Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

6 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 Fl-Università jiżdiedu l-istudenti min-Nofsinhar ta' Malta L-ogħla żieda f 'Wied il-Għajn, l-inqas f 'Bormla CHRISTA BOFFA MISSENA akkademika bejn l-1991-1992, in- numru ta' studenti min- Nofsinhar ta' Malta li attendew l-Università sparaw 'il fuq f 'ċertu, b'mod partikolari f 'ċertu lokalitajiet fis-sena akkademika 2014-2015. Jidher li l-akbar titjieb ġie rreġistrat f 'Wied il- Għajn, fejn in-numru ta' studenti bi ħdax-il darba – fejn fl-1991 daħlu 28 student l-Università meta mqabbel mal-335 li daħlu fl-2014. Ġew irreġistrati qabżiet kbar fil-lokalitajiet tal-Kalkara, li rat żieda b'sitt darbiet, fejn fl-1991 kien hemm 28 student l-Università, li żdiedu għal 80 fl-2014. Dan intqal waqt mistoqsija parlamentari li saret mill-MP Mario Galea lill-Ministru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo waqt seduta parlamentari din il-ġimgħa. Galea talab lill- Ministru "jgħid kemm kien hemm studenti jattendu l-Università ta' Malta fl- 1986 fl-inħawi ta' iż-Żejtun, il-Fgura, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn, Bormla, l-Isla u il-Kalkara u jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Università ta' Malta mill-istess inħawi llum", fejn minħabba li l-informazzjoni għall-1986 ma kinitx disponibbli, tressqet l-informazzjoni għas-sena akkademika 1991/1992. Fil-Fgura kien hemm żieda minn 117 għal 263 bejn is-snin ikkonċernati, f 'Ħaż-Żabbar 105 għal 320 u fiż-Żejtun 83 għal 214 student. Minkejja li ġie reġistrat żieda f 'kull lokalità li ġiet imsemmija, f 'Bormla u l-Isla ż-żieda kienet waħda marġinali, hekk kif fl0isla kien hemm żieda minn 11 għal 27 student, u f 'Bormla kien hemm żieda ta' 6 studenti biss, fejn fl-1991 kien hemm 41 student l-università, u fl-2014, 47. Tnedija taċ-Ċentru LEAP! ILMINISTRU għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia nieda ċ-Ċentru LEAP! f 'Ħal Qormi, ċentru li se jkun qed iservi bħala 'Ċentru għar-Riżorsi tal- Familja'. Farrugia qal li din hija okkażjoni oħra f 'kullana ta' okkażjonijiet fejn bi pjaċir qed jitnieda dan iċ-ċentru għall- Iżvilupp Soċjali f 'Ħal Qormi. "L-ispirtu ta' dawn il-proġetti huwa illi bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba kollha jintlaħqu dawk vulnerabbli." Żied jgħid li dan kollu huwa rrappreżentat b'mod ħaj illum. "Dan għaliex, iċ- ċentru LEAP! f 'Ħal Qormi qed jinfetaħ bis-saħħa tal- koperazzjoni b'saħħitha li hemm f 'dan is-settur mal- Knisja." Il-Ministru Farrugia qal illi l-proġett LEAP!, li huwa proġett pilota, qed joqrob lejn tmiemu u għaldaqstant, il-Gvern u l-Ministeru li jmexxi hu, ilhom għaddejjin għal numru ta' ġimgħat fuq ħidma sabiex dan il-proġett ikompli għaddej. Semma kif f 'dan ir-reġjun kien hemm 49 benefiċjarju fil-bidu tal- proġett li llum 11 minnhom ġew megħjuna jsibu impjieg filwaqt li 38 oħra qegħdin fuq fażi ta' taħriġ biex jiġu introdotti fis-sistema tas- supported employment b'koordinament mas-settur privat. "Hija l-intenzjoni tal- Gvern li ħadd ma jibqa' lura, u għaldaqstant filwaqt li qed inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol sabiex jagħmlu dan, qed inħejju wkoll proġett ieħor sabiex flimkien mal-NGOs nagħtu aktar dinjità u aktar sostenn lil dawk li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jaħdmu" qal Farrugia. Tkellem ukoll dwar ir-Riforma li qed issir fil- Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, fejn il-kunċett ta' xogħol fil-komunità u 'outreach' huwa fil-quċċata tal-aġenda. Qal li wieħed mill-impenji kbar tal- Gvern u l- Ministeru se jkun dak li Dalli sar jaf bil-ftehim ġimgħat wara LEKS Ministru għall- Politika Soċjali John Dalli, sostna ma' inkjesta tal-Gvern li ħarset lejn il-pedamenti tal-konkos fil-Mater Dei, meqjusa ta' kwalità fqira, li hu kien informat bid-dettalji tal-għeluq tal-ftehim fuq il-proġett tal-2009 bejn il-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi u Skanska Malta Joint Venturem sitt ġimgħat wara li ġie ffirmat. Il-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta' Frar 2009, li kien jinkludi eżenzjoni li kienet ġiet deskritta bħala "problematika" mill-Gvern, hekk kif tipprova min hu responsabbli għall- allegat kont ta' €35 miljun biex permezz tagħhom jiġu indirizzati problemi strutturali marbuta mal- konkos fil-Mater Dei, lura fid-90ijat. Hija fil-fatt il-klawżola numru 9 li qed tqajjem bosta mistoqsijiet, hekk kif il-ftehim innifsu huwa eżenzjoni ta' allegazzjonijiet li bdew jitqajmu miż-żewġ naħat. F'dikjarazzjoni lbieraħ Dalli qal li ġie mitlub jidher quddiem l-inkjesta li qed tiġi mmexxija mill- Imħallef irtirat Philip Sciberras. "Waqt is-sessjoni ġiet stabbilit li jien kont infurmat dwar l-għeluq tal-Ftehim fuq l-Għeluq tal-Proġett xi sitt gimgħat wara li ġie ffirmat," żied jgħid l-eks ministru. Permezz ta' referenza għal email li nbagħtitlu mill-perit Paul Camilleri, li dak iż-żmien kien iċ- chairman tal-FMS, intqal li l-ministru ma kienx infurmat sew dwar il- ftehim, ħlief permezz ta' informazzjoni "fil-qosor". "Għażiż John, qed ninduna li ma kkomunikajtx miegħek b'mod dirett dwar l-għeluq tan-negozjar ma' Skanska,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015