Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 SPORTSillum Terremot qawwi l-FIFA iżda Blatter jibqa' jirbaħ... għaliex? JEKK kien hemm aħbar li ddominat ix-xena tal- aħbarijiiet sportivi u mhux biss, matul l-aħħar jiem, m'hemmx dubbju li din kienet l-aħbar relatata mal- każ ta' tixħim u korruzzjoni minn seba' uffiċjali għolja tal-FIFA. Dan wasal jumejn biss qabel l-elezzjoni tal-FIFA bejn iż-żewġ kandidati ewlenin, Sepp Blatter u l-Prinċep Ali tal- Ġordan. Kien hemm min kien tal-opinjoni li għalkemm Blatter ma kienx interrogat u arrestat mill-FBI, bħal sħabu l-uffiċjali għolja tal- FIFA, huwa xorta waħda kellu jirriżenja mill-kariga tiegħu ta' president ta' din l-aktar istituzzjoni għolja li tiggverna l-futbol dinji, u ma jikkontestax l-elezzjoni ta' nhar il-Ġimgħa. Kien hemm oħrajn li bdew ixommu rebħa għall- Prinċep Ali tal-Ġordan, iżda dawn kollha marru mqarrqa hekk kif nhar il-Ġimgħa, Blatter reġa' ta risposta lil kulħadd billi ġab il-maġġoranza tal-voti mill- presidenti li jirrapreżentaw l-assoċjazzjonijiet tal-futbol madwar id-dinja kollha, fosthom dak Malti, Norman Darmanin Demajo. Blatter li llum jgħodd id-79 sena kiseb 133 vot, waqt li l-Prinċep Ali ġab 73 vot li jista' jitqies bħala riżultat pożittiv għall-Prinċep mill- Ġordan li iżda ma kienx bizzejjed biex ikun hemm President ġdid għall-FIFA. B'hekk Blatter se jkun qed iservi erba' snin oħra fit- tmun tal-FIFA li se jkun il-ħames terminu tiegħu bħala President ta' dan l-assoċjazzjoni mondjali. Dan ir-riżultat xejn ma kien milqugħ tajjeb mill- President tal-UEFA, Michel Platini, li qed isostni li saħansitra jista' jirtira lill- UEFA milli tkun membru affiljat fil-FIFA. Kawża ta' dan l-iskandlu li laqat lill- FIFA tul l-aħħar jiem, diversi sponsors ta' fama mondajli qed jheddu li jirtiraw is- sostenn finanzjarju tagħhom, minħabba r-raġuni ovvja li isem id-ditta tagħhom jista' jitpoġġa f 'dawl ikrah minħabba li jkun qed jagħti appoġġ lill-assoċjazzjoni li ġiet milquta b'mod drastiku mill-korruzzjoni. Fost is-sigrieti tas-suċċess ta' Blatter, ma nistgħux ma nsemmux il-fatt li huwa żviluppa l-futbol dinji tul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, waqt li ta għajnuna finanzjarja konsiderevoli biex jiġu mnedija proġetti marbutin mal-futbol, waqt li għamel il-kunċett tal-futbol iktar internazzjonali. Fl-aħħar snin huwa uża tattika unika li jpattiha lil dawk li jeħduha kontrih jew li ma jaqbilx miegħu waqt li jinjora lil min jappoġġjah u jħallih fil-poter. Huwa jista' jitqies bħala ġenju internazzjonali fil-qasam tal-futbol dinji u li għandu l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta tal-assoċjazzjonijiet tal-futbol ġejjn mill- kontinenti kbar tal-Afrika u tal-Asja. Mhux l-istess nistgħu ngħidu għall-kontinent Ewropew li ma tantx wera sostenn u appoġġ lil Blatter, speċjalment wara dan l-iskandlu li ħasad lid-dinja kollha tul dawn l-aħħar jiem. Fost l-assoċjazzjonijiet tal-futbol li m'appoġġjawx lil Blatter iżda taw il-vot tagħhom lill-Prinċep Ali tal- Ġordan, insibu lil dik Maltija mmexxija minn Norman Darmanin Demajo, u dik Taljana mmexxija minn Carlo Tavecchio. Intant, wara l-kontroversja li nqalgħet rigward il-pajjiżi li se jkunu qed jospitaw it-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-2022 jiġifieri r-Russja u l-Qatar rispettivament, Blatter xorta waħda tenna li t-Tazza tad-Dinja se tkun qed isseħħ f 'dawn iż-żewġ pajjiżi, kif skedat u pprogrammat. Jidher li ħadd u xejn ma' jista' jwaqqaf lil Blatter - l-ebda skandlu, l-ebda kontroversja u l-ebda ħaġa oħra! Nistennew u naraw x'se jkun il-futur tal-UEFA, speċjalment wara l-inkwiet li nqala' fl-aħħar jiem. Nittamaw li dan ikun wieħed pożittiv għall-akbar ġid tal- futbol dinji! Sepp Blatter jifraħ wara li ġie kkonfermat fit-tmun tal-FIFA bħala President għall-ħames darba konsekuttiva Manchester United l-ewwel fil-gradwatorja f 'dak li għandu x'jaqsam ma' salarji fl-Ingilterra MANCHESTER United irnexxielhom jagħmluha fl-ogħla post tal- gradwatorja f 'dak li għandu x'jaqsam mal- lista tal-aktar klabbs li għandhom spejjeż relatati ma' salarji fl-Ingilterra. Huma saħansitra għaddew lill-ġirien iżda rivali kbar Manchester City bħala l-aktar klabb li jonfoq flus f 'salarji, hekk kif matul istaġun 2013/14, huma nefqu s-somma ta' xejn inqas minn £215.8 miljun. Dan kien staġun wara li l-leġġenda Sir Alex Ferguson kien ħalla lil Manchester United wara 26 sena ta' suċċessi kontinwi. Din iċ-ċifra fenomenali tfisser 10 darbiet aktar minn kemm il-club żgħir ta' Burnley jonfoq f 'salarji, bit-team minn Turf Moor ikun ikkalkulat li jonfoq is-somma ta' £21.5 miljun f 'salarji, li £6 miljuni minnhom huma bonuses relatati mal-promozzjoni li kisbu miċ-Championship għall-Kampjonat Barclays Premier fi tmiem l-istaġun li għadda. Madanakollu, is-sidien tat-team minn Old Trafford, l-Amerikani magħrufin bħala The Glazers żgur li ħassewghom ferm diżappuntanti matul l-istaġun li għalhekk kif huma naqsu milli jikkwalifikaw għall- post fl-Ewropa, li lkoll nafu kemm trendi dħul finanzjarju, speċjalment il-UEFA Champions League. Manchester United - l-aktar tim li għandu spejjeż relatati ma' salarji ta' plejers fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015