Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 9 %RURĪWD¶VWXGMXOLMLVWJKXMNXQXSDU]MDOPHQWLI¿QDQ]MDWLPLOO8QMRQL(ZURSHD 2SHUDWLRQDO3URJUDPPH,,±&RKHVLRQ3ROLF\ ³1LQYHVWX¿UULĪRUVLXPDQLVDELH[QRƫROTXDNWDURSSRUWXQLWDMLHW¿OZDTWOL QLSSURPRYXWWLVƫLKWDVVRƛMHWD¶´ )RQG6RƛMDOL(ZURSHZ)6( 5DWDWD¶.R¿QDQ]MDPHQW(8)XQGV)RQGL1D]]MRQDOL L-iskema tal-Post-Doctoral Scholars Programme għandha l-għan li tappoġġja programmi ta' riċerka li huma ta' ħtieġa kbira għall-ekonomija u l-aġenda soċjali ta' kull pajjiż. Bis-saħħa ta' din l-iskema pajjiżna qed jimmira li jsaħħaħ il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' riċerka l-livell ta' Post-Doctoral. Malta għandha bżonn kbir li żżid ir-riżorsi umani tagħha r-riċerka u l-innovazzjoni. Xi kundizzjonijiet japplikaw. L-iskema REACH HIGH Scholars Programme hija amministrata mit-Taqsima tal-Boroż ta' Studju ħdan id- Direttorat għall-Implimentazzjoni ta' Programmi L-applikazzjonijiet jagħlqu d-19 ta' Ġunju 2015 f 'nofsinhar (ħin lokali). SAĦĦA R-RIĊERKA TIEGĦEK! L-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BOROŻ TA' STUDJU HUMA MIFTUĦA. CHRISTA BOFFA ILPAJJIŻI tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, se jieħdu 40,000 mill- immigranti li jaslu fl-Italja u fil-Greċja u li jkunu qed ifittxu l-ażil. Dan ser isir fuq perjodu ta' sentejn, u huwa parti mill-mekkaniżmu Ewropew biex tiġi miġġielda l-problema tal- immigrazzjoni li dan l-aħħar reġgħet għolliet rasha bħal qatt qabel. Il-pajjiżi ser jingħataw €6,000 għal kull immigrant li jospitaw. Din l-iskema tapplika biss għal 24,000 immigrant li jaslu fl-Italja, u 16,000 li jaslu fil-Greċja mix-xahar li għadda, u li għandhom iċ- ċans li jingħataw l-ażil. Din l-iskema ma tkoprix dawk li qed jaħarbu minħabba sitwazzjoni ekonomija jew immigrant irregolari oħra. L-iskema tkopri biss dawk in-nazzjonalitajiet li 75% tat-talbiet għall-ażil tagħhom kienu ta' suċċess – li jfisser li probabilment huma biss Sirjani u immigranti mill- Eritrea. William Lacy Swing, il-kap tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall- Immigrazzjoni ddeskriva l-immigrazzjoni bħala "kwistjoni tossika fuq l-politika tal-Ewropa." Saħaq li l-politika tal-immigrazzjoni qatt żammet il-pass mar-realtà tal-immigrazzjoni. Franza, Spanja u pajjiżi tal- Ewropa ċentrali u tal-Lvant jidher li xejn m'għoġbuhom l-pjanijiet għal dawn il-kwoti. F'April il-ministri tal-intern mit-28 pajjiż qablu li jekk ħa jkun hemm tqassim ta' refuġjati, għandhom ikunu l-pajjiżi li jagħżlu jidħlux għaliha jew le – li mhux il-każ bil-pjanijiet il-ġodda tal-kummissjoni hekk kif id- distribuzzjoni tal-immigranti tkun waħda mandatorja. Il-Ġermanja, l-Iżvezja u l-Awstrija li l-aktar li ħa jieħdu immigrant, flimkien mal-Italja u l-Greċja huma favur il-pjan. Ir-Renju Unit huma eżenti milli jieħdu sehem, hekk kif minħabba t-tip ta' negozzjar li kien sar fil-każ tagħhom meta daħlu fl-UE, huma jistgħu jagħżlu li ma jieħdux sehem f 'xi politika li ma togħġobhomx. L-istess jgħodd għad-Danimarka. L-Irlanda, li wkoll mhux obbligata tieħu sehem fil-politika tal-ażil tal-UE qalet li ħa tieħu xi immigrant xorta waħda. Malta ma tikkwalifikax għall-istess mekkaniżmu minħabba li n-numru ta' immigranti li waslu fi gżiritna naqsu tul dawn is-sentejn. Il-Kummissjoni iżda qalet li l-istess proviżjoni ta' emerġenza tista' tiġi applikata għal Malta li kieku taffaċja l-istess influss ta' immigrazzjoni. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Interni Karmenu Abela ddikjara li Malta ħa taċċetta li tospita immigranti li jkunu waslu fl-Italja u fil-Greċja, bħala turija ta' solidarjetà maż-żewġ pajjiżi. Abela sostna li l-145 immigrant li Malta ħa tospita kull sena għal sentejn "m'huma xejn imqabbla man-numri ferm superjuri li Malta kellha ġġorr waħidha fil-passat," fejn kompla jgħid li dan hu "l-mument tal-verità u ma nistgħux immorru lura minn dak li dejjem insistejna fuqu," hekk kif sostna li Malta dejjem fittxet is-solidarjetà mill-Istati Membri l-oħra. Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea, fosthom li l-pajjiżi li jaqsmu l-piż tal-immigrazzjoni jibdew jitħallsu skont in-numru ta' immigranti li jospitaw, għad trid tiġi approvata mill-Kunsill Ewropew f 'Ġunju. aġġornat dwar il-Presidenza tal-UE fl-2017 Huwa rrefera wkoll għas- sitwazzjoni fir-Renju Unit u qal li kif inhu mistenni, Malta se tkun qed issegwi mill-qrib kull żvilupp li se jkun qed iseħħ fid-dawl tar-referendum imwiegħed mill-Prim Ministru Ingliż, David Cameron. Żied jirrimarka li r-Renju Unit jibqa' membru fit-Trio suċċessiv għal dak ta' Malta u allura bl-ebda mod mhux mistenni li jkun hemm xi impatt mill-aspett loġistiku fil-preparamenti tagħna, tkun xi tkun iċ-ċirkostanza f 'dan ir-rigward. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg indirizza laqgħa tal-MEUSAC L-iskema tapplika għal 40,000 immigrant li jaslu fil-Greċja u l-Italja Il-Ministru għall-Affarijiet Interni jgħid li dan mhu xejn meta mqabbel mal-piż li ġarret waħidha Malta fil-passat Malta se tospita 300 immigrant li waslu l-Italja u l-Greċja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015