Illum previous editions

Illum 24 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/516465

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Mejju 2015 | illum 9 kien dam erba' sigħat ifittixha baqa' ma sabhiex. Wara dan is-smigħ kollu tax-xhieda tal- prosekuzzjoni, l-avukati difensuri għamlu d-difiża tagħhom u l-Qorti semgħet l-uniku xhud tad-difiża, Francis Pugliesevich, chargeman fit-Tarzna. Dan ix-xhud qal li kien ilu jaf lill-akkużat Ġanni Gambin xi erba' snin u li sena qabel is-serqa Gambin kien allokat xogħol barra mit-Tarzna u għalhekk ma kienx ikollu xogħol li kellu x'jaqsam mal-kaxxiera tat- Tarzna. L-indirizz tal-Imħallef u l-kundanna Fl-indirizz tiegħu lill- ġurati, l-Imħallef William Harding beda biex spjega lill-ġurati li għalkemm f 'dan il-ġuri kien hemm ħames akkużati mixlija f 'att ta' akkuża waħda, madanakollu l-ġurati kellhom iżommu l-provi separati għal kull wieħed mill-akkużati. Konsegwenza ta' dan, qal l-Imħallef, kull dikjarazzjoni li għamel kull akkużat tolqot, favur jew kontra, lil dak l-akkużat biss li jkun għamilha u mhux lill- oħrajn. L-Imħallef kompla jgħid li matul il-ġuri ssemmiet bosta drabi l-prova tal- konfessjoni, madanakollu ma kienx dmir tal- ġurati li jaraw għaliex akkużat jagħżel li jagħmel konfessjoni, u li din tista' ssir għal ħafna raġunijiet. Dr William Harding fisser li wieħed jista' jaħseb li se jgawdi xi ħaġa b'dik il-konfessjoni u għalhekk il-ġurati ma kellhomx jaraw il-għala kienet saret. Punt ieħor legali li ssemmà mill-Imħallef Harding kien dak tad-twiddiba qabel persuna tkun interrogata mill-Pulizija, jiġifieri li jkun infurmat li mhux obbligat li jwieġeb għad-domandi li jkunu se jagħmlulu l-Pulizija, u li dak li jgħid jista' jinġieb bħala xhieda kontrih fil-Qorti. Dwar din it-twiddiba, l-Imħallef qal li ma kien hemm xejn fil-liġi Maltija li kienet tobbliga lill-Pulizija biex iwissu lil xi ħadd suspettat waqt li qed ikun interrogat. Hawnhekk irid jingħad li din kienet il-proċedura f 'dak iż-żmien għax mill- 1957, disa' snin wara, fuq direttiva tal-Kummissarju tal-Pulizija, persuna kellha dejjem tingħata din it-twissija qabel tkun interrogata. Illum l-akkużat għandu wkoll id-dritt li waqt l-interrogazzjoni jkollu preżenti l-avukat tal-għażla tiegħu. L-Imħallef Harding tkellem dwar punti oħrajn tal-liġi fosthom l-att tal- akkuża li saret kontra kull akkużat u qal li fl-ewwel kap tal-akkuża ssemma' li Ġeraldu Cassar, Salvu Fenech u Manwel Cardona kienu ħadu sehem attiv fil-hold up. Issemma' wkoll li ma kienx hemm dubju li Lippu Tanti kien ukoll kompliċi meta kien jaf għaliex kienu se jużaw il-karozza tiegħu. Dwar Bezzina, l-Imħallef qal li dan kellu każ differenti għax irriżulta li ma riedx jindaħal u l-vettura li kellu ma ntużatx fis-serqa. Dwar l-akkużat Ġużè Cachia, l-Imħallef qal li l-prosekuzzjoni kienet qed tgħid li dan ħeġġeġ lill- oħrajn biex iwettqu s-serqa u għenhom għat-twettieq tagħha. Jekk tiġi ppruvata waħda minn dawn iż-żewġ ipotesi, qal l-Imħallef Harding, Cachia kellu jinstab ħati ta' kompliċità. Dwar l-akkużat Ġanni Gambin, l-Imħallef qal li dan kien mixli bħala kompliċi u l-prosekuzzjoni qalet li ssaħħaħ il-volontà tal-akkużati l-oħrajn għat- twettiq tas-serqa. Skont l-Imħallef, mid- dikjarazzjoni li għamel Gambin lill-Pulizija – jiġifieri li l-akkużat Cardona kien qallu li kellhom il-ħsieb jagħmlu s-serqa u dwar dan m'għarrafx lill-Pulizija – dan ma kienx reat u l-akkużat kien forsi naqas moralment meta m'għarrafx lill-Pulizija imma ma kiser ebda liġi. Il-verdett Fil-verdett tagħhom il- ġurati ma sabux lil Ġanni Gambin ħati tal-akkużi miġjubin kontra tiegħu u għalhekk inħeles. Ġużè Cachia kien ikkundannat għaxar snin ħabs, filwaqt li Ġeraldu Cassar, Salvu Fenech u Manwel Cardona ntbagħatu 11-il sena ħabs kull wieħed. Dawn il-ħamest irġiel illum huma kollha mejtin u huma parti mill-istorja ta' Malta. involut fis-serqa Mill-Qorti SIRO Lanzon ta' 27 sena minn Wied il-Għajn inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq b'arrest fil-Qorti mixli li seraq mat-€30,000 f 'antikitajiet minn dar faċċata ta' fejn joqgħod - liema dar fiha ma joqgħod ħadd. Id-dar iżda tintuża bħala maħżen u fiha hemm għadd t'għamara antika. L-Avukat difensur ta' Lanzon talab għall- ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni opponiet peress li għad fadal xi persuni li jridu jagħtu x-xhieda tagħhom. Il-Prosekuzzjoni rribattiet ukoll billi qalet li l-imputat kien tressaq il- Qorti dwar serq fil-passat. Min-naħa tagħha l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest peress li l-imputat joqgħod fl-istess fejn hu allegat li seħħ il-każ. SALAMETU Idris, Niġerjana ta' 29 sena u li residenta fiċ- Ċentru Miftuħ ta' Trapani, kienet ikkundannata għaxar xhur ħabs, li ġew sospiżi għal sentejn, wara li ammettiet fil-Qorti li użat dokumenti foloz biex vjaġġat mill-Italja għal Malta. Idris waslet Malta b'passaport u karta tal-identità foloz biex tara lill-ħbieb tagħha, iżda nqabdet fl-ajruport meta kienet fi triqitha lura lejn l-Italja. Il-Qorti kkundannat lill-Idris għal għaxar xhur ħabs sospiżi għal sentejn. NUMRU ta' bdiewa u raħħala fetħu kawża fil- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Gvern wara li saru jafu li ammonti ta' flus li kienu ġew imwegħda biex jagħmlu rinovar fl-irziezet tagħhom kienu tnaqqsu drastikament. Il-bdiewa u r-raħala nsistew li huma kienu ffirmaw kuntratti li kienu jgħidu li se jingħataw fondi permezz ta' skema tal-Unjoni Ewropea li kienet tkopri 50% tal- investiment kapitali tagħhom. Qalu wkoll li wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kienu ġew infurmati li l-fondi li kienu imwegħda tnaqqsu drastikament u għalqastant m'aċċettawx dak li kienu qed jiġu offruti u ressqu lment mad-Direttur tal-Agrikoltura fejn baqa ma ntlaħaq ebda ftehim u li kien għalhekk li ħadu l-każ il-Qorti. Il-bdiewa u r-raħħala qed jitolbu lill-Qorti tiddikjara li nkisru d-drittijiet tagħhom. Il-kawża nfetħet mill-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta. ŻEWĠ persuni Libjani, wieħed ta' 19 u ieħor ta' 22 sena u ġuvni Malti ta' 15 –il sena minn San Pawl-il Baħar tressqu l-Qorti fejn kienu akkużati b'serq u żamma ta' żewġ persuni kontra l-volonta` tagħhom. Huma ġew ukoll akkużati li kkaġunaw ġrieħi ta' natura ħafifa fuq waħda mill-vittmi, bi strument li jaqta' u bil-ponta u kif ukoll li kkommettew l-istess reati f 'perjodi operattivi ta' libertà proviżorja fost akkużi oħra. L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontra tagħhom u ma ngħatawx il-ħelsien mill- arrest. Il-pulizija l-ewwel arrestat lil Malti ta' 15-il sena li jgħix San Pawl il-Baħar u wara liż-żewġ żgħażagħ Libjani. Seraq mat-€30,000 f 'antikitajiet Niġerjana ammettiet li użat dokumenti foloz biex daħlet Malta Raħħala jiftħu kawża fil-Qorti kontra l-Gvern Heddew żewġ nisa b'sikkina fil-Gżira

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 24 May 2015