Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/523872
Il-Ħadd 07 ta' Ġunju 2015 | illum 5 JOHN BUSUTTIL LARGUMENT dwar għandux jibqa' jintrama armar tal-festa fuq il-bankini hu argument li qed iqum fuq is- siti soċjali. Dawk id-dilettanti tal-festa li jagħmlu sena sħiħa jippreparaw l-armar għal dik il-ġimgħa tal-festa jarawha kattiva li ma jitħallewx jarmaw dak l-armar li jarrikkixxi din il-kultura Maltija li tant hi popolari sew mal-istess Maltin u anke mat-turisti. Iżda wieħed irid jifhem ukoll li hawn nies li biex jgħixu ħajjithom iridu jużaw is-siġġu tar-roti. Dawn tieqaf ħajjithom f 'dik il-ġimgħa tal-festa għaliex il-bankini jiġu ingumbrati minn armar tal-festa. Hawn oħrajn li anke bil-pushchairs ma jistgħux jgħaddu minħabba dan l-armar u jridu jissugraw li jaqilgħu xi daqqa ta' karozza meta jridu jgħaddu f 'nofs ta' triq billi fuq il-bankina jkun hemm l-armar, u taħt il-bankina karozza ipparkjata. Id-dilettanti tal-festa min-naħa tagħhom qed jgħidu li hemm min irid jeqred il-festa tradizzjonali Maltija. "Il-Festi mhux il-problema, in-nuqqas ta' ħsieb u ippjanar joħolqu l-problemi," qalilna Oliver Scicluna, iċ-chairman tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita (KNPD) li kompla, "din sitwazzjoni fejn irid jintlaħaq kompromess u mhux naħlu l-ħin nargumentaw li jħalluna bla riżultati. Xi kultant is-sens komun jaf jiffaċilita ħafna l-ħajja ta' persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti u l-festi jkunu aktar aċċessibli għal kulħadd." "Jintuża l-argument ta' 'u ijja mhux dawk il-ġimgħatejn tal-festa', argument li ma' jreġix għax persuna m'għandhiex twaqqaf ħajjitha u ma' titħalliex tgħix indipendenti għax waslet il-festa. Persuna m'għandhiex titlef l-indipendenza minħabba kapriċċ ta' ħaddieħor, lanqas għal nofs sekonda. Fil-ħsieb tagħna rridu nkunu raġonevoli, ma nippretendux li ma jintramax armar fuq bankini dojoq fejn lanqas tista' tgħaddi persuna bil-mixi aħseb u ara persuna bis-siġġu tar-roti. Però ma nistenniex li f 'bankina wiesgħa titpoġġa xi kanolla jew xi arblu fejn jostakola bankina sħiħa. Il-mira tagħna għandha tkun li nsaħħu l-kultura tal- festi u nadattaw kollox għaż- żminijiet tal-lum. Il-fanatiċi tal-festi m'għandhomx jużaw l-argument li dan l-armar ilu jintrama żmien, minħabba l-fatt li llum il-ġurnata għandna l-grazzja li ħafna persuni b'diżabilita qed ikunu parti sħiħa mis-soċjetà." Iżda l-kontroversja nnifisha qed twassal anke sa insulti fuq is-siti soċjali tal-internet, fejn saħansitra mara li għandha tifel li juża siġġu tar-roti speċjali biex dik il-ġimgħa lil binha ma toħorġux. Dwar dan il-fatt Adrian Zahra li hu l-moderatur tal-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat qal li mhux vera li huma ma jagħtux każ nies li għandhom problema ta' mobilità u li jużaw is-siġġu tar-roti, "tant li kull sena aħna u kważi s-soċjetajiet kollha madwar Malta norganizzaw quddiesa għall-anzjani u nies b'diżabilità u norganizzaw festini biex nagħtuhom il-messaġġ li huma parti mill-kommunità u li rriduhom iħossuhom parti mill-kommunità u mill-festa tagħna - mela ntellfuhom milli jkunu parti mill-festa? Mhux hekk biss, kull sena nagħmlu ġabra għalihom fejn dis-sena ġbarna €21,000 biex inkunu nistgħu ngħinuhom kemm nistgħu u dawn huma miġbura mill-istess nies li qed jiġu akkużati li qed itellfu lil nies bis-siġġijiet tar-roti milli jgawdu l-festa jew li jkunu jistgħu jgħixu normali f 'dik il-ġimgħa tal-festa." Dwar l-armar fuq il-bankini Adrian Zahra qal li "hawn tant tabelli, arbli tad-dawl, għetiebi, bankini mkissra u bankini li tant huma żgħar li lanqas kelb ma jgħaddi minn fuqhom! Dawn kollha jxekklu lil min irid juża l-bankina bis-siġġu tar-roti jew pushchair. Dawn qegħdin hemm is-sena kollha. Għaliex l-armar tal-festa qed iqajjem din il-polemika kollha meta dan isir għal ġimgħa u massimu għal ġimgħatejn fis- sena?" Mistoqsi għaliex ma jarmawx taħt il-bankini, Zahra qal, "immaġina għal festa ta' San Ġużepp tar-Rabat narmaw taħt il-bankina, tant huma dojoq it-toroq imbagħad l-unika vettura li tkun tista' tgħaddi hi mutur. Anke kif inhuma llum il-bankini xorta ma jistgħux jużawhom biex jgħaddu bil- siġġijiet tar-roti u pushchairs u xorta jkollhom jinżlu f 'nofs ta' triq, speċjalment li aktar min- nofs Malta hi mimlija b'bankini mkissrin u bankini żgħar. Ara fejn għamilna armar ġdid qed jiġi maħsub għalihom." Adrian Zahra qal li jekk irridu nżommu l-kultura tal-festa ħajja ma nistgħux naqtgħu dan l-armar. "Naqbel però li l-armar għandu jitpoġġa għal ġimgħa biss u mhux jintrama ġimgħatejn sħaħ ħalli nnaqqsu l-ingombru. Per eżempju għal festa ta' San Ġużepp tar-Rabat li nieħu ħsieb jien il-pedestalli jintramaw għal 5 ijiem biss fejn fi 3 ijiem minnhom it-triq tkun magħluqa minħabba l-festa u għalhekk kulħadd jista' jgħaddi mit-triq bla biża'. Kulma rridu ftit paċenzja biex inżommu din il-kultura. "Wieħed irid jifhem ukoll li hawn ħafna żgħażagħ jaħdmu għal festa u naf ħafna minnhom li anke kienu bil-problema tad- droga u llum sabu żvog ġdid u nqatgħu 'l bogħod mill-postijiet li kienu jwassluhom għad- droga. Il-maġġoranza tagħna fil-ġurnata tal-festa lanqas nixorbu għax moħħna biss li kollox jimxi sew u nkunu lesti li jekk tagħmel ix-xita nżarmaw kollox dak il-ħin ħalli ma tiġrix ħsara lill-armar. Ħadd ma jaf kemm ikissrulna mill-armar il-karozzi." Mistoqsi kemm nies huma involuti fl-armar fis-soċjetà tiegħu Adrian Zahra qal li matul is-sena jkun hemm madwar 50 persuna u fil- festa jkun hemm 'l fuq minn 100 persuna. "L-għada tal- festa li għaddiet f 'Marzu għoddejnihom kien hemm 120 iżarmaw l-armar biex neħilsu mill-ingombru u l-maġġoranza tagħhom ikunu żgħażagħ." Sadanittant Oliver semma' wkoll l-gabbani tal-ikel li jintramaw fil-festi, "fejn jittieħed parkeġġ riservat għandu jsir aġġustament għaż-żminijiet tal-festa biex dan jingħata x'imkien ieħor sakemm tgħaddi l-festa. U dan iridu jieħdu ħsiebu l-kunsilli lokali u l-pulizija li jagħtu l-permessi." "Jien nixtieq nara l-kultura tal-festi tkompli tikber u titkattar, fejn ikollna festi inklussivi. L-argument li rridu neqirdu l-festi mhu minnu xejn," temm jgħid Oliver Scicluna. Polemika dwar l-armar tal-festa fuq il-bankini *T4FHSFUBSKBU 1BSMBNFOUBSJ HбBMM1SFTJEFO[B UBM6& V M'POEJ &XSPQFK GJ бEBO JM.JOJTUFSVHбBMM"GGBSJKJFU&XSPQFKVM*NQMJNFOUB[[KPOJUBM.BOJGFTU&MFUUPSBMJKBW̜BMJ˚JFU QVCCMJLBUBTFKбBHбBMUFOEFSTHбBMM1SPWWJTUBUB4PMV[[KPOJUB"LLSFEJUB[[KPOJMJUJOLMVEJ T4FSWJ[[J"OˆJMMBSJLPMMIBHбBMM1SFTJEFO[B.BMUJKBUBM,VOTJMMUBM6& ,PQKJUBEEPLVNFOUJUBUUFOEFSKJTUHбVKJOLJTCVNJE%JQBSUJNFOUUBM,VOUSBUUJ/PUSF%BNF Ravelin, il-Furjana FRN 1600, Malta. Tel: (356) 21220212 Fax: (356) 21247681 &NBJMJOGP!DPOUSBDUTHPWNU*EEPLVNFOUJKJTUHбVXLPMMKJUOJ̜̜MVNJOOGVRMJOUFSOFUNJOO GVRJTTJUXXXFUFOEFSTHPWNU 7(1'(5*ġ$//35299,67$7$·62/8==-21,7$· $..5(',7$==-21,/,7,1./8',66(59,==, $1Ċ,//$5,.2//+$*ġ$//35(6,'(1=$ 0$/7,-$7$/.816,//7$/8( għall-Kunsill tal-Unjoni Presidenza Maltija Europea 2017 Persuna m'għandiex twaqqaf ħajjitha għax waslet il-festa – Oliver Scicluna mill-KNPD Oliver Scicluna Bankina mblukkati Geġwiġija fit-toroq