Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 23 Bijografi ji J INSTAB il-Birgu u twieled mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann f 'Malta fl-1530 – il- Palazz tal-Inkwiżitur huwa biss wieħed mill-binjiet li jattira turisti, imma wkoll Maltin lejh. Fih wieħed jista' jesperjenza realtà ta' żmien differenti iżda wieħed li żgur mhux forsi jqajjem interess kemm għall-wirt storiku li joffri, imma wkoll ħarsa lejn l-ħajja u d-drawwiet Maltin taż-żmien meta dan il-palazz kien fl- aqwa tiegħu. Casa dolce casa għal 62 inkwiżitur Taljan Il-Palazz tal-Inkwiżitur inbena propjament mill-Kavallieri, meta waslu Malta u meta mxew biex jgħixu l-Birgu bdew ifittxu li jibnu dak kollu li kellhom bżonn. Il-bini oriġinarjament kien iservi bħala dak li hu magħruf bħala is- santi uffizzi, jiġifieri l-qorti ċivili. Eventwalment iżda, il-Kavallieri mxew lejn il-belt l-ġdida – il-Belt Valletta u dan il-bini spiċċa battal. Kien hawn li ngħata lill-inkwiżitur. L-ewwel wieħed li daħal jgħix f 'dan il-palazz kien Pietro Dusina, l-ewwel inkwiżitur għal Malta fl-1574. Dusina kien delegat tal-Papa u ħa dan il-palazz bħala uffiċju tiegħu. Hu kien inbagħat Malta biex isib soluzzjoni għad-diżgwid li kien hemm bejn il-Gran Mastru la Cassiere u l-Isqof Martino Roiaz. L-inkwiżitur min kien? L-inkwiżitur kien uffiċjal tal- organizzazzjoni tal-Inkwiżizzjoni – li riedet teqred l-ereżijiet u affarijiet oħra li jmorru kontra t-tagħlim tal-fidi Kattolika. L-inkwiżizzjoni nbdiet fl-1542 mill-Papa Pawlu III u kienet topera f 'kull settur tal-ħajja u tal-gvern – għassa għal kull ereżija fosthom id- dagħa, l-apostasija, bigamija, il-maġija, u l-qari ta' kotba projbiti. Ħafna mill-Inkwiżituri li kienu f 'Malta kellhom futur brillanti, hekk kif per eżempju, Fabio Chigi spiċċa sar il-Papa Alessandru VII u Antonio Pignatelli sari l-Papa Innoċenti XII. Din tal-aħħar kienet tħasseb lill- inkwiżituri sew fis-seklu 16, hekk kien hemm biża' mill-kotba projbiti li bdew jiddaħħlu f 'Malta mill-Protestanti Barranin. Fis-seklu 17 jidher li l-inkwiet tagħhom aktar kien il-prattika tal- maġija li bdiet issir aktar komuni fost l-iskjavi Misilmin – b'biża' li n-nisa Maltin kienu ser jiġu affettwati. Mas- seklu 18 l-inkwiżizzjoni bdiet titlef ftit is-saħha tagħha, u kienet tiffoka l-iktar fuq iż-żieda li kien hemm fid-dagħa, fil- bigamija u fl-apostasija għall-Iżlam. Palazz kontinwament jinbidel Ma jistax jonqos li palazz li biddel daqstant residenti ma jinbidilx skont il-bżonnijiet u l-gosti ta' min ikun qed jgħix fih. Per eżempju, l-Inkwiżitur Russo kien żied il-kappella li fl-1696. Bidliet oħra fis-swali u fl-arkitettura kienu jinkludu ż-żieda ta' kmamar privati mill-Inkwiżitur Pannellini. Il-ġnien kien miżjud mill-Inkwiżitur Chigi, li mbagħad iċċekken mill-Inkwiżitur Pannellini biex minflok jitpoġġew iċ-ċelel. Iżda minkejja l-bidliet kollha li jsirulu, dan il-palazz huwa l-unika wieħed bħat-tip tiegħu fl-Ewropa li għadu wieqaf sa minn meta nbena l-ewwel darba. Il-palazz tal-priġunieri Minkejja r-rikezzi li jinsabu f 'dan il-palazz, wieħed ma jistax jinsa li dawn kienu jospitaw ukoll lil dawk li jxellfu difrejhom mal-liġi kattolika – il-priġunieri. Kien hemm żewġ sezzjonijiet – waħda għad-detenzjoni qabel ma jidher l-akkużat quddiem il-qorti, u waħda għad-detenzjoni – li kienet tintuża wara s-sentenza. Is- sentenzi tal-ħabs minkejja li frekwenti, ma kinux ikunu twal – xi jiem jew ftit jiem. Dawn is-sentenzi tant kienu frekwenti li l-Inkwiżitur Chigi fis-snin 30 tas-seklu 17 kellu jnaqqas ir-ritmu tal-issentenzjar għaliex iċ-ċelel tant kienu mimlija li ma setgħux joqogħdu aktar priġunieri. Il-ħajja fiċ-ċelel ma kinitx daqshekk gravi daqskemm kienet f 'ħabsijiet oħra tal-istess żmien. Fiċ-ċelel tal-Inkwiżitur, il-priġunieri setgħu jirċevu rigali u ikel minn ħbieb u qraba – ħaġa mhux possibbli fil-ħabsijiet l-oħra hekk kif in- nisa u t-tfal kienu jitpoġġew f 'ċelel ma' adulti kriminali, f 'ċelel bla sodod jew sistema tad-drenaġġ – jew l-ekwivalent tagħha f 'dak iż-żmien. Fil-ħabsijiet tal-Inkwiżitur l-priġunieri setgħu jieklu xħin riedu, u setgħu jużaw xemgħat mal-lejl – u fuq kollox kellhom sodod magħmula mit-tiben u setgħu jittattew bil-kutri. Xi wħud miċ-ċelel kellhom ukoll faċilitajiet tat-toilet, filwaqt li oħrajn setgħu jużaw toilets li ma kinux fiċ-ċella stess. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kienu jaraw li l-ħabsin tal-Inkwiżizzjoni jkunu b'saħħithom, b'tobba jżuruhom ta' spiss, kif ukoll mediċina jew inkella servizz ta' sptar jingħata lil min kellu bżonnha. Ma jistax jonqos li l-Inkwiżitur jieħu ħsieb il-bżonnijiet spiritwali tal-priġunieri – kemm permezz ta' Quddies, kif ukoll ta' qrar u lezzjonijiet tal-katekeżi. Interessanti kif qabel jitilqu mill-ħabs, il-priġunieri kienu jridu jaħilfu li ma jgħidux x'raw jew x'semgħu fil-ħabs – ħaġa li ġġiegħel lil bosta jitħassbu dwar jekk fil-ħabs l-affarijiet kinux jimxu ward u żagħar daqskemm jingħad. Kienu bosta mill-priġunieri li kienu jipprovaw jaħarbu, l-aktar mal-lejl. Pietro Licini, priġunier minnhom, mhux talli rnexxielu darba, imma talli rnexxielu jaħrab tmien darbiet bejn l-1697 u l-1698. Oħrajn il-ħarba tagħhom ħaduha billi ħadu ħajjithom b'idejhom. Wara l-Inkwiżizzjoni Il-perjodu tal-Inkwiżizzjoni ntemm mal-wasla ta' Napuljun, meta fl-1798 ġie Malta u keċċa lill-Gran Mastru Hompesh u l-bqija tal-Kavallieri. Hawn il-palazz reġa' safa battal. Meta mbagħad ġew l-Ingliżi dan il-bini sar sptar, u wara sar post fejn jiltaqgħu s-suldati tas-servizz. Fl-1926 dan sar parti mid-Dipartiment tal- Mużewijiet. Illum il-Palazz iservi bħala mużew kemm tal-perjodu tal-Inkwiżizzjoni f 'Malta, kif ukoll tal-etnografija – jiġifieri l-istudju dwar id-drawwiet, tradizzjonijiet u l-mod ta' kif kienu jgħixu missirijietna. Dan ifisser li minbarra l-bini li qiegħed dejjem jingħata aktar ħajja permezz ta' kċejjen, it-tribunal u l-kwartieri fejn kien jgħix l-inkwiżitur li qed jiġu armati b'kif kienu jidhru fil-passat, biex jagħtu aktar effett, hemm spazzji oħra li jintużaw għall- etnografija. Dan jagħmel aktar sens meta wieħed jikkunsidra x'valur kellu dan il-palazz għas-soċjetà devota u Kattolika Maltija, ħaġa li dejjem affettwat kull aspett ieħor tal-kultura inkluż it-tradizzjonijiet, il-kulti u d-drawwiet. Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Il-palazz jinstab fil-Birgu Waħda mis-swali fuq ġewwa Il-Palazz tal-Inkwiżitur u l-ħabs tal-midgħi