Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 5 soċjali ħafna Laburisti mhux qed jieħdu gost bil-kritika tagħha, għalkemm esponenti politiċi mill-moviment ta' Muscat bħal Cyrus Engerer u Robert Musumeci fost oħrajn, qed juru li jaqblu li moviment b'saħħtu hu mibni f 'diversità ta' opinjonijiet. "Il-pożizzjoni li qed nieħu qed nirrapreżenta lil dawk li rnexxielhom jogħlew 'il fuq mill-passjoni partiġġjana u għall-ewwel darba tefgħu l-fiduċja u l-vot tagħhom fil-moviment - moviment li wiegħed li jwaqqaf l-isfreġju ambjentali, moviment li wiegħed ħarsien tas-settur agrikolu li kien ħa daqqa kbira fl-amministrazzjoni ta' qabel u li jilqa' l-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fid- diskussjoni." "Dwar dawk il-Laburisti li qed joħduha kontrija huma dawk li jisimgħu l-One News li hu l-vanġelu tagħhom u jieħdu l-linja tal-partit fil- Gvern mingħajr ma jistaqsu l-implikazzjonijiet x'ser ikunu." Mitluba tgħid x'tagħmel jekk din il-kwistjoni tispiċċa għal vot Parlamentari, weġbitni qabel spiċċajt il- mistoqsija, "M'hemmx dubju nivvota kontra l-proġett kif inhu propost illum. Iżda sadanittant se nibqa' nistinka li jinstab sit alternattiv. Jien u l-ambjentalisti l-oħra favur l-investiment imma kontra l-mod kif sar. Missu nħareġ espressjoni ta' interess u mhux jekk tiġi b'kartiera mimlija tingħata l-art." Il-fatt li qed iħalli l-bibien miftuħa għal dak li qed jiġi kkritikat dwar din il- kwistjoni, jista' jfisser li għad m'għandux konvinzjoni fid- deċiżjoni meħuda. Għalhekk staqsejtha jekk taħsibx li l-Prim Ministru hux maħkum mill-iżviluppaturi, "Nippreferi nemmen u nibqa' nemmen li m'hemmx pressjonijiet u raġunijiet ulterjuri għalfejn il-Prim Ministru għadu ma marx għal għażla li tigarantixxi investiment kif ukoll l-użu sostenibbli ta' art diġà żviluppata jew binjiet storiċi li diġà jeżistu." Sadanittant il-Knisja tkellmet kontra dan l-iżvilupp permezz tal-Arċisqof Scicluna, fejn ħafna Laburisti qed jattakkawh li qed jindaħal politikament, "naqbel li l-Arċisqof jitkellem għax hu wieħed mill-mexxejja ta' din is-soċjetà. Għandu dritt li jiddefendi drittijiet bażiċi ta' ħafna nies li ma jitkellmux għax jibżgħu, imma xorta jifhmu li l-wirt nazzjonali naturali għandu jiġi mħaddan u jiġi rispettat bl-aktar mod b'saħħtu." Marlene Farrugia kienet talbet lil President ta' Malta, Marie Louise Coleiro biex tintervjeni, "Iva u fil-fatt ċemplitli u għarrfitni li hi tifhem it-tħassib tagħna u li se tagħmel dak kollu possibbli biex tassigura kwalità ta' ħajja aħjar, partikolarment għat-tfal tagħna." Marlene Farrugia dan l-aħħar kien hemm min attakkaha minħabba propjetà tagħha fejn għamlet swimming pool f 'allegat art ODŻ fil- Qrendi. "Żbaljat ħafna min ikkritikani dwar dan," qaltli d-deputat Laburista, "kont xtrajt torri storiku li madwaru kellu art kbira li kienet bil- permessi għal bini u biex żgur ma tinbeniex jien stess tlabt li l-art tiġi skjedata. Ma rridx li din il-propjetà fil-futur tiġi għand xi ħaddieħor u tinbena. Dwar l-iswimming pool għamiltha eżatt fejn kien hemm barriera u bil-permessi kollha li kienu hemm qabel xtrajt l-propjetà. Dwar l-ambjent żgur li lili ħadd mhu se jsibli xejn għax iffissata fuqu." il-Franco Debono tal-Labour għad-danni ikkonfermaw li l-kampjuni tal- konkrit li ttieħdu mill-kolonni tad-dipartiment tal-emeġenza juru li għalkemm il-konkrit hu dgħajjef u inferjuri, l-bini hu sod biżżejjed biex jitkompla għaddej ix-xogħol fih. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi qal li inkjesta oħra, din id-darba dwar ir- responsabbiltà tal-inġiniera ta' Skanska u li qed titmexxa mill-Imħallef irtirat Philip Sciberras, għandha tkun lesta sal-ġimgħa d-dieħla waqt li żied jgħid li l-gvern talab laqgħa urġenti ma' Skanska dwar dan. Minn naħa tagħhom Skanska kkonfermaw it-talba tal-gvern Malti għall-laqgħa waqt li nsistew li dan il-bini ilu mibni s-snin u li jridu aktar informazzjoni qabel ma jikkummentaw fuq ir-rapport tal-ARUP li għandu f 'idejħ il-gvern. Intant, mitlub jikkummenta dwar din is-sitwazzjoni, s-segretarju parlamentari Chris Fearne qal li l-konsulenti ARUP qalu li huma qatt ma raw konkrit daqshekk inferjuri f 'ebda bini pubbliku fl'Ewropa. "Qalulna li dan it-tip ta' konkrit rawh biss f 'pajjiżi foqra tat- tielet dinja u f 'ebda binja." Fir-rapport tagħhom ARUP żvelaw li għalkemm il-konkos f 'Malta kellu jkun magħmul biss minn ġebel tal-qawwi, rriżulta li biex inbena l-isptar Mater Dei, il-konkos tħallat b'ġebel tal-franka. Qalu li minn testijiet li saru dan l-aħħar instab li s-saħħa tal-kolonni kellha tkun fil- grad ta' 30mpa iżda testijiet urew li l-kolonni ma kinux konformi ma' dan il-livell. ARUP iċċertifikaw li l-kolonni fid-dipartiment tal-emerġenza għandhom saħħa ta' 18mpa filwaqt li testijiet li saru fil- blokk fejn hemm is-swali tal-pazjenti s-saħħa strutturali tal-kolonni hi ta' 23mpa li tfisser ħarira aħjar minn tal- emerġenza. Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015