Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465
34 illum | Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sport ieħor? Meta kont għadni żgħir tal-età ta' 14-il sena kont nilgħab il-basketball. Ta' 15-il sena qbadt ukoll il-waterpolo. Meta wasal iż-żmien li kelli nagħżel liema sport kont se nkompli fih, iddeċidejt li nagħżel il-waterpolo. Dan għaliex il-waterpolo jogħġobni għax narah sport iktar diffiċli minn basketball u l-karattru tiegħi huwa li fejn nara xi ħaġa diffiċli iktar nidħol għalija b'ruħi u ġismi. Ovvjament ukoll għax il-logħba tal-waterpolo hija isbaħ u hija segwita ħafna min-nies iktar mill-basketball. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' San Ġiljan sa issa? L-esperjenza tiegħi ma' San Ġiljan bdiet meta kelli 15-il sena. Bdejt nilgħab magħhom fit-Tieni Diviżjoni u bqajt tiela' magħhom sal-ġurnata tal-lum. Sena wara sena dejjem inbidlu l-affarjiet għall-aħjar jiġifieri l-esperjenza ma' San Ġiljan hija sabiħa. Għalkemm sa issa qatt ma rbaħna l- kampjonat xorta waħda nista' ngħid li hija esperjenza pożittiva ma' San Ġiljan għax qed nikber magħha u hi tikber miegħi! Bħala San Giljan kellkom kampjonat tax-xitwa mill-aqwa fejn tliftu r-rebħ tal-kampjonat bi sbrixx. M'hemmx dubju li dan jawgura ferm tajjeb għall-kampjonat tas-sajf li se jkun qed jibda ftit tal-jiem oħra. Kif qed tħares lejn il-kampjonat tas-sajf? Hemm min qed iqis li din tabilħaqq taf tkun is-sena ta' San Ġiljan wara numru konsiderevoli ta' snin neqsin mill- unuri. X'tikkummenta fuq dan? Iva, il-kampjonat tax-xitwa tlifnieh bi sbrixx kif qed tgħid int, però kien kampjonat tajjeb. Dan għaliex kif kulħadd jaf, l-iskwadra tagħna hija komposta minn plejers żgħar. Jiddispjaċini ħafna li ma rbaħniehx, però jagħmel tajjeb ukoll għalina l-plejers ħalli ma naħsbux li hemm xi ħaġa faċli biex tirbaħ. Biex tirbaħ trid titħarreġ u tkun dedikat. Kellna logħba importanti kontra Neptunes fejn tlifna l-punti għax lgħabna ħażin u konna bla kowċ, li kienet xi ħaġa li ħassejna ħafna speċjalment f 'dik il- logħba partikolari. Iva, ħafna nies qed jgħidu li dis-sena ninsabu b'ċans kbir li nirbħu l-kampjonat, però jien ngħid li jkollok ċans kbir meta tkun dedikat u tittrenja b' konċentrazzjoni kbira. Trid tieħu logħba logħba għax kif jgħidu kull logħba fiha l-istorja tagħha. Nemmen li għandna l-aqwa plejers żgħar li hawn f 'Malta kif ukoll l-aqwa żewġ plejers barranin, u issa bil-plejer il-ġdid Auriel Cousin, ninsabu b'saħħitna. Però, nerġa' ngħid taħriġ u taħriġ l-ewwel! Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli qies li jmur jilgħab barra minn Malta? Naf li ftit tas-snin ilu kellek esperjenza qasira ma' Partizan Belgrade fis- Serbja. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk u għaliex din l-esperjenza kienet waħda ferm qasira? Iva, ġieli ħsibt li mmur nilgħab barra mimn Malta kif diġà għamilt fl-Italja, però bix-xogħol li għandi nsibha diffiċli ħafna biex naqbad u mmur nilgħab barra minn Malta. Kienet esperjenza qasira. Dan għaliex ma kontx qed naraha biżżejjed għalija personalment, biex noqgħod 'il bogħod minn dari, għall-affarijiet li bdejt nirċievi. Konxju wkoll mill-fatt li matul is-sajf tas-sena li għaddiet kellek offerta ferm attraenti minn tim fi Franza. Għaliex m'aċċettajtx? M'aċċetajtx għax kif għidtlek bix- xogħol tiegħi mhux faċli nħalli lil pajjiżi u mmur nilgħab barra minn Malta. Dik l-unika ħaġa li żżommni. Tikkunsidra li fil-futur qarib tmur tilgħab barra minn Malta għal żmien twil bħal m'għamlu plejers oħra fosthom Stevie Camilleri? Se nerġa' ntik l-istess tweġiba. Ma nistax minħabba it-tip ta' xogħol li għażilt li nagħmel. Matthew Zammit huwa magħruf għax-xutt li ma jaħfirx bix-xellug. Iżda Matthew Zammit juża biss idejh ix- xellugija għax-xuttijiet tiegħu? Tużaha idejk il-leminija għal ċerti xuttijiet? Iva, kif jaf kulħadd jien xellugi u nixxuttja biss bix-xellug. Il-lemin nużaha biss biex inqassam pass fil-viċin! Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mat-taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? Jirnexxieli inlaħħaq għal ħaġa waħda biss - għax meta bniedem ikun qed jagħmel xi ħaġa minn qalbu nemmen li jsib ħin għal kollox fil-ħajja tiegħu. Ma nistax ma nsemmix l-għajnuna li ssib mill-familja tiegħi kif ukoll minn Diane Izzo. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill- aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali fl-aħħar xhur? Ir-riżultati tat-tim nazzjonali kienu pożittivi għal ħafna raġunijiet. Dan għaliex tħarriġna b' serjetà kbira u minn qalbna għax konna niħarrġu fis- 6am u filgħaxija wkoll kważi darbtejn kuljum. Konna grupp tajjeb ħafna u qbilna flimkien. Meta jkollok plejers ta' ċertu kalibru li jaqblu flimkien ma tistax ma ġġibx riżultati tajbin, u saħansitra kellna lill-kowċ Karl Izzo li mexxiena fit-triq it-tajba wkoll. Madanakollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal- ogħla livell? Kif tirribatti din il-kritika sa ċertu punt kostruttiva? Kulħadd għandu ħalq biex jgħid tiegħu. Il-plejers tat-tim nazzjonali Malti ġejjin minn erba' klabbs biss. Plejers ta' timijiet nazzjonali ta' pajjiżi oħra ġejjin minn ħafna timijiet diversi. Dan għaliex hemm popolazjoni akbar, jiġifieri biex Malta tirbaħ kontra l-Portugall u biex iġġib riżultati tajba kontra d-Danimarka mhux faċli. Dan biex insemmilek żewġ timijiet biss. Forsi n-nies isemmu lil timijiet bħall- Irlanda jew il-Latvja. Hemmhekk għandhom raġun, imma meta tara l-faċilitajiet li għandhom dawn u tqabbilhom ma' tagħna, hemm kulħadd jinduna kemm aħna l-Maltin vera poplu kapaċi għall-waterpolo. F'uħud minn dawn it-tournaments li kontu involuti fihom bħala tim nazzjonali int ġejt ivvutat bħala l-Most Valuable Player (MVP). Tina iktar dettalji u x'fissru għalik dawn l-unuri personali? Iva, kif qed tgħid tajjeb int, f 'dawn it-tournaments irbaħt l-unuri personali tal-MVP kif ukoll tal-aqwa skorer. Ovvjament, kont kuntent ħafna - kuntent għalija nnifsi għax meta tirbaħ xi ħaġa mat-tim nazzjonali, dejjem hija xi ħaġa sabiħa. Però, irbaħt ukoll għax il-plejers li kelli miegħi għenuni ħafna biex nirbaħ dan it-titlu għall-fatt li lgħabna bħala tim u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjahom. U la qegħdin insemmu unuri personali ma nistgħux ma nsemmux l-unur ferm prestiġjuż tal-ASA Plejer tas-Sena li rbaħt matul is-sajf li għadda. U dan għalkemm int kont timmilita f 'tim, jiġifieri San Ġiljan, li kuntrarju għas- sena ta' qabel, inqata' minn kmieni mit-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat li finalment intrebaħ mill-ġirien iżda rivali kbar Neptunes. X'fisser għalik dan l-unur personali? Meta rbaħt l-unur tal-Plejer tas-Sena, is-sena l-oħra, kont sorpriż ħafna għax kif għidt int, aħna konna maqtugħin mit-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat kmieni ħafna. Però, bqajt nemmen fija nnifsi li dejjem stajt nagħti iktar fuq livell personali. Għamilt sagrifiċċju kbir li għalkemm ma kellniex ċans li nirbħu l-kampjonat bħala San Ġiljan, xorta bqajt nilgħab bil-qalb u b'sagrifiċċju, u ovvjament nirringrazzja lill-kowċis kollha li vvutawli biex irbaħt l-unur tal- Aqwa Plejer tas-Sena. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil- waterpolo sa issa? Ir-relazzjoni tiegħi ma' Karl Izzo hija waħda tajba ħafna għax għalkemm Karl huwa l-kowċ tiegħi, lil Karl nista' niddeskrivih ukoll bħala ħija l-kbir, għalkemm fil-pixxina l-affarijiet ikunu differenti minħabba l-lat professjonali tal-logħba tal-waterpolo. Għandi rispett kbir lejn Karl Izzo għax mhux biss huwa ħabib tiegħi iżda wkoll kien dak il-bniedem li meta kelli 15-il sena kien iġeninni biex ninżel nitħarreġ SPORTSillum Ix-Xellugi fl-aqwa tiegħu Cristian Antony Muscat Matthew Zammit, iktar magħruf bħala x-Xellugi - bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali mhux biss f'dawn l-aħħar snin iżda f'kull żmien. Ġie vvutat bħala l-ASA Plejer tas- Sena matul l-istaġun li għadda, kif ukoll l-Most Valuable Player (MVP), u kien l-Aqwa Skorer. Huwa plejer indispensabbli kemm ta' San Ġiljan li jirrapreżenta lil raħal twelidu u fejn jgħix, kif ukoll tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo San Ġiljan twelidt u San Ġiljan immut! San Ġiljan sal-aħħar!