Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
18 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 I ltqajt ma' Ramon biex niddiskuti miegħu l-indafa pubblika, suġġett għall-qalbi sew – hekk kif ma ni aħx nara lill-Maltin iħammġu lil pajjiżhom qisu mhux qed jiġri xejn. Tkellimt miegħu dwar x'qed jagħmel id-direttorat tiegħu biex jitnaqqas il-ħmieġ li l-poplu Malti jitfa' t-toroq u f 'kull wesgħa li jsib. X'qed jagħmel biex, mhux biss jitnaddaf, iżda wkoll biex joħloq kuxjenza biex il-poplu Malti jitgħallem ma jħammiġx l-ambjent tiegħu? X'qed isir għal min ma jridx jitgħallem? Din intervista li, aktar milli bbażata fuq il-persuna nni sha, bħalma s-soltu jkollna f 'din ir-rokna tal- gazzetta, hi bbażata fuq x'qed jagħmel dan id-direttur ġdid d-dipartiment tal- indafa - biex jara li pajjiżna mhux biss jitnaddaf iżda jitħammeġ inqas. Malta hi maqsuma f 'dak li hu tindif. Hemm it-tindif li jieħu ħsiebu l-kunsill lokali u t-tindif li jsir mid-Direttorat tal-Gvern tat-Tindif, li fil-fatt jieħu ħsieb li jnaddaf it-toroq alterjali u dawk distributorji u dak kollu li hu eskluż li mhux tal-kunsilli lokali. Iżda fl-istess waqt jgħin anke lill-kunsilli lokali biex ikun hemm iżjed tindif u aktar indafa, speċjalment lil dawk l-kunsilli lokali li fl-istaġun tas-sajf jżidu ħafna l-popolazzjoni tagħhom u jkollhom bżonn għajnuna fit-tindif, bħal fil-każ ta' Buġibba, il-Qawra, San Pawl, Paceville eċċ. "Fl-2014 inġabar 15,000 tunellata skart mill-Gvern Ċentrali" beda jgħidli Ramon, "34% aktar mis-sena ta' qabel u fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena diġà inġabru 26% aktar mis-sena li għaddiet." Mistoqsi jekk dan hux għax hawn aktar skart u ħmieġ, weġibni li r-raġuni hi li hemm aktar entużjażmu biex dan id-dipartiment jaħdem bla waqfien ħalli jnaddaf pajjiżna u fl-istess ħin jgħin biex joħloq kampanji favur l-indafa fl-ambjent. Mitlub isemmi x'inhi din il-kampanja, wieġeb li nħoloq freephone 1718, "fejn min jara xi ħmieġ jew għandu xi skart li jrid jeħles minnu kulma għandu jagħmel hu li jċempel dak in-numru - "Aħna kull telefonata nagħtu kasha, kemm jekk ikun hemm xi skart ta' xi annimal jew skart ieħor - li jitnaddaf wara siegħa, kif ukoll jekk l-iskart ikun ta' natura goffa, ta' kostruzzjoni inkella ta' xi makkinarju nieħdu sa massimu ta' 3 ġimgħat biex inneħħuh. Is-sena li għaddiet kellna 2,000 talba biex inneħħu xi skart – fejn neħħejna 95% minnu. Ma neħħejniex kollox għax ikunu mitfugħa f 'xi art privata li ħadd ma jkun jaf ta' min hi, u biex nidħlu fiha nkunu rridu l-permessi mill-MEPA jew li l-Lands jgħaddulna l-informazzjoni ta' min tkun. Din is-sena diġà kellna 600 każ li solvejnihom kważi kollha." Iżda barra dan in-numru li wieħed jarah miktub f 'kull vettura tat-tindif, billboards u fuq riklami televiżivi, Ramon u d-dipartiment tiegħu ħolqu żewġ karattri, Garby u Tidy li ħadu post Xummiemu biex dawn jedukaw lit-tfal biex ma jħammġux pajjiżhom. Mistoqsi jekk hux kuntent bil-kampanja, Ramon qal, "għandna bżonn aktar finanzi ħalli l-kampanja tkun akbar. Jekk wieħed irid ikun jaf għaliex din il-kampanja trid tasal għand kulħadd għandu jidħol fil-paġna ta' Facebook tagħna, 'Garby & Tidy' u hemm wieħed jara r-ritratti li nitfgħu kuljum tal-iskart, annimali mejta u materjal ta' kostruzzjoni li l-Malti għadu jitfa' kullimkien. Dil- ġimgħa anke nagħġa fil-bajja tal-għadira nstabet, u din jista' jkun li ntefgħet minn fuq xi vapur tal-merkanzija u waslet hawn bil-kurrent." Li hawn il-ħmieġ jaf kulħadd, li ħafna mill-Maltin huma irresponsabbli u 'maħmuġin' f 'dak li hu rimi ta' skart barra d-dar tagħhom jaf kulħadd dwarhom, li l-Gvern u d-Dipartiment tal-Indafa Pubblika qed jonfoq ħafna flus biex inaddaf pajjiżna, jaf kulħadd. Iżda safrattant l-iskart ikompli jinġemgħa u jibqa' jintrema fit-toroq u għelieqi u f 'kull rokna li jsibu. X'qed jiġri biex dan ma jibqax isir? "Għadna kif installajna 4 kameras HD li jissejħu PTZ kameras li jiswew €6,000-il waħda u se jitwaħħlu tnejn oħra dalwaqt. Dawn jaħdmu bl-enerġija solari u tant huma ċari li wieħed jagħraf mhux biss in-numri tal-pjanċi tal- karozzi, iżda anke l-uċuħ tal-persuni li jarmu." Ramon urieni fil-fatt l-kamera li hemm f 'dak li hu msejjaħ bħala l-foss ta' Ħaż-Żabbar li kien ilu snin abbandunat u fih kien inġabar tunellati ta' żibel. Mill-mowbajl tiegħu beda jdawwar il- kamera qisu film HD ta' dak li qed jiġri – "Dawn il-postijiet qed jiġu rekordjati fl-uffiċċji tagħna u juru min jinqabad jarmi. Il-filmati jmorru għand il-pulizija fejn wieħed, barra l-multa li jieħu tista' tiġi anke kkonfiskata l-vettura. Iżda min- naħa tagħna qed nagħmlu pressjoni biex il-pieni jikbru ħafna iżjed milli fil-fatt huma." Id-direttur tal-indafa pubblika qal ukoll li huma qed jappoġġjaw lill- kunsilli lokali fejn tani eżempju fuq Triq it-Turisti Buġibba - waħda mill-aktar toroq twal u msemmija għall-iskart. "Filgħodu jgħaddi l-iscammel tal-Kunsill Lokali. F'Nofsinhjar aħna żidnielhom scammel ieħor u jgħaddi mill-istess triq u jiġbor 2 tunellati u nofs skart li jkun inġabar fi 3 sigħat. Nerġgħu nibagħtu fl-istess triq scammel ieħor fis-7pm u jerġa' jiġbor 2 tunellati u nofs skart ieħor. Jiġifieri kieku aħna ma ngħinux lill-Kunsill Lokali b'dawn iż-żewġ ġabriet żejda, f '24 siegħa minn xħin jinġabar l-iskart ikun hemm 5 tunellati ta' skart. Ma ninsewx li din biss triq waħda f 'Buġibba." "U dan barra li nibagħtu jikinsu il-promenade, il-pjazza u l-istess Triq it-Turisti. Dan nagħmluh ukoll Paceville, San Ġiljan, Sliema, Gżira, ta' Xbiex, il-Belt Valletta, L-Imdina, ir-Rabat, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied il-Għajn u l-Kottonera." Indunajt li Għawdex qatt ma semmieh fid-diskors u fil-kampanja tiegħu - "Għawdex ma jagħmilx parti mid-dipartiment tagħna. L-indafa f 'Għawdex taqa' taħt il-kappa tal- Ministeru ta' Għawdex. Iżda dawk kollha li jkunu jridu jirrapurtaw xi skart xorta jistgħu jċemplu 1718 u min-naħa tagħna nagħmlu pressjoni u naraw li d-dipartiment ta' Għawdex jnaddaf u jsolvi l-ilment ta' min iċempel." Mistoqsi jekk hemmx xi lokalitajiet li fihom jitwaddab aktar skart illegali minn oħrajn, Ramon qalli li m'hemmx Tramuntana u Nofsinhar - "Għad hawn nies irresponsabbli u huma l-istess nies li jeħilsu mill-iskart b'mod illegali." Jingħad li kemm ilu hawn influss ta' immigranti li ġejjin minn kulturi Musulmani qed jidhru aktar annimali mejta - "li hu vera hu li qed jitfaċċaw karkassi ta' gidjien fin-naħat ta' Pembroke, iżda ma nistax ngħid jekk humiex mitfugħa hemm minn Musulmani jew le. Il-Musulmani għandhom drawwa li iħanxru l-gidi, iżda ma nistax ngħid li huwa l-każ la m'għandniex provi." "Nixtieq li d-Dipartiment tal-Indafa ma jkunx hemm bżonnu għax Malta tkun nadifa, iżda qed jidher li xogħli hu garantit," qalli bi tbissima Ramon. "F'Ottubru se nattakkaw l-iskejjel b'kampanji edukattivi sħaħ. Barra hekk is-sena li għaddiet investejna €100,000 fi tliet tipi ta' bins, dawk li miftuħa, dawk mgħoddija b'għatu u bins forma ta' ors għat-tfal. Issa se nibdew it-tieni fażi fejn se nonfqu €16,000 f 'bins għal ħmieġ tal- klieb u dawn se ngħadduhom lil kunsilli lokali, minħabba li qed isibu diffikultà biex jixtruhom." Semmieli wkoll li hawn min ipoġġi l-iskart f 'xi rokna u wara ftit ħin tgħaddi u ssib li l-iskart dejjem jikber, "għax il- ħmieġ iġib il-ħmieġ!" Wasal is-sajf u fi gżira mdawra b'bajjiet u kosta, ma tistax ma titkellimx dwar il-ħmieġ li jħallu l-Maltin u anke turisti Il-Gvern qed inaddaf dak li l-Malti jħammeġ, iżda wasal iż-żmien li tiġi infurzata l-liġi biex il-Malti ma jħammiġx Annimali mejta u karkassi mormija Il-ħmieġ iġib il-ħmieġ . . . Ramon Deguara għandu 41 sena minn Ħal Luqa u joqgħod iż- Żurrieq. Wara 23 sena jaħdem d- Direttorat tat-Tindif, madwar sentejn ilu ngħata l–kariga ta' direttur biex imexxi dan id-dipartiment li taħtu jaqgħu 500 impjegat. Hu l-persuna li ħoloq kampanja ta' indafa 'Għalfejn tħammeġ pajjiżek' u l-karattri Garby & Tidy li ħadu post Xummiemu. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt