Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 27 Bijografi ji M ETA nkunu qed inqattgħu xi siegħa jew tnejn nhar ta' Ħadd, naraw lit-tfal jitimgħu l-papri, u xi koppja tippassiġġa fil- passaġġi dojoq tiegħu, ftit li xejn nagħtu kas li dak il-ħin inkunu qed nirfsu u nduru fil-ġnien ta' dar – dik tal-President ta' Malta. Il-ġnien ta' Sant'Anton huwa wieħed mill-attrazzjonijiet prinċipali li jiġbdu turisti, imma wkoll Maltin lejn l-inħawi ta' Ħ'Attard – fejn propjament jinstab. Huwa fil- fatt parti mir-residenza uffiċjali tal-President ta' Malta – iżda bil- kontra tal-palazz, il-ġnien huwa miftuħ għall-pubbliku sabiex ikun jista' jżuru u jidħol imqar għal ftit, f 'atmosfera rilassanti li tfakkar lil dak li jkun fi żmien li fih inbena – fi żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann li bir-rikezzi, iżda fl-istess ħin b'arkitettura partikolari u b'apprezzament lejn is-sempliċità tan-natura. Kemm il-Palazz, kif ukoll il-Ġnien ta' Sant'Anton inbnew fl-1636 mill- Kavallieri – fejn aktar tard servew bħala r-residenza tal-Gran Mastru Antoine de Paule. Il-ġnien tista' tgħid huwa d-dar ta' bosta annimali inkluż papri, ċinji, u xi fkieren – kif ukoll familja ta' paguni li tista' tintlemaħ tippassiġġa u ddur mal-passaġġi tal-ġnien. Fil-ġnien wieħed jista' jara wkoll siġra maġemb oħra. Xi wħud minn dawn is-siġar għandhom aktar minn 300 sena, u jattiraw viżitaturi kemm biex jarawhom, imma wkoll għaliex permezz tagħhom wieħed jista' jgawdi l-atmosfera u l-ġnien fil-kenn li jipprovdu mix-xemx, anke fl-aktar xhur qalila tas-sajf. Il-ġonna huma mdawwra b'ħitan għolja li tassew iġiegħluk tħossok li qiegħed f 'residenza privata u jagħtu atmosfera intima lil dawk kollha li jżuruhom. Il-ġonna nfetħu għall-pubbliku ġenerali fl-1882 u forsi jistgħu jitqiesu l-isbaħ li hawn f 'Malta. Il-mod ta' kif inhu mqassam hija waħda partikolari – fejn tħares fejn tħares tista' tara skulturi mill-isbaħ u funtani. Illum il-ġurnata l-Ġnien ta' Sant'Anton huwa l-post li fih isiru bosta avvenimenti matul is-sena, inkluż spettakli orto-kulturali, kif ukoll spettakli mużikali u tal-irrextar, fejn il-ġnien iservi ta' teatru al fresco. Id-dar u l-ġardina t'Antoine de Paule Il-Ġonna tal-Palazz, kif ukoll il- Palazz innifsu jafu l-bidu u l-iżvilupp bikri tagħhom lill-Kavallier Fra Anoine de Paule, Franċiż minn Provenza, li ġie elett Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann fl-1623. Dan kien wieħed minn dawk il-Gran Mastri li qala' xi ftit ta' kontroversja, hekk kif min kellu għalih akkużah li kellu drawwiet diżonesti u allega li fl-elezzjoni tiegħu sar xi tbagħbis u tixħim. Minkejja li għamlu ħoss lokalment, dawn l-akkużi ftit li xejn taw kashom Ruma. Mhux talli hekk, talli l-Papa Urbanu VIII, f 'nota mibgħuta fl-14 ta' Marzu 1626, faħħar id-devozzjoni u l-prudenza tiegħu. Il-Papa tah ukoll it-titlu ta' "Eminenza", u b'dal-mod għollieh għall-istess livell tal-Kardinali u Eletturi Ekklesjastiċi oħra tal-Imperu. Mhux ta' b'xejn li fil-bażi tal- musulew ta' de Paule fil-Kon Katidral ta' San Ġwann insibu skrizzjoni bil- Latin li tiddiskrevih bħala "prinċep wisq għażiż u ġeneruż li, f 'ħajtu, kien wisq maħbub għall-kwalitajiet tiegħu u, wara mewtu, mhux anqas meqjum". Il-Kavallier li ried saħansitra furnar biex jaħmi l-ħobż għall- klieb tal-kaċċa Minkejja dan, m'hemmx dubju li de Paule ħajtu m'għexhiex ħafi – hekk kif għex ħajtu fil-lussu. Meta kien għadu Kavalier tal-Ordni, xtara biċċa art kbira Ħ'Attard li fuqha bena villa fil-kampanja. Din il-lokalità kienet eqreb tal-Belt Valletta mill-Palazz Verdala, li dak iż-żmien kienet ir- residenza uffiċjali, u għalhekk kienet ideali sabiex ikun aktar aċċessibli sabiex ħbiebu jżuruh aktar faċilment meta seta' jwarrab xi ftit mid- dmirijiet uffiċjali tiegħu. Mill-mod ta' kif ġiet imfassla din il-villa turi biċ-ċar li l-kavallier kien iħobb ikollu l-mistiedna, hekk kif ġiet ippjanata fuq proporzjonijiet kbar hekk li kienet tipprovdi akkomodazzjoni għal għadd ta' mistednin, apparti mill-impjegati domestiċi inklużi koki, lavranti, dawk li jġorru t-torċi, dawk li jagħmlu l-parrokki, arloġġar, tobba, u saħansitra furnar impjegat apposta biex jaħmi l-ħobż tal-maħlut għall- klieb tal-kaċċa! Minkejja, speċjalment illum il- ġurnata, dan kollu diġà jitqies bħala lussuż, donnu ma kienx biżżejjed għall-bżonnijiet tal-Gran Mastru l-ġdid. Meta De Paule ġie elett Gran Mastru, minflok bena xini ta' tliet saffi ta' mqadef, kabbar il-villa tant li saret Palazz, u ddeċieda li jsemmih Sant Anton – propju għall-patrun tiegħu Sant'Antnin ta' Padova. Id-dar tas-sajf li saret Palazz tal- President Dan il-bini kien iservi ta' residenza għas-sajf għall-Gran Mastru Antoine de Paule, fejn imbagħad taħt il- ħakma Ingliża dan beda jservi bħala r-residenza tal-Gvernatur. Dan sakemm Malta saret Repubblika u b'hekk sar ukoll ir-residenza tal- President tar-Repubblika. Stramba kemm tinstema' stramba, meta l-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca tgħid li sejra d-dar, minkejja li hi tgħix biss f 'parti minnu, ifisser li tkun sejra f 'palazz imżejjen mix-xogħlijiet ta' Nasoni. Sejra lura għal palazz li nbena fuq żewġ sulari – liema bini għadda minn bosta bidliet strutturali minħabba li fih għexu bosta nies sabiex jakkomooda l-bżonnijiet ta' dawk kollha li għexu fiha. Il-Palazz ta' Sant Anton tista' tgħid għadda minn bidliet enormi – fejn inbidel strutturalment minn forma ta' T għal forma ta' salib Latin fi żmien il-Kavallieri. Il-kuritur bil- balabostri li hemm madwar il-bidħa prinċipali inbena matul il-perjodu Brittanniku. Il-ġonna li hemm madwar il-palazz infetħu għall- pubbliku fl-1882. Ma jistax jonqos li Palazz hekk ikollu kappella żgħira, li hija ddedikata lill-Madonna ta' Pilar. Din inbniet minn de Paule ukoll – fejn fiha hemm ukoll l-istemma araldika tal-Gran Mastri de Vilhena, Pinto u de Rohan. Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Il-Palazz ta' Sant Anton b'dehra majestuża Il-Gran Mastru Antoine de Paule Il-Ġonna u l-Palazz ta' Sant Anton – Id- dar ta' de Paule u dawk li ġew warajh