Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 13 tal-inkulturati fil-Belt tal-kultura! spallithom – biex żgur jagħmlu aktar storbju. Hawn żgur mhux posthom." Sostna wkoll li dan igerrex lill-klijenti, li suppost imorru post bħal dan sabiex jirrilassaw. Meta mistoqsi jekk qatt instabux affarijiet imkissra, sostna li " mhux eżatt…f 'xi każijiet sibna anke ashtrays jew oġġetti żgħar misruqa – affarijiet żgħar imma xorta mhix xi ħaġa pjaċevoli." Tkellimna wkoll ma' stabbiliment tal-fast food li quddiemu l-aktar li jiġabru dawn il-gruppi, fejn wieħed mill-managers mill-ewwel wieġeb kif "quddiemna jintefgħu ħafna tfal żgħar – għadek qas taf x'diżàstru jħallu – kemm jarmu bl-addoċċ u jgħajtu. Anke ġlied bl-idejn inkun hawn. Ġewwa jgaraw anke affarijiet minn fuq għall- isfel u jiġġieldu hawn ġew ukoll." Mistoqsi jekk iħallix impatt fuq in-negozju, sostna li "żgur. Familji u n-nies tal-affari tagħhom m'għadhomx jersqu 'l hawn għax igerxuhom. Hemm xi wħud li joqogħdu anke jaqbdu magħhom – jgħajru lill-familji." Mal-kumplament tas-sidien u ħaddiema li tkellimna magħhom jidher li s-sentiment popolari huwa li dawn il- gruppi mhux posthom hemm. Uħud espremew tħassib għall-fatt li dawn iż-żgħażagħ ma jkunu qed jagħmlu xejn ħlief forsi jittantaw ix-xemx għaddejja – ħaġa li bosta ddeskrivew bħala problema għax huwa aktar faċli li jaqgħu anke f 'vizzji f 'età tant sensittiva. Ovvajemnt mhux kulħadd għandu jitpoġġa taħt l-istess keffa – hemm żgħażagħ li jiffrekwentaw il-post u li ma jagħtux fastidju. Li hija inkwetanti hija li hemm sezzjoni tas-soċjetà li mhix qed tiġi indirizzata – bil- konsegwenza li, minkejja l-preżenza ta' pulizija fit-toroq prinċipali, xorta xi wħud mill- adulti preżenti, inkluż xufiera tax-xarabanks, jispiċċaw ikollhom jagħmluha tal- wardens – u jferrqu anke ġlied li jkun hemm. Dawn iż-żgħażagħ ħafna minnhom la huma l-età ta' Paceville, imma kemm jekk nammettuha jew le, lanqas fl-era tal-ħruġ maż-ŻAK. Jista' jkun dan mhu xejn għajr prodott ta' grupp mis- soċjetà li huma minsija? Ta' grupp, li għax forsi bla vot, nistgħu nfarfruhom minn fuq spallejna? Eżempju ta' skart mormi fit-toroq prinċipali Tallaba fid-daħla tal-Belt - minkejja li hija illegali Il-galleriji karatteristiċi tal-Belt