Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
€1.00 Nr 451 • 07 ta' Ġunju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt Republic Street, Valletta next to the Courts Kieku ma nbidilx l-istatut Philip Fenech u Pawlu Abela kienu jiġu mitluba jirriżenjaw PAWLU Abela, President tal-GRTU, Philip Fenech membru tal-kumitat tal-GRTU u Ċensu Farrugia l-eks Direttur Ġenerali tal-GRTU ser ikunu qed jaffaċċjaw proċeduri kriminali b'konnessjoni ma' sperġur fil-każ kriminali Pulizija kontra Sandro Chetcuti. Fil-jiem li ġejjin it-tlett persuni ser jiġu affaċċjati f 'proċeduri kriminali, ibbażati fuq konklużjonijiet tal-maġistratura li qalet it-tlett persuni ma kinux qalu l-verità. Infatti f 'ċerti każijiet influwenzaw jew inkella ivvintaw fatti. Sperġur jista', f 'każijiet estremi, iwassal għal sentenza ta' ħabs. Huwa mistenni wkoll li din l-proċedura kriminali twassal għar-riżenja ta' Pawlu Abela u Philip Fenech mill-GRTU, għax skont il-prassi skont l-istatut antik ta' qabel 2010 jekk persuni fl-eżekuttiv ikun qed jaffronta akkużi kriminali ma jistax jokkupa kariga uffiċċjali. Issa bl-istatut l-ġdid mibdul mit-tifel ta' Ċensu Farrugia, bniedem irid jinstab ħati biex jitkeċċa. Infatti Sandro Chetcuti kien mkeċċi mill-kumitat meta kien ġie akkużat, u Mario Debono ma tħallix ikun viċi president meta kien ġie akkużat mill-Pulizija f 'każ separat relatat ma' importazzjoni ta' mediċini. Il-każ klamoruż li kien beda meta Chetcuti li kien membru attiv tal-GRTU, u bagħat messaġġi elettroniċi bi żball lil Ċensu Farruġia. Dawn kienu mmirati għal Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni tal- Partit Laburista. Li kien ġara hu li wara Chetcuti kien żar lil Farrugia fil-kwartieri tal-GRTU u kien hemm tilwima bejn it- tnejn, liema inċident inbiddel f 'każ fejn il-Pulizija mhux biss inkarċeraw lil Chetcuti, imma riedu jakkużawh b'attentat ta' qtil. Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 4 SATIRA MILL POODLE Paġni 14-15 SER JITTELLGĦU LQORTI FUQ SPERĠUR Pawlu Abela, Philip Fenech u Ċensu Farrugia ser jaffaċċjaw proceduri kriminali fuq sperġur FREDERICK ATTARD IRRIŻULTATI fit-turiżmu li ġew reġistrati s'issa matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena jindikaw kontinwazzjoni b'saħħitha tax- xejriet pożittivi li seħħew matul l-aħħar sentejn. Dawn ir-riżultati qatt m'għandna nnaqqsu l-apprezzament tagħna lejhom għaliex mhux faċli li wieħed isostni tkabbir rekord b'aktar tkabbir rekord fi kwalunkwe attività ekonomika inkluż it-turiżmu. Matul il-perjodu bejn Jannar u April ta' din is-sena, in-numru ta' turisti li ġew Malta qabeż iċ-ċifra ta' 400,000 turist sabiex laħaq l-ammont rekord ta' 402,490 turist li tirrapreżenta żieda ta' xejn inqas minn 5.7% fuq l-istess xhur tas-sena l-oħra. Indikazzjonijiet għax-xahar ta' Mejju jagħtuna x'nifhmu li dawn ir-riżultati sbieħ huma mistennija jkomplu għal matul dan ix-xahar ukoll. F'dan l-istess żmien, in-numru ta' ljieli li qattgħu fostna t-turisti żdied bi 3.5%, filwaqt li n-nefqa mit-turisti rreġistrat żieda impressjonanti ta' 6.8% sabiex laħqet iċ-ċifra totali ta' €311.2 miljun. Kollox jindika staġun tajjeb