Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 452 • 14 ta' Ġunju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt L-isptar ġdid tal-onkoloġija . . . JOHN BUSUTTIL "SIR Anthony Mamo - l-isptar tal-onkoloġija l-ġdid, tant kien ilu biex jinbena milll-Gvern Nazzjonalista li l-apparat li kien diġà ordnat għalih laħaq qdiem għall-ħtiġijiet tal-lum. Il- Gvern il-ġdid waqqaf din l-ordni u xtara l-aktar linear accelerators moderni. Kieku m'għamilniex hekk kien ikollna nibdlu dawn il- magni fi żmien qasir bi spiża ta' €22 miljun. Sptar state of the art mhux il-bini biss jagħmlu iżda l-apparat modern u s-servizzi." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed jitkellem waqt intervista esklussiva mal- ILLUM. Chris Fearne qal li l-apparat mediku llum jinbidel kull tant żmien hekk kif l-avvanzi fil-qasam tas-saħħa japplikaw ukoll fl-apparat li jintuża u għalhekk joħroġ makkinarju aktar sofistikat. Qal li l-fatt li l-amministrazzjoni ta' qabel damet biex bniet dan l-isptar, maħsub għal pazjenti bil- kanċer, seta' sewa lill-gvern miljuni ta' ewro. "Dan għax ma' pazjenti bil-kanċer ma tistax tiċċajta u l-kura trid tkun waħda mill-aqwa u għalhekk l-gvern xtara l-apparat kollu li hu mgħammar bl-aħħar teknoloġija." Ara l-intervista sħiħa f 'paġni 14-15 Michael Falzon jinsisti li qatt ma rċieva flus minn Gaffarena F'INTERVISTA li ta lil gazzetta oħt MaltaToday, Falzon iddikjara li hu qatt ma rċieva flus mingħand Mark Gaffarena għall-kampanja elettorali tiegħu. Mark Gaffarena hu fiċ-ċentru ta' kontroversja nazzjonali wara li ngħata kumpens bħala artijiet għal farka ta' propjetà fil-Belt Valletta. Falzon bħala segretarju parlamentari qed jinsisti li għamel kollox kif suppost u li mexa wara l-protokol li kien stabbilit minn ta' qablu. Apparti intervista estensiva fil-gazzetta MaltaToday, għada Falzon ser ikun, flimkien ma' Jason Azzopardi, fuq il-programm ta' diskussjoni Reporter, immexxi minn Saviour Balzan li jixxandar fuq TVM2 fuq 8.40pm, b'ripetizzjoni t-Tlieta fuq l-istess stazzjoni fl-istess ħin. L-isptar ġdid tal-onkoloġija . . . 'KONNA SE NISPIĊĊAW BI €22 MIL JUN F'APPARAT SKADUT' Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015