Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
8 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 Impenjati favur sistema ta' ġustizzja reparatriċi – Carmelo Abela "ILGVERN se jibqa' impenjat favur is-sistema ta' Ġustizzja reparatriċi mmirata sabiex tnaqqas il-piż mill-popolazzjoni karċerarja filwaqt li tassigura li dawk li wettqu r-reat jingħataw pjan ta'għajnuna mfassal skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom." Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela waqt żjara fl-uffiċċju l-ġdid tal-Probation u l-Parole fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fejn ħabbar li s-servizzi tal-Probation u l-Parole se jibdew ikunu offruti wkoll mill-gżira Għawdxija. Abela qal li l-aħħar statistika turi li dan id- Dipartiment qiegħed jieħu ħsieb aktar minn 1,000 każ ta' sanzjonijiet fil- kommunità, bir-rata ta' dawn il-każijiet prevvista li tkompli tiżdied kull sena kemm f 'Malta u Għawdex. "Din l-istatistika turi l-fiduċja tal-Qrati tal-Maġistrati fis-servizzi offruti mid-Direttorat tal- Probation u l-Parole. Il-fatt li l-Qrati qegħdin jirreferu aktar każijiet lil dan id- Direttorat, turi l-kredibilità li kisbu sentenzi mwettqa fil-kommunità f 'għajnejn il-Ġudikatura." Il-Ministru spjega wkoll li f 'dan il-qasam il-prijorità dejjem tibqa' li jintlaħaq bilanċ bejn il-ħarsien tas-sigurtà tal-pubbliku u r-rijabilitazzjoni tà min ikun iwettaq ir-reat. Huwa rrefera għas-sistema tal-Parole li turi biċ-ċar il-kawtela li din titħaddem biha fejn fis-sena 2013 minn 92 applikazzjoni ngħataw 4 liċenzji tal-Parole u fl-2014 ingħataw 20 liċenzja minn 101 applikazzjoni. "Din is-sena s'issa kien hemm 51 applikazzjoni u ngħataw 12 il-liċenzja. Mis-sena 2013, 10 persuni temmew b'suċċess il- perjodu ta' parole tagħhom, sinjal ċar li l-Parole tingħata biss li l-dawk li jkunu urew li ħaddmu għaliha bil-fatti." Tkellem ukoll fuq l-importanza li għandha tingħata lir-rijabilitazzjoni u r-reintegrazzjoni tal- persuna. F'dan ir-rigward huwa rrimarka li fis-sena 2014 ngħataw 32 sentenza ta' ordni ta' xogħol fil- kommunità u fis-sena 2015 ngħataw 17, filwaqt li ħeġġeġ il-Qrati sabiex ikomplu jżidu t-twemmin tagħhom f 'din it-tip ta sentenza. Il-Ministru temm jgħid li d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole jinkludi wkoll żewġ psikologi għall- benefiċċju tà dawk li jkollhom bżonn għajnuna psikoloġika biex jindirizzaw il-problemi ta' imġieba tagħhom. Tkellem ukoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, li semma' kif dan huwa pass żgħir imma sinjifikanti li juri r-rieda li jiġu offruti f 'Għawdex servizzi li s'issa kienu offruti f 'Malta biss. Huwa nnota kif f 'din il- leġiżlatura infetħu aktar uffiċini f 'Għawdex bħal e-Residence, LEAP, kif ukoll l-Uffiċċju Reġjonali tal- Istatistika, servizzi li jservu biex jinġieb iktar xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin. Il-Ministru Refalo rrimarka li bil-ftuħ ta' dan l-uffiċċju, is-superviżjoni tal-klijenti tkun tista' issir fuq bażi aktar regolari għal klijenti Għawdxin ukoll filwaqt li jinqata kull skariġġ ta' vjaġġar jew li l-klijent ikollu jieħu ġranet apposta maqtugħ mix-xogħol sabiex ikun jista' jżomm kuntatt mal-Uffiċjal tal-Probation. Dan is-servizz se jinbeda billi ikun offrut darbtejn fil-ġimgħa bil-ħsieb li issir evalwazzjoni tiegħu biex jiġi identifikat jekk hemmx bżonn li jiġi offrut aktar frekwenti fil-ġimgħa. Il-Ministri Carmelo Abela u Anton Refalo waqt l-inawgurazzjoni L-immigranti bżonn tama li jgħixu aħjar f 'pajjiżhom – Alfred Sant LEWROPARLAMENTARI Malti Alfred Sant qal li l-Ewropa għandha sfida kbira fil-qasam tal- immigrazzjoni għax eluf ta' nies iridu jidħlu fl-Ewropa. Dan iċ-ċaqliq jirrifletti kriżi umanitarja kbira u qed joħloq anke problemi ta' sigurtà. Fil-preżent m'hemmx biżżejjed programmi jew mekkaniżmi li jindirizzaw dan il-fenomenu. Huwa u jitkellem fuq l-istazzjon televiżiv Grieg NERIT, fejn qal li l-ikbar problema hija l-mod kif qed tkun indirizzata din is- sitwazzjoni għax mhux qed tħalli wisq lok għall- kontroll. Il-kontroll irid ikun parti minn pjan ħolistiku u jrid jinkludi l-pajjiżi li minnhom ġejjin l-immigranti. L-immigranti għandhom bżonn jittamaw li jistgħu jgħixu ħajja tajba f 'pajjiżhom. Bħalissa għad m'hemmx azzjoni politika reali f 'din id-direzzjoni, azzjoni politika li trid timxi pari passu ma' dik li tiġġieled lill-gruppi kriminali traffikanti tan- nies. Mistoqsi minn NERIT dwar kemm hi effettiva li jkollna Ewropa qisha fortizza, Sant qal li minħabba n-nuqqas ta' awtorità li hemm fl-Afrika ta' Fuq, il-Libja mhux qed titmexxa b'mod tajjeb u ma tistax titqies bħala stat stabbli li jħaddem awtorità statali. Sant jemmen li għandu jkun hemm imblokk fl- Afrika ta' Fuq, mhux fis-sens li ma jitħallewx jidħlu u joħorġu l-vapuri – imblokk fis-sens li dgħajjes li ma jkunux xierqa għall-vjaġġi jiġu mwaqqfa u ordnati jerġgħu lura. Dan jista' jsir eżatt barra mill-ibħra Libjani jew anki f 'ibħra Libjani stess. Pjanijiet bħal dawn għandhom jibqgħu fis-seħħ biss sakemm is-sitwazzjoni fil-Libja tistabillizza ruħha. Imbagħad l-Unjoni Ewropea bħala stat tkun tista' tagħmel arranġamenti mal-Istat tal-Libja, qal Sant lill-istazzjon televiżiv Grieg. Il-MEUSAC aġġornat Maltija tal-Kunsill tal-UE "FILJIEM li ġejjin se tkun qed tinżamm laqgħa oħra bejn il-pajjiżi tal-hekk imsejjaħ 'Trio', jiġifieri l-pajjiżi li se jkollhom il-Presidenza bejn Jannar 2016 u Ġunju 2017 – l-Olanda, is-Slovakkja u Malta – f 'Bratislava, is- Slovakkja. F'din il-laqgħa se jiġi diskuss l-ewwel abbozz tal- programm tat-Trio, sabiex wara aktar evalwazzjonijiet interni, eventwalment jiġi approvat uffiċjalment il- programm tal-Presidenza ta' Malta." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Kunsill tal-UE 2017 u għall-Fondi Ewropej, Ian Borg. Borg, li kien qiegħed jindirizza laqgħa tal- Core Group tal-MEUSAC fil-preżenza tal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, ħabbar aktar dettalji dwar il-preparamenti u l-iżviluppi tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2017. Is-Segretarju Parlamentari spjega li dan huwa tragward importanti li se jkun qed jiddefinixxi l-qafas tal- Presidenza Maltija. "Fil- fatt, fost il-prijoritajiet ta' Malta, fuq nett tal- aġenda, ser inkunu qed nimbuttaw 'il quddiem setturi bħall-Mediterran u l-Immigrazzjoni. F'dawn l-oqsma kollha, il-pożizzjoni ta' Malta se tkun qed tiġi mħarsa sabiex jinżamm ir-ritmu li nqabad f 'dawn l-aħħar ġimgħat." Borg qal ukoll li huwa mistenni li r-reviżjoni tal- Politika Ewropea tal-Viċinat tista' tkun qed tiġi konkluża proprju matul il-Presidenza Maltija u dan jitfa' aktar responsabbiltà fuq il- preparamenti u l-ħidma tagħna. L-MPE fuq l-istazzjoni Grieg NERIT