Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 15 ILFATT li l-popolazzjoni f 'Malta qiegħda dejjem tikber fl-età jfisser li hemm bżonn li s-soċjetà tiffoka fuq il-bżonnijiet ta' nisa u rġiel anzjani. Tisma' fil-media b'anzjani li jkunu rikoverati fi djar residenzjali li jkunu sabu mijiet ta' flus nieqsa mill-kont tal-bank tagħhom u wara jindunaw li kien xi ħadd tal-familja stess li jkun ħadilhom il-card tal-bank u nefaq minnha. Jew inkella nisimgħu wkoll b'anzjani li l-bqija ta' ħajjithom iridu jagħmluha fis-sodda, li jmur jarahom xi ħadd tal-familja stess darba kuljum biex jaħsilhom u jitmagħhom, u mbagħad jitħallew waħidhom sal-għada fl-istess post mingħajr ma jkunu jistgħu jqumu mis-sodda. Ir- raġunijiet għaliex jiġri hekk jistgħu jkunu varji – bħal ngħidu aħna, minħabba li l-membri tal-familja jkunu jaħdmu allura ma jkunux jistgħu jmorru jżuru 'l qrabathom aktar minn darba kuljum. Għalhekk hemm il- bżonn li jiżdied is-servizz ta' appoġġ fid-djar. Il-Ġnus Magħquda tfakkar il-ġurnata ta' għada – 15 ta' Ġunju - bħala l-Jum Dinji għall-Ħarsien kontra l-Abbuż fuq l-Anzjani bil-għan li d-dinja kollha ssemma' leħinha billi topponi l-abbuż u t-tbatijiet li wħud mill-anzjani tagħna jgħaddu minnhom. L-Għaqda Dinjija tas- Saħħa qed tistma li l-abbuż fuq l-anzjani se jiżdied. Dan it-tħassib qed jiżdied ukoll fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Skont studju tal- Ewrobarometru (2007), kważi nofs dawk intervistati jqisu t-trattament mhux xieraq, l-abbandun tal-anzjani u anki l-abbuż fuqhom bħala li huwa mifrux fil-pajjiż tagħhom. 67% qalu li l-anzjani huma abbużati finanzjarjament u li jingħataw kura li mhix indirizzata għalihom. Kien hemm ukoll persentaġġ għoli li qalu li l-anzjani huma f 'riskju ta' abbuż mentali u fiżiku. Għalkemm ftit għad hawn statistika fuq l-abbuż tal- anzjani, studju ieħor li kien sar fl-2008 madwar l-UE ikompli juri kemm it-tipi differenti ta' abbuż huma mifruxa. Mill- istudju ħarġet prevalenza ta' 19.4% ta' abbuż mentali, 2.7% ta' abbuż fiżiku, 0.7% abbuż sesswali, 3.8% abbuż finanzjarju u 0.7% ta' abbuż li jkun jinvolvi korrimenti. Sa ftit taż-żmien ilu, din il-problema serja tal-abbuż kienet tinżamm mistura u kienet titqies bħala xi ħaġa privata. Minkejja li llum hi aktar fil-beraħ u sirna nisimgħu aktar dwarha, xorta għad hemm ċerti soċjetajiet madwar id-dinja li għadhom iqisu l-abbuż fuq l-anzjani bħala tabù. Madanakollu, ma nistgħux ma nsemmux li hawn ukoll soċjetajiet bħal dawk Ażjatiċi li juru ħafna rispett lejn l-anzjani tagħhom. Fil-kultura Ażjatika hu mistenni li l-ulied jew in- neputijiet jieħdu fi djarhom lill-qraba anzjani tagħhom li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu aktar waħidhom, biex ikomplu jagħtuhom l-attenzjoni u l-kura li jkollhom bżonn. Kulturi bħal dawn juru ħafna rispett lejn l-anzjani tagħhom. Anki f 'Malta stess, ir-rispett lejn l-anzjani ma jonqosx u jeżistu ħafna qraba jew ħbieb li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom u anki carers li huma ddedikati ħafna f 'xogħolhom. Sfortunatament ikun hemm ċirkostanzi li minħabba ragunijiet varji, l-anzjani jistgħu jsiru aktar vulnerabbli għal tipi differenti ta' abbużi, bħal ngħidu aħna abbuż fiżiku, verbali, emozzjonali jew sesswali, kif ukoll billi jkunu sfurzati jibdlu xi partijiet mit-testment tagħhom favur terzi persuni. L-abbuż ma jsirx biss minn membri tal-familja, imma jista' jsir ukoll anki minn carers ta' istituzzjonijiet, djar jew sptarjijet fejn l-anzjani jkunu qed jgħixu. Anki jekk intix mara jew raġel jista' jżid ir-riskju tal- abbuż. Hemm kulturi fejn l-istat tal-mara hu ferm aktar inferjuri minn dak tar-raġel. Allura nisa anzjani huma f 'riskju aktar għoli li jkunu abbandunati meta dawn ikunu romlu per eżempju, u huma wkoll f 'riskju akbar għal għamliet ħafna aktar persistenti u gravi ta' abbuż. Minn studji oħrajn ħareġ ukoll li huma ftit dawk in-nisa u l-irġiel anzjani li jirrappurtaw lill-awtoritajiet vjolenza jew abbuż li jsiru fuqhom jew inkella li jfittxu li ssir ġustizzja ma' min ikun abbuża minnhom. Għaliex joqogħdu lura milli jirrappurtaw? Jista' jagħti l-każ li jħossuhom jistħu li qed jgħaddu minn dawn l-esperjenzi ta' abbuż. Jibqgħu wkoll ma jirrappurtawx għaliex f 'ħafna mill-każijiet ikunu abbużati minn xi membru tal-familja, jew minn xi ħadd li jħobbu u li jafdaw jew inkella mill-carers tagħhom stess, u għalhekk ikun hemm min jaħseb li tiġihom agħar u b'hekk jibqgħu siekta. Ikun hemm ukoll anzjani li għalkemm jafu li għandhom bżonn l-għajnuna, ma jkunux jafu fejn għandhom ifittxuha. Biex tqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza u l-abbuż fuq irġiel u nisa anzjani, bħalissa l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed taħdem fuq numru ta' inizjattivi fosthom qed tmexxi riċerka biex tara x'għamliet differenti ta' abbuż u vjolenza l-anzjani Maltin jgħaddu minnhom. Dawn jinkludu wkoll dawk l-anzjani li jgħixu fil-komunità jew fi djar residenzjali. Permezz ta' din ir-riċerka, se jkunu qed jiġu mistħarrġa wkoll il- konsegwenzi ta' din il-vjolenza u x'inhuma ċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet f 'dak li għandu x'jaqsam mal-vjolenza u l-abbuż kemm fuq in-nisa kif ukoll fuq l-irġiel anzjani. L-NCPE se toħroġ ukoll gwida għall-professjonisti u ħaddiema li jaħdmu mal- anzjani. Din se tiġbor fiha tagħrif dwar l-għamliet differenti tal-vjolenza u l-abbuż fuq l-anzjani; x'inhuma s-sinjali u s-sintomi ta' dan; il-konsegwenzi u l-effetti tal-vjolenza u l-abbuż, kif ukoll kif tista' ssir prevenzjoni u x'jista' jsir biex jitwaqqfu l-vjolenza u l-abbuż. Se toħroġ ukoll poster dwar l-esperjenzi ta' dan l-abbuż u dwar il-prevenzjoni u li se jitqassam madwar Malta u Għawdex. Fl-aħħarnett nappella li jekk xi ħadd qed jesperjenza abbuż jew qed jissuspetta li xi anzjan jew anzjana qed jiġu abbużati biex ifittex l-għajnuna. Għandek kemm għandek età, m'għandekx tiġi abbużat jew abbużata minn ħaddieħor. L-anzjani zġur li ma jistħoqqilhomx hekk. Minkejja dan kollu li tkellimna dwaru, ma rridux ninsew tant u tant familjari u carers li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħna b'ħafna għożża. Dawn ħaqqhom wisq li jkunu msemmija! Dawn qed jagħmlu xogħol tant siewi li ma jidhirx iżda li jħalli effett pożittiv fuq il-ħajja u d-dinjità tal-anzjani. Renee Laiviera hi l-Kummissarju tal- Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza KIF NAĦSIBHA RENEE LAIVIERA Il-popolazzjoni f 'Malta qiegħda dejjem tikber fl-età Għandek kemm għandek età, m'għandekx tiġi abbużat jew abbużata minn ħaddieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015