gvern Malti 'China Communications Construction Company', pont bejn Malta u Għawdex ikun jiswa €1 biljun, bit-taxxi inklużi, u jdum madwar erba' snin biex jitlesta. L-istudju qed jipproponi li sal-2020 ikun bena l-pont, li għandu jservi mal-100 sena. Iżda sa issa jidher li dan il-proġett għadu fuq l-ixkaffa, wieħed ukoll jistaqsi x'sar mill- proġett li kien beda jiġi studjat minn Gvern Nazzjonalista lura fl-2011 biex tinbena mina taħt l-art bl-għajnuna tal-fondi tal- Unjoni Ewropea taħt l-iskema tat-Ten-T networks. Nemmen li l-bini ta' mina għandha tkun ikkunsidrata b'aktar reqqa minħabba li għandha effett inqas viżiv fuq l-ambjent naturali ta' pajjiżna. Nemmen ukoll li l-bini ta' tali pont għandu jkun il-prijorità ta' kull Gvern biex darba għal dejjem l-Għawdxin jingħataw l-istess opportunitajiet bħal Maltin u tinqered l-insularità doppja li ssofri l-gżira Għawdxija. Fir-rigward tal-wegħdi l-oħra dwar l-aċċesibilità dan il-Gvern sal-lum għadu ma għamel xejn, dawn il-wegħdi jinkludu l-introduzzjoni ta' servizz veloċi bil-baħar bejn Għawdex u l-viċinanzi tal-Belt Valletta permess tal-katamaran, is- servizz tal-ħelikopter li għandu jkun effiċjenti, affidabbli u sostenibbli u dawn fost aktar wegħdi oħra li jinsabu fil- manifestt elettorali laburista. Li hu żgur hu li diġà għaddiet kważi nofs il-leġiżlatura u lanqas pjan dwar kif se jitwettqu dawn il-proposti ma għandna f 'idejna, aħseb u ara kemm se narawhom realtà. Għawdex u l-Partit Nazzjonalista Matul il-perjodu ta' sentejn li fih il-Partit Nazzjonalista ilu fl-oppozizzjoni rajna tibdil fl-istill tat-tmexxija u l-bini ta' strutturi ġodda fi ħdan il-partit biex jirriflettu l-aspirazzjonijiet tal-poplu Għawdxi. Il-ħatra ta' kumitat reġjonali għal Għawdex hu l-ewwel pass fil-bdil tal-politika tal-partit favur il-kunċett ta' Għawdex immexxi bħala gżira reġjun awtonoma. Mill-oppozizzjoni l-Partit Nazzjonalista qed ifassal politika ġdida favur Għawdex anke permezz tal-policy fora li nħoloqu fuq inizjattiva tal- kap Simon Busuttil, b'wieħed minn dawn il-policy fora jkun iddedikat kollu kemm hu għal Għawdex. B'hekk meta l-poplu se jkun mitlub sabiex jagħmel għażla dwar min irid imexxi lil Għawdex fil-ħames snin ta' wara l-Partit Nazzjonalista se jkollu l-ideat lesti biex jiġu implimentati la darba jkun fil-Gvern. Ir-riżultat elettorali tal- Kunsilli Lokali ta' Marzu li għadda jindika li fejn tidħol il- ħidma tal-Partit Nazzjonalista fadal ħafna x'irid isir. Il-ħatra ta' Chris Said bħala l-kelliem għal Għawdex hija l-ewwel pass biex il-Partit Nazzjonalista jerġa' jsir l-ewwel għazla tal- Għawdxin bħalma dejjem kien sa mit-twaqqif tiegħu. Irrid ngħid li fuq bażi personali jien aċċettajt l-istedina tal- Kap Simon Busuttil biex inkun wieħed mill-kandidati Għawdxin tal-elezzjoni ġenerali li jmiss għax nemmen li l-Partit Nazzjonalista biss jista' jagħti lil Għawdex u lil Għawdxin dak li veramenti jixraqilhom. Jekk wieħed jara l-istorja riċenti ta' pajjiżna u jdur dawra ma' Għawdex wieħed ma jdumx ma jinduna li kull proġett li sar ġewwa Għawdex għandu t-timbru tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Issa li l-Partit Nazzjonalista reġa' beda jinbena mill-ġdid u qed idaħħal nies ġodda fi ħdanu b'jekk jien konvint li bil-ħidma ta' kullħadd, Għawdex permezz tal-Partit Nazzjonalista se jingħata dak li verament jixraqlu Joseph Attard hu kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali KIF NAĦSIBHA JOSEPH ATTARD Għawdex jixraqlu aħjar Il-Partit Laburista u x-xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin "Kif jgħid tajjeb il-manifest Laburista l-poplu Għawdxi hu poplu bieżel u bi spirtu imprenditorjali"