Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 I ltqajt ma' Franco Debono -uċċju tiegħu l-Belt u spiċċajna nitkellmu u niddiskutu fuq kollox għal sagħtejn u nofs sħaħ. Ikolli nammetti li Franco hu persuna mill-aktar interessanti, persuna għani b'intelliġenza kbira u b'losoja intensa, u mhux politiku biss. Fattur interessanti u kurjuż hu li l-ġurnata tad-9 ta' Marzu hi sinonima wisq miegħu. Twieled fid-9 ta' Marzu 1974; fid-9 ta' Marzu 2000 ħa l-warrant ta' avukat; fid-9 ta' Marzu 2008, l-għada tal-votazzjoni, kienet il-ġurnata li ġie dikjarat elett fil- Parlament; u fid-9 ta' Marzu 2013 seħħet bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiz b'telfa kbira għall-Partit Nazzjonalista li kienet tirrifletti, tista' tgħid, il-kritika li kien qed jagħmel Franco fl-aħħar sena tal-leġiżlatura minħabba riformi li ma ġewx implimentati. Ma ridtx nitkellem ma' Franco Debono dwar x'ġara eżatt fil-passat mal-Partit Nazzjonalista, għax dak jafu kulħadd, tkellem dwaru kulħadd u ma nafx kemm il-programm televiżiv sar dwaru - ridt nitkellem miegħu dwar dak li qed jagħmel fil- ġurnata tal-lum. Minkejja kollox staqsejtu jekk jistenniex xi forma ta' apoloġija mill- Partit Nazzjonalista u bi trankwilità kbira weġibni, "inħalli l-istorja tkompli tgħaddi l-ġudizzju tagħha kif diġà bdiet tgħaddi. Jien inħares 'l quddiem. Nemmen li ħadd mhu perfett u kulħadd jitgħallem mill- iżbalji tiegħu. Riċentament kemm Simon u kemm Joseph irrikonoxxew pubblikament li li kellhom ireġġgħu l-arloġġ lura, ċerti deċiżjonijiet jeħduhom differenti. Jien għandi għal qalbi ħafna l-ġid tal-pajjiż." Interessanti wkoll li nzerta li t-teżi biex laħaq avukat kienet dwar The Constitutional Implications of Party Organisation and Party Finance' (1999), li tittratta l-istess suġġetti li tant tkellem dwarhom fil-parlament - r-rwol ta' deputat, l-istruttura interna tal-partiti u fuq kollox liġi dwar il-finanzjament tal-partiti li aktar min għaxar snin wara li kitibha, issa għaddejja mill-Parlament. Fis-16 ta' Mejju 2012 Franco Debono fil-parlament kien qal, ''Sur President, ejja nemendaw il- Kostituzzjoni. Nixtieq ngħix f 'pajjiż fejn ikun hawn aktar rispett lejn il-Kostituzzjoni u fejn ikun hawn aktar għarfien tal-Kostituzzjoni. Jekk tmur hemm barra u tistaqsi lin-nies x'inhi l-Kostituzzjoni ħafna minnhom lanqas jgħidulek. Ossessjoni bil-partiti għandna! Nixtieq ngħix f 'pajjiż fejn il-Kostituzzjoni hija aktar rispettata bħala parti mill-identità nazzjonali tagħna. Nixtieq ngħix f 'pajjiż fejn dan il-Parlament ikollu aktar dinjità u d-dinjità ma tiġix biss bil-bini tal-Parlament! Jien naqbel mal- bini ta' Parlament. Għaliex le? Però jien nemmen li waqt li qed nibnu Parlament għandna nkunu qed nemendaw ukoll l-istanding orders u nippreparaw liġi għall-awtonomija tal-Parlament.'' Tliet snin eżatt wara Debono nħatar bħala chairperson għall-għarfien tal-Kostituzzjoni mill-istess partit li dak iż-żmien kien fl-oppożizzjoni fejn illum qed jiggverna minn dak il-Parlament li nbena ġdid. "Il-kwistjoni tiegħi qatt ma kienet l-amministrazzjoni tal-partit, iżda l-proposti li għamilt fejn xtaqt nara riforma fil-liġi, ġustizzja u kostituzzjoni. Li nista' ngħid hu li kieku ġew implimentati dak iż-żmien kien igawdi l-PN u l-poplu u jien qatt ma kont nivvota kontra l-PN." Staqsejtu għaliex il-Partit ma kienx taha kasu dak iz-żmien li kien qed jipproponi mijiet ta' proposti fil- ġustizja, fil-finanzjament tal-partiti, proposti għal titjib fin-Nofsinhar partikolarment Birżebbuġa u Marsaxlokk - il-lokalitijiet li minnhom ġie elett u qalli "naħseb dik d-domanda trid issir lill-partit jew lil xi individwi fil-partit dak iż-żmien. Ir- riformi li kont qed nipproponi mhux biss kulħadd jaqbel magħhom b'mod ġenerali, iżda kienu kompletament konformi mal-kredu politiku tal- partit. Kieku ġew implimentati kienu jkunu ta' benefiċċju għall-partit.'' Kien hawn fejn Franco ħareġ ktieb oħxon li jinkludi l-proposti kollha għar-riforma tal-ġustizzja - il- laqgħat tal-Kumitat Parlamentari ta' Konsolidazzjoni tal-Liġijiet li kien jippresjedi. "Il-mozzjoni privata u dawn l-laqgħat jifformaw l-qalba tar- riforma kollha li ġiet konfermata sentejn wara mir-Rapport Bonello. Dan hu ta' sodisfazzjon għalija li persuni hekk distinti kkonfermaw l-analiżi li kont għamilt bir-riżorsi limitati ta' backbencher. Dokumenti preżentati u proposti ġew meħuda lock, stock and barrel u inklużi fir- Rapport Bonello u nieħu gost li l-PN illum qed jivvota u jikontribwixxi fid-diskussjoni dwar dawn il-proposti. Bħalma qed jikontribwixxu għal- liġi tal-finanzjarjament tal-partiti li għaddejja bħalissa fil-Parlament fi spirtu ta' kooperazzjoni fejn jien involut direttament fiha u nassisti lil Ministru Owen Bonnici u nattendi l-kumitat tal-abbozzi ta' liġijiet." Ma stajtx ma nistaqsihx jekk iħossx in-nuqqas tal-fatt li mhux membru parlamentari, "nħoss in-nuqqas tiegħu l-Parlament, għax l-politika qegħda fija u passjonat dwarha kif jaf kulħadd. Iżda assigurajt ruħi li għidt dak li kelli ngħid meta kont fil-Parlament, u li kieku qiegħed illum fil-Parlament m'għandix xi nżid mal-proposti li kont għamilt. Assenti mill-Parlament però preżenti u rilevanti fir-riformi peress li r-riformi tal-ġustizzja, l-liġi tal-finanzjament tal-partiti u riforma kostituzzjonali llum huma fiċ-ċentru tad-dibattitu politiku." Tkellem miegħi dwar proposti li għamel tliet snin ilu u llum kollha jinsabu jaħdmu bħal union tal- Pulizija, il-qorti tad-droga, it- televiżjoni fil-Parlament u l-avukat għall-arrestat u ruxxmata proposti ohra li wiehed jista facilment jara mid-diskorsi tal-Parlament. Iżda l-aktar li jinsab kuntent hu li fl-aħħar dak li tant kien ilu jħambaq seħħ li s-seduti Parlamentari jkunu mxandra fuq t-televizjoni. "Jien dak ridtu ħalli dawk id-deputati li jaħdmu fil- Parlament għax għandom messaġġ x'iwasslu u proposti x'jimbuttaw ikunu jistgħu jaħdmu u l-Parlament jingħata d-dinjità li tixraqlu. Il-poplu jkun jista' janalizza u jevalwa meta tiġi elezzjoni. Il-poplu jista' jsegwi dibattiti li jinteressawh dwar dak li jibdlilhom l-mod kif jgħixu fil-pajjiż. Kieku kien hemm it-televiżjoni fil-leġiżlatura li għaddiet l-poplu seta' jisma' l-proposti ta' riformi li kienu jsiru. Darba kont rrimarkajt li sfortunatament kellna demokrazija zoppa - Parlament jaħdem bir-radju u qrati jaħdmu bil- casette tapes." Fil-fatt hawnhekk fakkart lil Franco kien hemm min jaqbad miegħu fuq ħmerijiet bħaċ-ċertifikat tal-eżami meta kien hemm ħafna aktar x'wieħed jomgħod fuq dak li kien qed isir, u li joħroġ ċar mid-diskorsi Parlamentari. Min-naħa tiegħi staqsejtu wkoll jekk it-televiżjoni jistax jitrasmetti dibattiti, illetikar u insulti li jistgħu jwaqqgħu l-livell tal-Parlment mal-poplu kollu, "it-televiżjoni hu bhal ħabel li bih tista' ssalva inkella bih tista' titgħallaq. Iżda dak id-deputat li jaħdem se jidher żgur. Il-poplu jara li għandu jara, tajjeb jew ħażin, imbagħad jaħseb, jixtarr u jiddeċiedi, imma għallinqas jista' jara, tajjeb jew ħażin!" Franco, filwaqt li beda jxejjer il-ktieb l-oħxon quddiemi, qalli, "ir-riforma ma bdietx la fil-mozzjoni tiegħi u lanqas fil-Kumitat ta' Konsolidazzjoni li kont nippresjedi, u lanqas fir- Rapport Bonello, iżda twieldet fil-kuritur u fl-awli tal-Qorti u hija monument ħaj għal dawk il-vittmi li batew ksur ta' drittijiet minħabba difetti u nuqqasijiet fis-sistema li r-riforma hija maħsuba sabiex tirrimedja. Tajjeb nilleġiżlaw għall- futur, iżda ma ninsewx nagħmlu ġustizzja ma dawk li batew.'' Qalli li hu qatt ma qabel li l-ġustizzja u l-intern għandhom ikunu taħt dekasteru wieħed u spjega kif iħoss li din kienet waħda mill-akbar problemi fis-settur. Spjega wkoll li flimkien mal-introduzzjoni tad-dritt tal-avukat lill-persuni arrestati, li hu wkoll imbotta, iħoss li dawn kienu l-akbar żewġ bidliet fis-settur fl- aħħar snin. Illum din s-separazzjoni bejn l-ministeri tifforma parti mis- sistema tagħna, wara li Jospeh Muscat qasam l-istess ministeri ftit xhur wara l-elezzjoni. Kien wasal il-ħin għal riforma tal- kostituzzjoni, il-poplu Malti kemm hu familjari, kemm hu midħla u kemm jaf il-kostituzzjoni xi tfisser, "stħajjel persuna dilettanta tal-futbol, issegwi b'passjoni iżda mhix familjari mar- regoli tal-logħba. Allura tim A jgħid offside, tim B jgħid le. Dan kif se jiddeċiedi? Anke jekk se jibqa' jżomm mat-tim tiegħu xorta hu essenzjali jkun jaf ir-regoli sew. Inkella jkun qed jidħaq bih innifsu. Bl-istess mod, hu importanti li l-poplu jkun familjari mal-istituzzjonijiet, mar- regoli tal-logħba politika, l-funzjoni tal-parlament, c-checks and balances bejn Parlament, gvern u qrati u d-differenza ta' bejniethom. ''Waħda mill-akbar riformi li issa jeħtieg f 'dan il-pajjiż hija li l-istituzzjonijiet jitqegħdu fiċ-ċentru. Il-partiti mezz sabiex pajjiż ikollu istituzzjonijiet b'saħħithom peress li kienu bla regolamentazzjoni kważi xejn l-partiti ħadu ħafna mill-ispazju li suppost għandom jokkupaw l-istituzzjonijiet u din l-bidla hija l-isfida tagħna bħala poplu fis-snin li ġejjin u dan id-dibattitu kostituzzjonali għalekk hu kruċjali'' "Għalhekk se ssir kampanja intensiva għall-għarfien tal-kostituzzjoni mal-poplu, fejn anke se nagħmlu sit informattiv, maħsub li nibagħtu verżjoni mqassra tal-Kostituzzjoni f 'kull dar kif ukoll verżjoni għat- tfal biex nseddqu din l-imħabba u għarfien lejn l-Kostituzzjoni bħal wieħed mill-elementi prinċipali ta' identità nazzjonali minn età tenera. Qed nieħdu gost naħdmu bħala tim. Diġà ltqajna mal-President u mal- "Li kieku l-Partit Nazzjonalista implimenta l-proposti li saru -aħħar legiżlatura u li qed jitwettqu llum, probabbli kien jevita ħafna mill-maltemp li sfortunatament għadda minnu'' "Assenti mill-Parlament però preżenti John Busuttil illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015