Illum previous editions

illum 7 june 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 31 SPORTSillum Futur -Istati Uniti għal Ashley Cole u f 'Abu Dhabi għal Gervinho? ILPLEJER Ingliż ta' Roma, Ashley Cole, li niftakruh fil-passat riċenti ikollu staġuni mill-aqwa kemm ma' Chelsea, kif ukoll mat-tim nazzjonali Ingliż, jidher li qed jiġbed l-attenzjoni tat-tim li jimmilita fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti, New York City. Dan l-istess klabb ftit tal-ġimgħat ilu assigura s-servizzi tal-player veteran Frank Lampard mingħand Manchester City, liema fatt jista' tabilħaqq isaħħaħ il-vuċijiet li qed jisħqu li Ashley Cole, jista' jibda avventura ġdida fl-Istati Uniti. Frank Lampard u Ashley Cole jafu lil xulxin sew hekk kif kienu jilagħbu flimkien ma' Chelsea. Saħansitra, dan it- trasferiment jista' jkun konkluż fil-jiem li ġejjin, hekk kif fis-sigħat li għaddew id-direttur sportiv ta' Roma, Walter Sabatini, iltaqa' b'mod personali mad-diriġenti ta' New York City. Madanakollu, ma ħarġet l-ebda informazzjoni rigward l-eżitu ta' din il- laqgħa privata bejn iż-żewġ naħat in kwistjoni. Intant, wara staġun li beda tajjeb għal Roma iżda li ntemm kompletament b'mod oppost, jidher li xi plejers importanti se jkunu qed iħallu lill-Gialllorossi fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Fost dawn il-plejers, insibu lill-plejer mill-Kosta tal-Ivorju, Gervinho, fejn forsi b'sorpriża għal xi wħud, dan jidher li se jkun qed ifittex li jibda avventura ġdida fil-karriera tiegħu ma' Al-Jazira - klabb minn Abu Dhabi. Huma lesti li jħallsu lil Roma s-somma ta' €14-il miljun biex jakkwistaw is-servizzi ta' dan il-player ferm veloċi. Madanakollu, id-Direttur Sportiv ta' Roma, Walter Sabatini, għadu mhux ċert x'se jkun il-futur ta' Gervinho u ma ta l-ebda assigurazzjoni lil Al-Jazira, rigward hux se jkunu qed jassiguraw ruħhom minn dan il-player, jew le. Riamrkabbli huwa l-fatt li ma' Al-Jazira digà hemm plejer ieħor li fil-passat riċenti kien jilgħab ma' Roma fl-Italja. Dan m'huwa ħadd ħlief l-attakkant prolifiku Montenegrin, imwieled fl-1 ta'Ottubru tal-1983, Mirko Vucinic. Il-plejers ta' Roma Gervinho u Ashley Cole fl-azzjoni Staġun memorabbli għal Fleur-de-lys Office Group LISTAĠUN 2014-2015 kien wieħed mill-aktar memorabbli għall-Fleur- de-lys Sports Association, li għal staġun ieħor kellha l-appoġġ ta' Office Group Ltd, fejn intrebħu l-unuri fit-tliet dixxiplini li t-timijiet li jaqgħu taħt il- kappa tagħha jipparteċipaw fihom. Champions Nazzjonali tal- Volleyball tan-Nisa It-tim tan-nisa irrepeta is-suċċess ta' sena ilu, hekk kif reġa' spiċċa fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat tal-volleyball u b'hekk in- nisa tal-volleyball ta' Fleur- de-lys Office Group spiċċaw inkurunati bħala Champions tal-Volleyball lokali tan-nisa. Kien staġun li beda bit- tajjeb bir-rebħ tas-Super Cup lokali u spiċċa bl-istess mod bir-rebħ tal-kampjonat tal-Volleyball lokali. It-team tan-nisa kien ghal parti kbira minn dan l-istaġun immexxi mill- kowċ Alton Caruana, li għaraf juża l-aqwa elementi li kellu fit-tim biex iwassal lit-tim tan-nisa ta' Fleur-de- lys Office Group għar-rebħ tad-Double għat-tieni sena konsekuttiva. Fleur-de-lys Silverblacks Office Group : Champions Nazzjonali tan-Netball Dan kien it-tieni staġun konsekuttiv bla telfa għal Fleur-de-lys Silverblacks Office Group fil-kampjonat lokali tan-Netball. Dan wara li t-team li ġie ffurmat mill-ġdid fl-istaġun li għadda, beda l-esperjenza tiegħu mit-Tieni Divizjoni u spiċċa dan l-istaġun bħala Champion tal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni lokali tan-Netball. Taħt it-tmexxija ta' Stephania Cassar u Helga Turban, ic-Champions lokali tan-Netball waslu għal dan is-suċċess minghajr telfa waħda f 'żewġ staġuni. Fleur-de-lys Silverblacks Office Group huma iffurmati minn l-aqwa elementi tan-Netball f 'pajjiżna, b'bosta plejers jiffurmaw parti mill- iskwadra Nazzjnali tan- Netball, kemm ta' taħt il-21 sena kif ukoll l-iskwadra tal-kbar. Promozzjoni għal Fleur- de-lys Konica Minolta fil-futbol It-tim tal-futbol ta' Fleur- de-lys kompla bl-avventura tiegħu fil-kampjonat lokali SWAN, billi spiċċa l-istaġun bħala wieħed mit-timijiet promossi għall-ewwel diviżjoni. B'hekk fl-istaġun li ġej it-team ta' Fleur- de-lys Konica Minolta se jingħaqad mal-kumplament tat-timijiet li jipparteċipaw f 'din id-divizjoni u jkompli bl-avventura tiegħu f 'dan il-kampjonat li issa ilu jipparteċipa fih għal 4 staġuni. It-tim ta' Fleur-de-lys Office Group bit-tazza tar-rebħ tal-Kampjonat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 june 2015