Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 B 'wieħed jew disgħa ma tagħmilx differenza. Ma tagħmilx differenza għal dawk li għandhom lealtà assoluta lejn il-partit tagħhom. Għal dawk li għandhom opinjoni li tinbidel maż-żmien, dawk li ilna li laqqamnihom "floating voters" jista' jkun li tagħmel differenza. Għalkemm irrid ngħid li l-frazi "floating voters" iddejjaqni daqaxejn għaliex timplika li dak li jkun jimxi ma' kull riħ jew current - meta dan mhux il-każ. Jiena pjottost insejħilhom "roving voters". Dan qiegħed niktbu fil-kuntest tal- pożizzjoni li ħadet Marlene Farrugia fil-każ tal-università barranija f 'Taż- Żonqor. Marlene sa mill-bidu ta' din il- legiżlatura dejjem kienet, biex insejħulha hekk, l'enfant terrible tal-Grupp Parlamentari Laburista. Lanqas kienu laħqu għaddew ftit tal-gimgħat minn fuq din l-amministrazzjoni meta, issa għal ħaġa u wara għal oħra, li ma bdietx tiddistingwi lilha nnifisha, mhux fil-ġirja politika, iżda fil-kritika tal-Gvern. Il- motivi ma nafhomx, iżda dejjem tibqa' kritika. Jiena wieħed minn dawk li dejjem emmint fl-awto-kritika. Anzi min jaf l-istorja tal-Partit Laburista, kont jiena flimkien ma' oħrajn li wellidt il-moviment tal-awto-kritiku f 'dan il- Partit. Għalhekk meta nisma' lil Marlene bl-aktar mod feroċi tikkritika il-proġett taż-Żonqor, ma inħoss 'l ebda rimors. Ma naqbilx magħha, iżda min-naħa l-oħra, bil-kontra ta' ħafna oħrajn, ma nħossni xejn skomdu li Marlene, kważi kważi espropjat lill-Oppożizzjoni minn kull kritika li qed tagħmel fuq dan il- proġett. Hemm raġuni għalfejn qiegħed jiġri dan kollu. Din ir-raguni ħarġet ċara fl- aħħar edizzjoni ta' Xarabank, anke jekk nemmen li Peppi qiegħed ikun selettiv dwar it-temi li jagħzel. Per eżempju bl-istess ħeffa li għażel is-suggett dwar l-università f 'Taż-Żonqor, kont nemmen li ser jagħmel programm dwar dak li ħareġ fuq l-Isptar Mater Dei fejn skoprejna li mhux konkos hemm iżda sufra. Wara dak tal-bieraħ, imiss issa ieħor dwar id-drogi sintetiċi, għaliex dwar Mater Dei ma ra ebda urġenza. Fl-edizzjoni ta' Xarabank dwar din l-università, mill-kelliema kollha spikkaw Marlene u Arnold. Bħas-soltu Arnold kollu midalji fuq il-pavru u jilbes aħdar minn rasu sa saqajh. Bħas-soltu kull meta jieqaf jitkellem iċ-ċapċip ma jieqafx. Bħas-soltu wiċċu jixgħel, għax jibda jaħseb li qiegħed iħalli impatt, u bħas-soltu niġu għall-elezzjonijiet u jiġu xeni u xenarji li ili nara għal dawn l-aħħar 26 sena. Arnold għadu ma fehemx, li anke fl-aktar partiti ġenwini jridu jibdlu l-ideat u l-uċuħ. Għad inkunu sodda ma' sodda San Vinċenz u jkun għadu qiegħed fuq programm ta' diskussjoni fuq it-TV. Min-naħa l-oħra Marlene kienet feroċi kontra l-Gvern fuq dan il-proġett. Ma tantx inħobb nikkwotaha, iżda Daphne Caruana Galizia laqtet il-musmar fuq rasu dwar din l-edizzjoni ta' Xarabank. Imnalla kien hemm Marlene u Arnold kontra l-progett kif propost, għaliex dik li darba kienet waħda mill-ogħla uffiċjali tal-PN, meta ġarrab l-akbar telfa elettorali, Marthese Portelli, spiċċat barra il-programm. Dak li kellha tgħid b'saħħa u kredibbilità Marthese, qaluh Marlene u Arnold. Iżda mhux qaluh Marlene u Arnold biss, iżda għaliex uċuh bħal dawk ta' Marthese ma jirriflettux kredibilità politika Marthese u oħrajn bħalha għadhom wisq marbuta ma' amministrazzjoni li ġiet skreditata minħabba l-iżbalji kbar li għamlet - b'dawk li nafu bihom u b'oħrajn li jridu joħorġu. Marthese Portelli, li suppost kienet direttriċi fil-Wasteserv meta l-PN kien fil-Gvern, ma uriet ebda ħeġġa żejda għall-ambjent meta kienet f 'din il-pożizzjoni. Mhux biss Marthese - ħafna li llum naraw fuq it-TV jew nisimgħuhom jitkellmu, kienu fost dawk li l-aktar tefgħu lill-Partit Nazzjonalista lura u begħduh min-nies. Għalhekk, xi ħadd li mhux marbut direttament mal-PN, għandu aktar kredibilità kuldarba li jikkritika lill-Gvern. Jiena konvint, li dawk li huma akkiniti għall-PN, f 'Marlene u Arnold sabu port ta' refuġju politiku li ma jistgħux isibu f 'ebda wieħed mid-deputati tagħhom. Kuldarba li jiftħu ħalqhom anke Nazzjonalisti stess, jgħidu jekk mhux bejniethom, f 'qalbom: "ara min qed jitkellem ukoll!". Aħseb u ara dawk li mhux akkiniti xi għidu. Li kieku fl-aħħar edizzjoni ta' Xarabank ma kienx hemm Marlene, kien jisraq ix-xena Arnold Cassola bhala oppożitur għal dan il-proġett, u Marthese xorta kienet tintefa. Għaliex mhix kwistjoni ta' x'inhuma l-argumenti, iżda ta' min qiegħed jagħmilhom. Fi ftit kliem hija kwistjoni ta' kredibilità u Marthese, bħala waħda mir-relikwi politiċi tal- aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, m'għandiex din il-kredibbilità. Hija wisq marbuta mal-agħar żminijiet tal-Partit Nazzjonalista. Min hu akkanit Laburist min-naħa l-oħra jħossu xxukjat meta jisma' lil Marlene titkellem b'dan il-mod. Nerġa' ngħid ma nafx x'inhuma l-motivi preċizi tagħha, iżda huma x'inhuma, anke l-eħrex kritika li tista' issir minn ta' ġewwa, lili qatt ma nkwetatni. Ikun hemm min jgħidlek li hemm bżonn li tkun iddixxiplinata kemm jekk tkun tkun f 'waqtha, u kemm jekk ma tkunx. Għalkemm huwa minnu li aħna nsegwu it-tradizzjoni Brittanika ta' dixxiplina, mhux biss partitarja iżda wkoll parlamentari, jiena qatt ma emmint li sarima tagħlaq ħalq dak li jkun. Meta il-Partit Laburista qabad it-triq li jtella' lil dak li jkun quddiem il-Bord ta' Viġilanza u Dixxiplina konna qisna qegħdin fi żmien l-inkwiżizzjoni Spanjola - ħareġ aktar deni milli gid. Kienu joħorġu aħbarijiet ta' kuljum, u kienu jispiċċaw fl-ewwel paġni tal- gazzetti. Il-Partit Nazzjonalista l-aktar li kien b'saħħtu meta kien iġalli lil min jikkritikah fil-miftuħ. Bil-kritika kienu qegħdin jesporpjaw lill-partit fl-oppożizzjoni mill-kritika. Kritika li tantiċipa l-kritika, hija l-aqwa kritika li jista' jkollok anke jekk ma taqbilx magħha. Partit li ma jirreagixxix għall-kritika li issirlu minn membri tiegħu stess, kemm minn ġewwa u kif ukoll minn barra, huwa partit li jkun b'saħħtu moralment. Kif jibdew telgħin il-ħitan kontra min ikun qiegħed ikun kritiku, ma jintebħux b'dak li nkunu qegħdin nagħmlu lilna nnfusna: inkunu qegħdin intellgħu swar mhux biex inżommu lil xi ħadd barra, iżda biex aħna ninqaflu ġewwa. Min hu fuq barra għandu ħelsien ħafna aktar minn dawk li jiddefendu swar. Veru li hemm limitu għal kollox. Iżda jiena nemmen, li dawn il-limitazzjonijiet dak li jkun għandu jagħrafhom f 'għemilu. Jekk jaqbeż il-linja ta' dak li hu raġonevoli, m'għandhiex tkun il-frosta li tpoġġi lil dak li jkun f 'postu, Fil-kuntest ta' dan kollu ma stajtx ma nosservax id-diskors li għamel Beppe Fenech Beppe Adami fil-Kunsill Ġenerali. Għamel diskors "kbir". Bnieh fuq l-aħħar riżultati tal-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali. Kien diskors trijonfalista, fejn tkellem fuq "rebħiet" kbar li għamel il-PN fin-Nofsinhar. Fakkarni f 'dak li kien kiteb Herbert Ganado meta qal "Dħalna Madrid", b'referenza għar-rebħa Frankista fi Spanja wara il-Gwerra Ċivili qalila li ħalliet mijiet ta' eluf mejta. Skontu, digà qiegħed jerġa' jara lill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern elezzjoni oħra. Elezzjoni oħra ma nafx x'ser jiġri. Li hu żgur hu li jekk ir-riżultat elettorali tal-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali telgħalhom daqshekk għal rashom, u dan meta fir-realtà,il-Partit Laburista xorta gab 54% tal-voti, aħseb u ara kif ser iħossuhom jekk jiksbu 51% tal-voti fl-elezzjonijiet ġenerali li gejjin! Ma nawguralhomx li ma jsibu lil ħadd bħal Marlene Farrugia! Il-kritika TONI ABELA "Arnold għadu ma fehemx li anke fl-aktar partiti ġenwini jridu j inbidlu l-ideat u l-uċuħ"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015