Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
34 illum Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 SPORTSillum Iktar tragwardi storiċi għal referees Maltin WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew, fis-sala biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, David Elleray, Membru tal-Kumitat tar-Referees tal-UEFA, evidentament impressjonat, faħħar bis- sħiħ il-livell tar-referees Maltin u speċjalment dawk żgħażagħ. Huwa kien f 'pajjiżna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn segwa d-decider bejn Mosta u Gżira United, kif ukoll iż-żewġ semi-finali tal-FA TRophy bejn Valletta u Birkirkara u Qormi u Hibernians. Dawn it-tliet logħbiet kienu kkontrollati mir-referees żgħażagħ, li iżda kulma jmur qed jiksbu esperjenza konsiderevoli, Philip Farrugia, Fyodor Zammit u Trustin Farrugia Cann. Indirizza wkoll din il-konferenza stampa s-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, kif ukoll il-Kap tad-Dipartiment tar-Referees fi ħdan l-MFA, Adrian Casha. Bjorn Vassallo saħaq li jinsab ferm sodisfatt bl-avvanzi li saru fid-Dipartiment tar- Referees tul l-aħħar snin, u kif kien tħabbar waqt konferenza stampa li saret f 'Diċembru li għadda, huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għat- tragwardi li rnexxielhom jilħqu numru ta' referees Maltin. Fost dawn ma nistgħux ma nsemmux dak milħuq minn Clayton Pisani, li propju f 'Diċembru li għadda, sar l-ewwel referee Malti li niżżel ismu fil-lista imsejħa First Class tal-UEFA. U propju, hekk kif tħabbar minn Adrian Casha, dan l-istess referee għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol lokali se jkun qed jikkontrolla logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 bejn it-12 u l-14 ta' Ġunju li ġej. Il-logħba li huwa se jkun qed jikkontrolla għadha ma ġietx komunikata mill-UEFA lill-MFA. Jakkumpanjaw lil Clayton Pisani f 'dan l-appointment storiku, se jkun hemm l-assistant referees, Duncan Sultana u Mitchell Scerri, l-additional assistant referees Marco Borg u Adrian Azzopardi, waqt li Roberto Vella se jkun ir-raba' uffiċjal. Barra minn hekk, Adrian Casha, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li r-referee Alan Mario Sant qed ikollu sehem attiv fit-tournament ta' taħt is-17 -il sena, organizzat mill-UEFA. Wara li kkontrolla l-logħba bejn il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka, huwa rrefja wkoll il-kwarti-finali bejn il-holders, l-Ingilterra u r-Russja. U biex Alan Mario Sant ikompli jagħmel unur għal pajjiżna, ilbieraħ tħabbar kif huwa se jkun ir-raba' uffiiċjal fis-semi-finali meqjusa bħala Derby bejn Franza u l-Belġju. Barra minn hekk, Adrian Casha ta informazzjoni fuq kif matul il-ġimgħa li għaddiet, il-FIFA Referee Esther Azzopardi, flimkien mal-FIFA Assistant Referee Jurgen Spiteri, l-Elite Assistant Refeee David Castillo, u r-referees mill- Ewwel Kategorija, Matthew Degabriele, u Etienne Mangion, kienu l-Isvezja, biex jikkontrollaw logħbiet validi mit-Tournament tal-Youths prestiġjuż, Lennart Johannson Academy Trophy 2015. Flimkien ma' dawn it- tragwardi kollha milħuqa mis-settur tar-referees lokali f 'pajjiżna, Adrian Casha, semma kif Marco Borg u Esther Azzopardi se jkunu qed jikkontrollaw logħbiet validi mill-Kampjonat Mondjali tal-Universitajiet, fil-kategoriji rispettivi tal-irġiel u tan-nisa , li se jsir fi Gwangju City, fil- Korea ta' Isfel bejn it-3 u l-14 ta' Lulju li ġej. Ġaladarba, preżenti waqt din il-konferenza stampa kien hemm David Elleray, dan il- ġurnal ma setax ma jagħmilx diversi domandi lil dan ir- referee ta' statura liema bħalha fis-settur tal-irreffjar tal-futbol internazzjonali. Meta mistoqsi jekk jaqbilx mal-goal-line technology, huwa kien pront wieġeb fl-affermattiv, fejn tenna li anki jekk wieħed jagħti ħarsa lejn xi logħbiet validi mill- Kampjont Barclays Premier, malajr jinduna kemm din it-teknoloġija hija effettiva. Iżda huwa m'esprimiex l-istess opinjoni fejn tidħol il-video replay, hekk kif skont hu din twaqqaf ħafna l-logħob u telimina l-element uman mil-logħba tal-futbol. Mistoqsi jekk iħossx li l-kunċett tal-additional assistant referees introdott fil-futbol internazzjonali, fosthom f 'dak Malti, fis- snin riċenti, huwa tenna li jħoss li dawn għalkemm m'għandhomx sehem dirett fil-logħba, jemmen li huma ta' għajnuna ferm siewja għat- terna arbitrali. Dan il-ġurnaal talab il- fehmiet ta' David Elleray, rigward kif iqis ir-relazzjoni bejn is-settur tar-refeering u l-media, u jekk il-media għandhiex tingħata ċ-ċans li tagħmel domandi lir-referee, rigward xi deċiżjonijiet li jkun ħa wara li tintemm il-logħba. Ir-referee li rrefja xejn inqas minn 75 logħba internazzjonali f '35 pajjiż differenti, tenna li ma jaqbilx ma' dan il-kunċett, għax jemmen li jekk din is-sistema tiġi addottata, huwa tal-parir li l-media tkun qed tfittex li tieħu l-kummenti tar- referee biss wara li jkun ħa deċiżjonijiet meqjusa bħala kontroversjali u mhux meta jkollu prestazzjoni tajba. Mistoqsi minn dan il- ġurnal jekk l-appointments tar-referee li jkollu fi tmiem il-ġimgħa, għandhomx jiġu mħabbra fil-media f 'nofs il-ġimgħa, hawnhekk, David Elleray, tenna wkoll li ma jaqbilx. Dan għaliex jekk dan iseħħ, jikber ir-riskju li referee jiġi avviċinat għal skopijiet ħżiena, fosthom dawk relatati ma' betting, li kif ilkoll nafu bil-mod il-mod, qed jirriżulta bħala kankru li qed jeqred il- futbol mondjali. Huwa sostna li f 'pajjiżi kbar bħall-Ingilterra, ir-referee, bilfors ikun irid jaf fejn se jkun qed jirrefja sa minn jiem qabel, minħabba d-distanzi kbar li jkun irid jivvjaġġa - xi ħaġa li ma tirrigwardjax lil pajjiżna, minħabba ċ-ċokon tiegħu. Mix-xellug għal-lemin: David Elleray, Bjorn Vassallo u Adrian Casha. Ritratt: Domenic Aquilina / MFA Darmian jinbiegħ jekk jirċevi offerta ta' barra minn din id-dinja FLAĦĦAR ġimgħat kienu qed jiċċirkulaw xnigħat li d-difensur internazzjonali Taljan ta' Torino, Matteo Darmian, seta' jħalli lil Torino biex jingħaqad ma' xi team ieħor. L-aktar li kienu qed jissemmew kienu Real Madrid. Iżda l-President ta' Torino, Urbano Cairi, saħaq bl-aktar mod affermattiv li qatt mhu se jħalli lil Matteo Darmian iħalli lill- Granata li għadhom ġejjin minn rebħa storika ta' 2-1 konta Juventus fid-Derby Della Mole, nhar il-Ħadd li għadda. Jikkunsidra biss li jħalli lil dan id-difensur żagħżugħ prodott ta' AC Milan iħalli lit-tim, immexxi minn Giampiero Ventura, jekk ikollu offerta, deskritta minnu bħala ta' barra minn din id-dinja! Id-difensur internazzjonali Taljan ta' Torino, Matteo Darmian